Id-dettalji dwar dan il-Quality Service Charter
jistghu jinkisbu minn fuljett li wiehed jista' jikseb mil-Librerija
Nazzjonali stess kif ukoll minn fuq l-Internet: http://www.servicecharters.gov.mt
jew inkella mill-pagni tal-Librerija Nazzjonali li jinstabu
fil-Website tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni www.education.gov.mt
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea,
f'diskors ta' l-okkazzjoni semma x-xoghol siewi li qed isir fil-qasam
tal-Libreriji u b'mod partikolari x-xoghol li sar u qed isir
fil-Librerija Nazzjonali. Dwar il-qasam tal-libreriji b'mod generali,
il-Ministru semma li fl-ispirtu ta' decentralizzazjoni li fuqu mexa
l-Gvern prezenti kull meta kien qed jamministra, 31 librerija nghataw
f'idejn il-Kunsilli Lokali biex dawn imexxuhom fl-aqwa interess
tal-lokalita' taghhom.
Dwar il-Librerija Nazzjonali, il-Ministru qal li
s-sena l-ohra ntemm il-progett tant mehtieg tal-protezzjoni kontra
n-nirien fil-Librerija Nazzjonali. Il-Ministru qal li dan il-bzonn
kien ilu jinhass minhabba l-ammont ta' kotba u materjal iehor li,
filwaqt li huma wirt ta' valur inestimabbli, dak li ilu jingabar ghal
snin twal jista jispicca mahruq f'temp ta' ftit sieghat. F'dan
il-progett kienu involuti mill-qrib il-haddiema tal-Librerija
Nazzjonali biex, f'kaz ta' emergenza, ikunu huma li jiehdu l-ewwel
azzjoni biex l-effett ikun minimizzat u jinfurmaw lid-Dipartiment
tal-Protezzjoni Civili jekk is-sitwazzjoni ma tkunx tista' tkun
ikkontrollata.
Il-Ministru qal ukoll li l-patrimonju li hemm
fil-Librerija Nazzjonali jiffaccja wkoll perikli ohrajn, l-uzu
tal-kotba u materjal iehor kif ukoll iz-zmien ihallu effett negattiv
fuqhom. GHalhekk jehtieg li filwaqt li jkunu protetti, b'mod
partikolari permezz tat-teknologija moderna, il-hsara li tkun saret
tkun irrimedjata. Ic-Centru tar-Restawr f'Bighi issa jinkludi sezzjoni
shieha armata bir-rizorsi u t-teknologija mehtiega, li fiha qed isir
ir-restawr tal-kotba. GHalkemm dan is-servizz kien diga' jezisti
qabel, inhasset il-htiega li l-Book Restoration Unit jinghaqad
mac-Centru tar-Restawr biex il-Book Restoration Unit ikun
jista' juza s-servizzi, it-teknologija u r-rizorsi tac-Centru li ma
kinux jistghu jintuzaw qabel, u fl-istess hin ikunu jistghu jitharrgu
aktar nies f'din il-prattika.
Hafna kienu jbassru li hekk kif qed tizviluppa
t-teknologija moderna, il-qari u l-uzu tal-kotba se jonqos jekk ma
jintemmx kompletament. Izda l-istess teknologija tista' tkun uzata
biex il-qari u r-ricerka jizdiedu u jitkattru. Id-Dipartiment
tal-Libreriji u l-Arkivji xtara server gdid u se tkun
installata l-ahhar verzjoni tal-Libraries Information System.
Permezz ta' dan l-apparat u l-Geoweb Module il-pubbliku se jkun
jista' jara x'kotba ghandhom il-libreriji kollha ta' pajjizna, permezz
ta' l-Internet, mill-kumdita' tad-djar jew mill-Internet Cafes.
Aktar 'il quddiem, il-pubbliku se jkun jista'
jirrizerva ktieb minn fuq l-Internet u jigbor dan il-ktieb mill-eqreb
librerija. Il-Ministru qal li dan qed isir bhala parti
mill-inizjattiva ta' l-E-Government, pass iehor li ha il-Gvern
prezenti biex joffri s-servizzi tieghu lill-poplu b'mod aktar
efficjenti u komdu minghajr giri u tahbit fil-kuriduri
tal-burokrazija. Hekk kif dehlin f'era digitali, l-inizjattiva li qed
jiehu l-Gvern Malti biex joffri servizz ta' E-Government
iqieghed lill-Malta fuq quddiemnett, flimkien ma' l-aktar pajjizi
avvanzati tad-dinja.
Il-Ministru temm billi rringrazzja lid-Direttur u
'l-istaff tad-Dipartiment ghall-inizjattiva taghhom, u heggihom
ikomplu bix-xoghol siewi li qed iwettqu f'dan il-qasam. Hu qal li
l-Ministru ta' l-Edukazzjoni ghandu jkun minn ta' quddiem biex joffri
l-ahjar servizz lill-pubbliku. Fil-fatt, qal il-Ministru, hu jinstab
sodisfatt li fid-dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ta'
l-Edukazzjoni hemm numru dejjem jizdied ta' Quality Service Charters.