7th April 2003: Dermatology Department within Sir Paul Boffa Hospital launches Quality Service Charter

L-Ghaqda Dinjija tas-Sahha poggiet is-servizz tas-Sahha ta’ Malta fil-hames post fost 191 il-pajjiz. Dan ghandu jimliena bil-kuragg fix-xoghol taghna ghax ifisser li qeghdin fit-triq it-tajba. Minkejja dan, il-Ministeru tas-Sahha dejjem jibqa’ jistinka bix jogholli il-livell ta’ kura f’kull qasam.

Dan qalu il-Ministru tas-Sahha meta kien qieghed jigi pprezentat bi Quality Service Charter fid-Diprtiment tad-Dermatology u fl-istess waqt jinagwura Outpatient Ward gdid f’ f’dan id-dipartiment.

Sal-lum il-Ministeru tas-Sahha nieda diversi Charters f’ghadd ta’ sezzjonijiet fil-qasam tas-Sahha. Dawn ic-Charters iservu ta’ strument ta’ komunikazzjoni dettaljata bejn min jipprovdi u min iservi. Hu obbligu ta’ min jipprovdi u min jircievi.

Il-Quality Service Charter tad-Dipartiment tad-Dermatologija qieghed jahbat mal-ftuh ta’ l-Outpatient gdid f’dan id-Dipartiment. Permezz tac-Charter, il-klijent se jsib informazzjoni estensiva fuq dan id-Dipartiment biex minn qabel ma jigi f’kuntatt mad-Dipartiment il-klijent ikollu informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi u id-drittijiet tieghu waqt li jircievi is-servizz. Il-ktejjeb ghandu wkoll iservi ta’ gwida ghal min jipprovdi is-servizz biex jaghmel hiltu jilhaq dawk il-miri li d-Dipartiment qed jintrabat bihom.

Il-Gvern jemmen li dawn ic-Charters jaghtu vuci lill-klijent u bla dubju iservu biex tikber il-kunfidenza u l-istima bejn min jircievi u jipprovdi is-servizz. Dan jinkwadra ferm fl-isforzi tal-Gvern fl-ahhar snin biex jgholli l-livell tas-Servizz Civili. Dan l-isforz qieghed illum jaghti rizultati tajba ferm anki wkoll minhabba l-investiment u l-introduzzjoni ta’ teknologija li ressqet il-klijent ferm vicin tas-Servizz Civili