
Insellem
l-Onorevoli Ministru tal-Kompetittivita u Komunikazzjoni, l-Onorevoli Segretarju
Parlamentari ghan-Negozji Zghar u s-Self Employed, Segretarju Permanenti
Principali, Segretarju Permanenti, Diretturi Generali, lir-rapresentanti
tal-media u lill-kollegi membri tal-istaff.
Wara
xhur ta’ hidma waslet il-gurnata li jien flimkien mal-membri tad-Direttorat
konna nistennew – dik li nillaunchjaw ic-charter tad-Direttorat taghna. Mis-sena
l-ohra meta d-Direttorat kellu Twinning Light Project ma’ l-Awtorita
responsabli mis-Suq fl-Ingilterra
konna rajna l-importanza li jinzammu standards gholjin fix-xoghol taghna sabiex
kemm il-konsumatur u kif ukoll in-negozjant ikollhom fiducja fina. Dan
ic-charter gelna niktbu u nitrabtu dak li konna qeghdin naghmlu fil-prattika.
Biex
intejbu dak li konna qeghdin naghmlu, ghamilna ezercizzju biex niddentifikaw il-klijenti
taghna u naraw il-htigijiet taghhom u x’konna nistennew li kieku konna
fil-posizzjoni taghhom. Ghamilna survey sabiex inkunu nafu kif jaraw s-servizz
li konna qeghdin noffru u anke biex inkunu nafu x’kienu l-htigijiet taghhhom.
Bhala rizultat tas-survey, hloqna fuljett informattiv dwar is-servizzi li nofru
biex hekk inkunu nistghu naqdu aktar klijenti. B’hekk n-negozjant ma jaraniex
biss bhala awtorita li tinforza l-ligijiet izda wkoll entita li tghin u tigwidah
sabiex ikun konformi mal-ligi. Filwaqt li l-konsumatur jista’ jersaq lejn l-awtorita
biex jara li d-drittijiet tieghu huma mharrsa.
Meta
wiehed ihares lejn il-klijenti taghna isib li dawn mhumiex biss konsumaturi izda
wkoll kummercjanti importaturi, manifatturi, esportaturi u bejjiegha ml-imnut.
F’dinja tal-kummerc fejn decisjonijiet iridu jittiehdu f’qasir zmien, rajna
li kien importanti li s-servizz lil-kummercjant jinghata car u tajjeb u fl-iqsar
hin possibli. Ghalhekk intrabatna
bil-hin li fih irridu niprrovdu l-parir u s-servizz taghna u li jinghata
bil-miktub sabiex il-kummercjant ikun meghjun biex jiehu l-ahjar decisjoni.

Biex
nersqu aktar lejn il-klijenti taghna ghamilna website sabiex huma ikunu jistghu
jzommu ruhom infurmati u aggornati mill-kumdita tad-djarhom. Hloqna formoli
apposta li bihom il-konsumaturi jistghu jinformawna u jghijnuna biex naccertaw
li fis-suq ikun hawn prodotti li ma jirrapresentawx periklu ghas-sahha tal-konusumaturi.
Fl-istess hin nizguraw li fis-suq ikun hawn kompetizzjoni gusta bejn l-operaturi
li jpoggu prodotti li jridu jilhqu l-istess livell ta’ standard.
Ghal
beneficcju ta’ dawk li ma humiex midhla ta’ dan id-Direttorat ta’ min
ighid li ahna responsabbli li nizguraw li fis-suq ma jitpoggewx prodotti li huma
ta’ periklu. Il-firxa ta’ prodotti hija vasta li tvarja minn gugarelli,
apparat li jahdem bl-elettriku jew bil-gas, makkinarju, apparat mediku u tista’
tghid tibqa sejjer ghal kull prodott li wiehed ma jikklassifikahx bhala ikel jew
medicinali. Ahna niffurmaw parti mis-sistema mhaddma mill-Unjoni Ewropeja fejn
nigu infurmati b’kull prodott li jinstab li huwa ta’ periklu fi stati
membri. Ahna niehdu l-passi sabiex dawn il-prodotti jitnehhew mis-suq ukoll
Malti.
Ahna
naghmlu spezzjonijiet fil-hwienet biex naccertaw li l-prodotti li jkunu esebiti
ikollhom l-prezz indikat sabiex il-konsumatur jkun jista jqabbel il-prezz
qabel jiddiciedi xi prodott jixti. B’hekk ukoll tinholoq aktar kompetizzjoni
fejn tal-hwienet jiprrovdu prodotti bl-inqas prezz possibli.
Ufficjali
tad-Direttorat jippartecipaw ukoll fl-investigazzjonijiet li jsiru mid-Divizzjoni
dwar kazijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ xi ksur tal-Ligi tal-Kompetizzjoni u
l-Ligi dwar l-Affarijiet tal-Konusumatur.
Biex
nasal ghal-konkluzzjoni ta’ l-intervent tieghi - Dan il-Quality Service
Charter m’ghandux jkun il-punt ta’ fejn wasalna izda ghandna nibnu fuqu
sabiex inkomplu intejbu s-servizz li nofru lil-klijenti taghna. Zgur li jiena u
l-kollegi tieghi ser inkomplu naghmlu hilietna sabiex mhux biss naraw li inzommu
ma’ dak li ntrabatna fih bic-charter izda naraw kif nistghu ntejbu aktar
ic-charter taghna biex nilqghu sfidi godda li niltaqghu maghhom fil-futur.
Nixtieq
bhala nota ta’ l-ahhar nirringrazzja lil Quality Service Carter Unit fl-Ufficju
tal-Prim Ministru ta’ l-ghajnuna li tawna biex dan ic-charter seta jkun realta.
U ma nistax ninsa lil l-istaff tad-Direttorat tieghi ta’ l-appogg li tawni u
tal-hidma kontinwa taghhom biex inkommplu ntejbu l-hidma siewja li ghamilna
s’issa.
Ghalhekk
Onerevoli Galea, huwa ta’ pjacir ghalija li nipprezentalek kopja tal-Quality
Service Charter li ahna ser naraw li nwettqu sabiex il-klijent ikun moqdi ahjar.