Huwa ta’ pjacir
ghalija li llum qed nattendi, bhala l-Ministru responsabbli mill-Gvern
Lokali ghat-tnehdija ta’ l-ewwel Quality Service Charter ta’ Gvern
Lokali. Il-Gvernijiet Lokali twaqqfu principalment biex il-poter jigi
decentralizzat u jghaddi ghand rapprezentanti tal-lokalitajiet li huma
aktar vicin ir-residenti u jistghu jirrispondu ghal-htiegijiet taghhom
b’mod aktar veloci u komprensiv milli jista l-Gvern Centrali.

L-esperjenza ta’
dawn l-ahhar hdax il-sena uriet li kienet decizjoni ghaqlija, ghax
il-Gvernijiet Lokali fil-maggoranza assoluta taghhom irnexxielhom
ibiddlu ghal-ahjar lill-lokalitajiet li jirraprezentaw. Il-Kunsilli
Lokali, wara aktar minn hdax il-sena mit-twaqqif taghhom biddlu mill-qiegh
il-mod ta kif ir-residenti jaghmlu uzu minn hafna mis-servizzi li
joffri l-Gvern. Il-Kunsilli llum iservu ta’ front office ta bosta
servizzi, iservu ta’ ufficcju ta’ informazzjoni fejn ic-cittadin
jista jsib min jghinu jsib tarf ta’ bosta mid-diffikultajiet li
jiltaqa maghhom.
Minn meta twaqqfu l-Kunsilli,
saret evoluzzjoni shiha u minn semplici Kunsilli li jiehdu hsieb l-indafa
tal-lokalitajiet illum nistghu nghidu li ghandna Gvernijiet Lokali b’ghadd
dejjem jikber ta’ responsabbiltajiet, fosthom anki l-infurzar ta’
ligijiet.
Il-Gvern ghadda
numru kbir ta’ devoluzzjonijiet ta’ propjeta tal-Gvern lil
Gvernijiet Lokali li qed jaghmlu uzu hafna ahjar u effettiv ta dan
il-bini. Matul l-ahhar sena u nofs, 16 il-propretajiet tal-Gvern giet
devoluta lil hmistax il-Kunsill Lokali. Ewlenin fosthom Gnien Pawlu
Boffa lill-Kunsill ta’ Rahal Gdid, Gnien is-Sindku lill-Kunsill
Lokali ta l-Imdina, ‘Dar Mattia Preti’ lill-Kunsill Lokali
taz-Zurrieq, xelters tal-gwerra, gonna pubblici u facilitajiet
sportivi ohra. Meta uzati bil-ghaqal, dawn il-projetajiet jistghu
iservu ta’ sors finanzjarju iehor ghal-Kunsilli.

F’dawn l-ahhar
snin rajna avvanz kbir fit-thaddim tat-teknologija ta’ l-informatika
u l-kommunikazzjoni li qed tghin hafna biex il-pubbliku jkollu access
ghal informazzjoni u servizzi permezz tal-komputer. Illum hafna
servizzi li jinghataw minn Dipartimenti u Agenziji tal-Gvern Centrali
lill-pubbliku saru kompjuterizzati. Il-Gvern huma konxju bil-periklu
li t-teknologija ta’ l-informatika tista b’xi mod tohloq sezzjoni
ta’ emarginati fis-socjeta taghna. Nies li jew minhabba l-istat
finanzjarju taghhom jew minkejja biex juza t-teknologija ta’ l-informatika.
Kien ghalhekk li l-Gvern assigura li kull persuna f’Malta u Ghawdex
jkollha access ghal sistemi elettronici li llum tant saru komuni. Il-Kunsilli
Lokali kienu vitali biex jghinu biex dan isehh permezz ta’ servizzi
li qed joffru ghall-uzu tal-pubbliku fil-lokalitajiet taghhom.
Bhalissa l-Gvern
wasal biex jiffinalizza emendi fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Huma
emendi li wasalna ghalihom wara process twil ta’ konsultazzjoni li
beda f’Ottubru tas-sena li ghaddiet waqt Konferenza Nazzjonali li
fiha tfasslet it-triq li d-demokrazija lokali f’pajjizna ghandha
tiehu. Huma emendi li m’ghandix dubju li se jintlaqghu tajjeb, l-aktar
minhabba li kienu sindki u kunsilliera li ssuggerew hafna minnhom. Dan
l-ezercizzju ghalija kien utli hafna u ninsab sodisfatt li fl-ahhar
wasalna biex ikollna sistema ta’ Gvern Lokali li tixraq aktar lil
pajjiz modern bhala taghna.
Naghlaq billi mill-gdid
nifrah lill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera li dahal ghal din
ir-reponsabbilta ta’ dan il-Quality Service Charter. Bih il-Kunsill
Lokali ta’ Santa Venera qed jintrabat li jtejjeb is-servizzi li
bhalissa qed joffri lir-residenti kif ukoll izid servizzi godda li
permezz taghhom ser itejjeb il-kwalita tal-hajja tal-komunita ta’
Santa Venera. Nittama li iktar Kunsilli jiehdu l-ezempju tal-Kunsill
ta’ Santa Venera u jahdmu biex jintroducu huma ukoll is-Quality
Service Charter biex jigi zgurat li c-cittadini Maltin ikollhom l-aqwa
servizzi possibbli ghal gid tal-komunita.
Mill-gdid proset.
Siltiet mid-diskors
tal-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern waqt it-tnehdija
tal-Quality Service Charter mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera