28th July 2005: Treasury Department  launches Quality Service Charter

Diskors mill-Onor. Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi fl-okkazjoni tat-tnehdija tal-Quality Service Charter

Insellem lill-istaff kollu tat-Tezor, lid-Direttur tat-Tezor, rapprezentanti tal-media, rapprezentanti tal-Quality Service Charter Unit tal-OPM, u lis-Segretarju Permanenti Principali.

Nixtieq l-ewwel nett nirringrazzja lid-Direttur tat-Tezor ghall-prezentazzjoni ta’ dan il-Quality Service Charter li huwa pass iehor importanti lejn it-titijib tas-servizzi moghtija minn dan id-dipartiment. Huwa commitment, li bil-hidma ta’ kulhadd, konvint li ser jinzamm.

Forsi mhux dejjem wiehed jirrealizza l-importanza tas-sehem tat-Tezor fil-kuntest tal-implimentazzjoni u l-ezekuzzjoni tal-policies tal-Gvern. Dan minhabba l-fatt li, kif intqal aktar qabel mid-direttur stess, hafna mix-xoghol tad-dipartiment huwa dirett lejn klijenti interni tieghu, lejn id-dipartimenti, lejn il-Ministeru tal-Finanzi kif ukoll entitajiet ohra governattivi. Hidma, li ghalkemm ma’ tidhirx, hija wahda ta’ mportanza kbira fil-hidma tal-Gvern.

F’dan il-kuntest, xtaqt insemmi x-xoghol siewi li jsir minn dan id-dipartiment specjalment f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ kontrolli finanzjarji fejn hemm kollaborazzjoni shiha on a day-to-day basis mad-direttorati l-ohra fil-Ministeru tal-Finanzi specjalment mal-Budget Office. Dan sabiex nassiguraw li l-miri fiskali tal-Gvern, hekk kif imfissra fil-Programm tal-Konvergenza, ikunu milhuqa.

Ta min wiehed isemmi li sa minn qabel id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, it-Tezor kellu sehem importanti hafna f’xoghol relatat mar-rappurtagg ta’ figuri finanzjarji kif ukoll mal-kodifikazzjoni tal-accounts tal-Gvern skond is-Sistema Ewropeja tal-Accounts, jew ahjar ESA95. Dan ghen sabiex il-Ministeru tal-Finanzi, kif ukoll l-Ufficcju nazzjonali tal-Istatistika setghu jirrappurtaw id-deficit u d-dejn tal-Gvern, lill-Kummissjoni skond kriterji u metidologiji stabbiliti.

Ma nistax ma nitkellimx fuq ir-rwol importanti tat-Tezor fir-rigward tal-intenzjoni tal-Gvern li jaqleb mis-sistema jew ahjar metidologija prezenti ta’ Cash Accounting ghal dik tal-Accruals. Il-Gvern hu kommess li jdahhal fid-dipartimenti tieghu sistemi finanzjarji moderni fl-immaniggjar tal-fondi pubblici. Ghal dan il-ghan qed isir xoghol siewi hafna minn task force li twaqqfet sabiex tara li t-transizzjoni ghall-metidologija l-gdida issehh bl-aktar mod effettiv. It-Tezor huwa rrapprezentat f’din it-task force u permezz ta’ cirkularijiet li johrog minn zmien ghal zmien, diga’ beda jdahhal kuncetti godda u jinstiga’ l-bidla li hemm bzonn f’dan ir-rigward.

L-introduzzjoni tal-Accrual Accounting hija bidla kbira fil-metodi finanzjarji ta’ kif il-Gvern jahdem. Din hija riforma fiha nnifisha li tinvolvi mijiet ta’ nies fis-servizz pubbliku. L-ghan ewlieni taghna hu illi nipprovdu l-mekkanizmi sabiex naccertaw li jkun hemm stampa mill-iktar cara u realistika tal-posizzjoni finanzjarja tal-Gvern kif ukoll metodi ta’ kejl tal-performance finanzjarja tad-dipartimenti. Dan jaghtina l-mezz ta’ kif isir kontroll finanzjarju ahjar, ghodda sabiex inkun nistghu nkejlu b’mod aktar efficjenti l-inputs u l-outputs ta’ inizzjattivi u programmi tal-Gvern, kif ukoll ippjanar finanzjarju ’long term’ ahjar.

Sar progress sostanzjali fuq dan il-progett. Insemmi l-Malta Government Accounting Standards li huma konformi ma standards internazzjonali u li se jkunu applikati fid-dipartimenti tal-Gvern mal-introduzzjoni tal-Accrual Accounting. Gew implimentati kuncetti u proceduri godda fl-immaniggjar tal-assi, debituri u kredituri, immaniggjar tal-flus jew ahjar Cash Management kif ukoll proceduri tar-rappurtagg fuq prepayments u accruals.

Kif semmejt aktar qabel, ir-rwol tat-Tezor huwa ta’ importanza kbira f’dan il-progett ambizzjuz. Irid ikun dan id-dipartiment li jara li t-transazzjonijiet tad-dipartimenti jigu pprocessati skond il-metidologiji u l-kriterji stabbiliti fl-istandards kif ukoll li jissorvelja t-thaddim ta’ din is-sistema fid-dipartimenti kollha tal-Gvern. Ninsab infurmat li ghal dan il-ghan twaqqfet sezzjoni zghira f’dan id-dipartiment (Accounting methodology and Compliance Section) sabiex tara li dan isehh.

L-okkazzjoni tal-lum izda, iggieghlna nharsu ’l gewwa u niffukaw fuq il-kwalita’ tas- servizzi li qed jorbot lilu nnifsu biha dan id-dipartiment. Kif semma tajjeb hafna d-direttur innifsu, il-Quality Service Charter li qed jigi pprezentat illum huwa challenge ambizzjuz hafna fid-dawl tal-generu differenti tal-klijenti tad-dipartiment.

Insemmi klijenti relatati mal-istocks tal-gvern fejn il-konkorrenza tal-pubbliku minn dejjem kienet wahda tajba. Konkorrenza li turi l-fiducja tal-poplu f’dan it-tip ta’ nvestiment. Insemmi wkoll il-Bills tat-Tezor, mezz kif il-Gvern jiffinanza shortfalls temporanji fil-likwidita’ tieghu. Hawnhekk it-Tezor qed jufficcjalizza il-processi u l-iskadenzi li ser jintuzaw f’dak li ghandu x’jaqsam mal-irkant ta’ dawn il-Bills. Bhalissa qed isir xoghol ukoll sabiex dawn il-Bills ikunu dimaterjalizzati kif ukoll illistjati fuq il-Borza ta’ Malta.

Kif intqal iktar qabel, il-lista ta’ servizzi hija twila, hafna iktar twila milli wiehed jimmagina. Il-Quality Service Charter huwa challenge fih innifsu u li jiena konvint li ser ikompli jtejjeb il-performance ta’ dan id-dipartiment. Min hawnhekk, nixtieq nifrah lid-direttur kif ukoll lill-istaff kollu tieghu ghal dan l-achievement u l-effort li sar sabiex waslu ghat-tnehdija ta’ dan ic-Charter. Fuq kollox nawguralhom success fil-hidma fejjieda taghhom u nirringrazzjahom tal-kontribut li dejjem taw sabiex jintlahqu l-miri stabbiliti tal-Gvern.