|
Quality Service
Charter ghall-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta' l-Ugwaljanza
ghall-Irgiel u n-Nisa
Il-Kummissjoni
Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza ghall-Irgiel u n-Nisa (NCPE)
illum ipprezenatat Quality Service Charter lill-Ministru
ghall-Familja u s-Solidarjeta’ Socjali, Dolores Cristina.
Dan ic-Charter
jispjega ezattament ix-xoghol tal-Kummissjoni, x’servizz ghandhom
jistennew l-klijenti u x’hin huma id-drittijiet taghhom. Dan kollu
jinstab f’fuljett miktub b’mod car u semplici biex jinftihem. Ic-Charter
jistieden ukoll lill-klijenti biex jaghtu feedback dwar is-servizz
li jinghataw sabiex b’dan il-mod il-Kummissjoni tkun tista’ taghraf
ahjar il-bzonnijiet tal-klijenti taghha. Permezz tac-Charter,
il-klijenti jkun jafu ezattament it-tul ta’ zmien li fih ghandhom
jircievu risposta dwar xi talbiet jew ilmenti li jkunu ghamlu.

"Permezz tad-dhul
fl-Unjoni Ewropea u r-regoli taghha, il-cittadini qeghdin dejjem aktar
jinghataw poter rigward is-servizz li ghandhom jircievu. Dan ic-Charter
huwa mezz iehor li jizgura kwalita’ gholja fis-servizz li jinghataw
in-nisa u rgiel Maltin f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ drittijiet
taghhom ghal trattament ugwali. Ta’ min jghid li din hija l-ewwel
Kummissjoni f’Malta li ghandha Quality Service Charter,"
qalet il-Ministru Cristina.
Il-Kummissjoni
Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza ghall-Irgiel u n-Nisa,
permezz ta’ dan ic-Charter, qeghda taghmilha aktar facli biex
il-publiku jikseb l-informazzjoni li jkollu bzonn, jibqa’ aggornat
dwar id-drittijiet tieghu u jiprovdi mezzi biex persuna taghmel ilment f’kaz
ta’ diskriminazzjoni. Dan ghandu jghin biex il-klijenti jkabbru l-kunfidenza
taghhom fil-Kummissjoni u l-operat taghha. Ic-Charter huwa mezz
iehor biex ir-relazzjoni bejn il-klijent u min jipprovdi s-servizz
tissahhah.
|