18th November 2005-Quality Service Charter ghad-Dipartiment ghas-Servizzi ta' l-Indafa

Investiment qawwi ta' madwar kwart ta' miljun lira f'xiri ta' makkinarju u mezzi ta' trasport ghat-Taqsima tax- Xoghlijiet ghandu jwassal ghal aktar efficjenza fit-twettiq ta' progetti ta tisbih u restawr mill-haddiema tal-Gvern. Dan qalu il-Ministru Ninu Zammit meta kien prezentat b'dettalji tal-Quality Service Charter li nieda id-Dipartiment ghas-Servizzi tal-Indafa fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura.

Ir-ristrutturar li twettaq fl-ahhar sentejn fil-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura qed twassal ghat-twettiq ta' bosta progetti ta' tisbih u restawr. Progetti li qed jitwettqu madwar Malta kollha. Ma' dawn il-progetti jizdiedu ukoll ix-xoghlijiet intensivi li twettqu gewwa il-widien. Fl-ahhar sentejn gew mnaddfa u rijabilitatil'fuq minn 12-il kilometru ta' widien. Permezz ta' dan l-investiment, l-haddiema se jkollhom l-ghodda necessarja sabiex iwettqu l-lista ta' progetti li ghandu pjanat dan il-Ministeru ghas-sena 2006. Fost dawn, il-Ministru Zammit semma il-bini tal-promenade li minn Wied Babu jwassal ghal Hagar Qim, it-trasformazzjoni tal-Masgar ta Bormla f'post ta' rikreazzjoni u l-bini mill-gdid tal-Wied ta' Burmarrad. Progetti li kollha se jsiru  minn haddiema tal-Gvern.

L-investiment ta' kwart ta' miljun lira jikkonsisti f'xiri ta 13-il vann, zewg gafef zghar (bobcat u scarifier), zewg tower ladders, 3 trakkijiet, 4 sweepers u backhoe loader. Dawn il-makkinarju u mezzi ta' trasport se jkunu qed jintuzaw minn diversi dipartimenti fi hdan it-Taqsima tax-Xogholijiet. Dan se jippermetti iktar flessibilita, efficjenza u fuq kollox nuqqas ta burokrazija.

B'riferenza ghal Quality Service Charter li nieda id-Dipartiment ghas-Servizzi ta' l-Indafa, L0Ministru Zammit enfasizza fuq il-htiega li l-pubbliku jikkollabora iktar. Dan sabiex inzommu it-toroq taghna, il-gonna pubblici, l-facilitajiet sportivi u ta'rikreazzjoni, iz-zoni industrijali, il-bajjiet u l-kampanja fi stat nadif. Fl-ewwel ghaxar xhur tas-sena ntefqu l'fuq minn Lm 400,000 fi gbir ta'skart  mormi b'mod illegali. B'dawn il-fondi, dan il-Ministeru seta investa f'xiri ta hafna aktar makkinarju u mezzi ta' trasport sabiex iwettaq progetti ta' tisbih.