Quality Service Charter ghar-Registru taz-Zwieg - Malta

L-ewwelnett nibda biex naghtikom merbha u nirrigrazzjakom li ilqajtu l-istedina taghna ghat-tnedija ta’ dan il-Quality Service Charter ghas-Sezzjoni tar-Registru taz-Zwieg, t-tieni tnedija din is-sena fid-Dipartiment tar-Registru Pubbliku wara dik tas-Sezzjoni ta’ l-Istat Civili f’Marzu li ghadda. Infatti s-success kbir li kellna fit-tnedija ta’ Quality Service Charter ghall-Istat Civili ghamlilna kuragg kbir sabiex nahdmu bis-shih u nidhlu f’bicca xoghol aktar impenjattiva u delikata, jigifieri, it-tnedija ta’ Quality Service Charter ghar-Registru taz-Zwieg.

Kuntrarju ghas-Sezzjoni ta’ l-Istat Civili li, taht forma jew ohra, ila topera ghall-aktar minn mija u erbghin sena, is-Sezzjoni tar-Registru taz-Zwieg hija relativament esperjenza gdida u taf l-ezistenza taghha ghal-Ligi taz-Zwieg, Kap 255, tal-1975.

Id-dmirijiet tar-Registru Pubbliku rigward zwigijiet qabel din il-ligi kienu limititati hafna. Iz-zwigijiet kienu kollha jsiru f’forma religjuza u wara kull zwieg il-kappillan tal-parrocca fejn ikun sar z-zwieg kien ihejji l-Att taz-Zwieg u dan kien jigi registrat ir-Registru Pubbliku. Kienu jigu registrati wkoll, kif fil-fatt ghadhom sallum, certifikati taz-zwieg li jkunu saru barra minn Malta fejn pero ghall-inqas wiehed jew wahda mill-gharajjes ikunu cittadini Maltin. Kien ukoll kompitu tad-Dipartiment, kif ukoll ghadu sallum, li wara sentenza tal-Qorti fuq talba tal-partijiet, issir xi korrezzjoni fl-Att taz-Zwieg relativ.

Il-Ligi taz-Zwieg tal-1975 biddlet dan kollu u d-Dipartiment dahal ghal xoghol aktar difficli u delikat. Issa id-Dipartiment sar ir-regolatur ta’ kull zwieg, kemm religjuz kif ukoll civili, li jsir f’Malta. Bl-introduzzjoni ta’ din il-ligi dahlu fis-sehh zewg kuncetti godda – iz-zwieg civili u giet istitwita procedura li biha jinghataw annulamenti civili mill-Qrati taghna. Bdew jigu registrati, skond l-istess Ligi taz-Zwieg u taht il-provvedimenti hemm stipulati, divorzji li jkunu saru barra minn Malta. Bhal ma diga ghidt din hi ligi relativament gdida u maghha gabet obbligi u dmirijiet godda. Pero’ nista’ nghid bla tlaqliq li bi prudenza kbira, bil-ghaqal u kooperazzjoni ta’ kulhadd nghelbet kull diffikulta’ ghas-soddisfazzjoni l-ewwel u qabel kollox tal-klijenti taghna u tad-Dipartiment. L-esperjenzi u l-isfidi godda, illum aktar minn qabel, ma jonqsux pero’ bhal ta’ qabilna naghmlu hilitna sabiex neghelbuhom. Hawnhekk ma nistax ma nsemmiex l-ghajnuna u l-pariri utili li ninghataw mill-Ufficcju tal-Avukat Generali.

Inhoss li issa mmaturajna bizzejjed sabiex inniedu l-Quality Service Charter ghas-Sezzjoni tar-Registru taz-Zwieg. Sabiex wasalna hawn, ghal dawn l-ahhar xhur, intensifikajna x-xoghol f’din is-Sezzjoni. Investejna fin-nies u, ghalkemm b’diffikulta’, kellna nzidu l-istaff fis-Sezzjoni. Iz-zieda fl-istaff kien hemm bzonna mhux ghaliex konna qed inhejju ghat-tnedija ta’ dan il-Quality Service Charter izda peress li n-natura tax-xoghol illum jirrekjedi aktar attenzjoni minhabba l-fatt li z-zwigijiet civili qeghdin jizdiedu, l-aktar bejn koppji barranin li qeghdin jaghzlu li jigu jizzewgu Malta. Hawn ta’ min jaghti daqsxejn ta’ statistika dwar zwigijiet. Il-medja ta’ zwigijiet li saru f’Malta f’dawn l-ahhar 29 sena hija ta’ 2370. Fl-1975 kien hemm 8 zwigijiet civili, ghaxar snin wara din il-figura telghet ghal 95, fl-1995 kien hemm 333 u fl-2003 kien hemm 785, li jfisser li bejn 1985 u l-2003, f’perijodu ta’ 18 il-sena, iz-zwigijiet civili zdiedu b’aktar minn 800%. L-akbar zieda, minn sena ghal sena, kien bejn l-2002 u 2003 fejn kien hemm zieda ta’ 241. Fl-2003 minn total ta’ 408 zwieg bejn koppji barranin li ghazlu li jizzewgu f’Malta kien hemm 363 zwieg li saru f’forma civili u 45 zwieg li saru f’forma religjuza.

Sabiex wasalna ghat-tnedija ta’ dan il-Quality Service Charter, is-Sezzjoni giet trasferita ghall-ufficini isbah u aktar decenti kemm ghall-istaff u kif ukoll ghall-gharajjes. Sebbahna kemm stajna il-Marriage Room, il-post fejn jigu celebrati z-zwigijiet civili f’dan id-Dipartiment.. Dan kollu kien ifisser spejjez imma bis-sahha u l-ghaqal ta’ l-amministrazzjoni ta’ dan id-Dipartiment nahseb li ghamilna hafna xoghol siewi.

Bhal ma kont espremejt ruhi fil-kaz tan-tnedija tal-Quality Service Charter ghas-Sezzjoni ta’ l-Istat Civili ma ahniex ser nieqfu hawn. Donna ma ahna kuntenti qatt ghaliex dejjem nahsbu kif intejbu dak li hu diga tajjeb! Sabiex jghinna naghmlu dan nilqghu u niehdu b’serjeta’ il-kummenti u l-kritika ta’ kull wiehed u wahda li jinqdew mis-servizzi taghna.

Fl-ahharnett nixtieq nirringrazzja lil kull min ghen sabiex naslu ghat-tnedija ta’ dan il-Quality Service Charter. Inhossni fid-dmir li l-ewwel ma nirringrazzja huma l-istaff tar-Registru Pubbliku, specjalment tas-Sezzjoni tar-Registru taz-Zwieg, li hadmu b’lejalta u b’serjeta ghas-success ta’ din it-tnedija. Nirringrazzja wkoll lis-Segretarju Permanenti li ghen kemm felah ghal dan il-ghan inkluż il-predeċissur tiegħu li miegħu kienu saru l-ewwel preparattivi. Il-Ministeru wkoll kien ta’ ghajnuna kull meta kien hemm bzonn. Ma jonqosx li ma nirrigrazzjax ukoll lill-istaff tal-Quality Service Charter Unit li regghu kienu ta’ ghajnuna kbira ghalina u tawna pariri siewja kull meta kien hemm bzonn.

Diskors ta’ l-Agent Direttur tar-Registru Pubbliku, is-Sur Carmel M Mifsud B.A. (Hons) Bus. Managt., A.F.A