Siltiet mid-diskors tal-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg waqt it-tnedija ta’ Quality Service Charter tas-Sezzjoni ta’ l-Istat Civili tar-Registru Pubbliku

Matul is-sena 2003, kien hemm ftit aktar minn 4,500 applikazzjoni on-line ghal certifikati tat-twelid, zwieg u mewt, li permezz taghhom hargu 6,500 certifikat. Din il-figura tirrapprezenta 6.5 fil-mija tac-certifikati kollha li hargu mis-Sezzjoni ta’ l-Istat Civili- Registru Pubbliku; u meta wiehed iqis li din kienet l-ewwel sena li bdiet tithaddem din is-sistema huwa ta’ sodisfazzjon li ninnotaw li l-e-government qed jaghmel il-hajja ta’ hafna nies, ftit aktar facli.

Dan huwa wiehed mill-aktar Dipartiment fid-dekasteru tieghi li jigi f’kuntatt man-nies. Ta’ min isemmi li s-sena li ghaddiet hargu kwazi mitt elf certifikat ta’ l-Atti ta’ l-istat civili. Allura huwa ta’ sodisfazzjon kbir ghalija li nara dan id-Dipartiment isegwi l-linja ta’ bosta Dipartimenti ohra qablu, li qed jidhol f’patt mal-klijenti numeruzi tieghu dwar x’servizz ghandhom jistennew minnu.

Matul dawn l-ahhar snin, il-Gvern prezenti hadem bil-bosta biex jiffacilita l-metodu ta’ kif wiehed jista’ jikseb dawn it-tip ta’ certifikati li jintuzaw ghal bosta affarijiet importanti.

Ta’ min issemmi li fis-sebghinijiet, il-process kollu tal-hrug tac-certifikat kien isir kollu kemm hu manwalment. B’kuntrast, illum il-process huwa seamless jigifieri kollu kemm hu komputerizzat – minghajr intervent manwali. Vantagg iehor tas-sistema on-line huwa li issa wiehed jista’ jordna certifikat minn kull post fid-dinja f’kull hin tal-gurnata.

Mizura ohra li l-preparamenti taghha bdew is-sena li ghaddiet, hija l-inizjattiva intenzjonata biex l-atti kollha ta’ l-istat civili jigu inputted u jigu rregistrati f’format kompjuterizzat. Permezz ta’ din is-sistema, anke c-certifikati ‘shah’ se jkunu jistghu jinhargu bil-kompjuter, bhal meta wiehed jordna estratt.

Barra minn hekk se tigi solvuta l-problema li l-original u r-registru ta’ l-atti jkunu taht l-istess saqaf billi r-registri se jittiehdu Ghawdex. Ta’ min jenfasizza li dan se jkun ukoll ta’ vantagg ghall-haddiema Ghawdxin, 11-il skrivan, li se jigu trasferiti minn Malta ghal Ghawdex.

Sezzjoni ohra fir-Registru Pubbliku li wkoll ghaddiet minn tibdil konsiderevoli kienet dik tar-ricerki tal-propjetà. Il-vantaggi ta’ din is-sistema l-gdida li dahhalna f’dan il-qasam huma erbgha:

  • Ir-ricerka kollha hi kompjuterizzata u allura aktar preciza.

  • Fejn qabel ma kienx hemm time-frame sa meta r-ricerka tkun lesta, issa id-Dipartiment intrabat b’certu time-frames.

  • Ir-ricerka hija ufficjali, fejn qabel kienet issir b'mod m'hux ufficjali. Dan izid is-serjeta` u l-akkontabilita` ta' min jipprovdi r-ricerka. Tniediet ukoll, ghal l-ewwel darba, Complaint Mechanism.

  • Ir-ricerka kollha hija assigurata kontra l-izbalji. Il-Gvern assigura s-sistema u jidhol garanti ghal kull zball li r-ricerka jista' jkollha.

Nixtieq naghlaq billi nhabbar li tlestew il-pjanijiet biex fil-futur qrib, ir-Registru taz-Zwigijiet, huwa wkoll iniedi Quality Service Charter.