28th October 2005-Quality Service Charter ghad-Dipartiment tat-Teknologija fid-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni

Id-Dipartiment tat-Teknologija llum ipprezenta Quality Service Charter lis-Segretarju Permanenti fil-Ministru ghall-Edukazzjoni, Zghazagh u Impjieg. 

Dan ic-Charter jispjega ezattament ix-xoghol tad-dipartiment, x’servizz ghandhom jistennew l-klijenti u x’hin huma d-drittijiet taghhom. Il-klijenti ta’ dan id-dipartiment huma l-istudenti, l-ghalliema u l-genituri, imma principalment l-istudenti ta’ l-iskejjel fis-settur primarju u dak sekondarju.  Id-drittijiet taghhom jinstabu f’fuljett  miktub b’mod car u semplici biex jinftihem. Ic-Charter jistieden ukoll lill-klijenti biex jaghtu feedback dwar is-servizz li jinghataw sabiex b’dan il-mod id-dipartiment ikun jista’ jaghraf ahjar il-bzonnijiet taghhom.  Permezz tac-Charter, l-istudent ikun jaf ezattament it-tul ta’ zmien li fih ghandu jircievi risposta dwar xi talbiet jew ilmenti li jkun ghamel.

Permezz tad-dhul fl-Unjoni Ewropea u r-regoli taghha, ic-cittadini qeghdin dejjem aktar jinghataw poter rigward is-servizz li ghandhom jircievu. Dan ic-Charter huwa mezz iehor li jizgura kwalita’ gholja fis-servizz tat-teknologija.

Id-Dipartiment tat-Teknologija, permezz ta’ dan ic-Charter, qieghed jaghmilha aktar facli biex il-pubbliku jikseb l-informazzjoni li jkollu bzonn, jibqa’ aggornat dwar id-drittijiet tieghu u jipprovdi mezzi biex persuna taghmel ilment f’kaz ta’ diskriminazzjoni. Dan ghandu jghin biex il-klijenti jkabbru l-kunfidenza taghhom fid-Dipartiment u l-operat tieghu. Ic-Charter huwa mezz iehor biex ir-relazzjoni bejn il-klijent u min jipprovdi s-servizz tissahhah.

Wara l-prezentazzjoni tac-Charter is-Sur Lawrence Zammit li huwa d-Direttur tad-Dipartiment tat-Teknologija, gie pprezentat b’mafkar u certifikat mis-Sur Brian Warrington, Chairman tal-Computer Society ta’ Malta f’isem il-Fondazzjoni ta’ ECDL gewwa l-Irlanda ghal-introduzzjoni ta’ ECDL fl-iskejjel statali.   

Nominazzjonijiet ghal dan il-premju gew milqugha minn mad-dinja kollha filwaqt li panel internazzjonali ghazel tlett rebbieha li taghaw l-izjed kontribut ghat-tkattir tal-litterizmu digitali.  Is-Sur Lawrence Zammit kien wiehed mir-rebbieha.