Quality Service Charter
tad-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport
Werrej
L-Ghan Taghna
Programmi Sportivi
Programmi ghaz-Zghazagh
Ghidilna x'tahseb
Ghidilna x'tahseb
L-Ghan Taghna
L-ghan tad-Dipartiment taghna huwa fi
tnejn:
- li mmexxu il quddiem l-izvilupp
ta' l-isport f'Malta, u
- li nghinu biex noholqu ambjent li jaghti liz-zghazagh l-opportunitajiet xierqa u l-izvog
ghall-energiji u t-talenti taghhom.
Sport
Ahna ninkoraggixxu sew liz-zghazagh u sew lill-kbar biex jiehdu sehem
fl-isport u japprezzawh. Nemmnu li l-isports huwa importanti hafna ghall-izvilupp fiziku u
ghall-formazzjoni tal-karattru. Ahna nghinu lil individwi u organizzazzjonijiet sportivi
fl-izvilupp ta' l-isport taghhom fuq livelli nazzjonali u
internazzjonali.
Zghazagh
Ix-xoghol taghna hu li noholqu u nizviluppaw opportunitajiet ghal
edukazzjoni shiha tal-personalita` u li nwettqu hidma permezz ta' attivitajiet, programmi
u inizjattivi fuq skala nazzjonali.
Programmi
Sportivi
Skolasport
Ahna naghtu opportunitajiet lil tfal taht is-sittax-il sena biex isiru
attivi fl-isport li jaghzlu. Hemm 28 dixxiplina sportiva minn fejn jaghzlu. L-inqas eta
mehtiega tvarja skond id-dixxiplina maghzula. L-attivitajiet isiru kull nhar ta' Sibt
filghodu minn Ottubru sa Mejju fl-iSportsgrounds tal-Marsa u centri ohra f'Malta.
Id-dixxiplini sportivi jinkludu:
Atletika
Ginnastika
Badminton
Baseball
Basketball
BMX
Bowling
Bukonkai
Fencing
Fitness
Football
Ghawm
Handball
Hockey
Judo
Karate
Klassi
Specjali (ghal tfal bi bzonijiet specjali) Waterpolo
Netball
Snooker
Sparar
bil-Qaws Zfin
Spirit
Combat
Squash
Table
Tennis
Taekwondo
Tennis
Volleyball
Weightlifting
Wrestling
Il-formoli ta' l-applikazzjoni jinkisbu
minn:
- Kumpless Sportiv tal-Marsa
- Dipartiment ghaz-Zghazagh u Sport, Floriana
- kunsilli lokali
- gazzetti lokali.
Biex tinkiteb tkun trid thallas xi haga. Inti tista' tigi personalment
fl-ufficcju fil-Marsa jew tibghat applikazzjoni bil-posta fl-indirizz imsemmi iktar
il-quddiem. Ahna naghtuk ircevuta minnufih jekk tigi personalment jew nibaghtuhielek
bil-posta fi zmien hamest ijiem tax-xoghol jekk tibghat l-applikazzjoni tieghek
bil-posta.
Ghall-kbar qeghdin noffru wkoll id-dixxiplini sportivi ta' fitness u
ghawm (minn 17-il sena 'l fuq). Nassigurawk li l-coaches kollha taghna huma
kompetenti u ddedikati.
Jekk tkun ipprezentajt ilment bil-miktub, tircievi bil-posta twegiba bi
spjegazzjoni shiha fi zmien hamest ijiem tax-xoghol.
Attivitajiet tas-sajf minn Skolasport
Din l-attivita` bdiet mis-sajf ta' l-1999. Hija mfassla
bhall-iSkolasport u taghti opportunita' lit-tfal matul il-vaganzi tas-sajf biex
jipprattikaw l-ghawm, (minn 6 snin sa 16-il sena), l-ibburdjar (minn 8 snin sa 16-il
sena), il-waterpolo u l-boardsailing (minn 10 snin sa 16-il sena). Il-kbar jistghu
jattendu ghal sessjonijiet ta' fitness.
L-applikazzjonijiet jintlaqghu fuq bazi ta' min jigi l-ewwel jidhol u
wara li jithallas dritt nominali. Ghal aktar informazzjoni jekk joghgbok cempel
l-iSkolasport fuq in-numru 24 95 83.
Sport ghal Kulhadd
Ghaddejjin b'arrangamenti biex norganizzaw attivitajiet ohra biex
ninkoraggixxu mod ta' hajja li l-isports huwa ghal kulhadd fuq livell nazzjonali. Twaqqaf
Kumitat Nazzjonali ghal Sport ghal Kulhadd. L-attivitajiet huma mmirati l-izjed ghal dawk
li l-anqas li jipprattikaw l-isports. L-anzjani, persuni bi bzonnijiet specjali u nies
qieghda huma gruppi tipici li jistghu jiehdu sehem f'dawn l-attivitajiet.
Avventura 2000
Ahna norganizzaw attivitajiet sportivi fl-apert ghal dawk li ghandhom
aktar sens ta' avventura. Ikollok l-opportunita' tipprova kapacitajiet godda bhalma huma
tlielaq bil-kenura, abseiling, tixbit, ghadds, ibburdjar, salvatagg, l-ewwel ghajnuna,
trekking, ciklizmu, camping u survival. Jekk tithajjar tilqa` din l-isfida, cempel fuq 22
70 58 jew fuq 22 63 53 jew e-mail fuq dept.youth.sport@gov.mt Jekk joghgbok meta
tapplika gib mieghek il-karta ta' l-identita` flimkien ma' certifikat mediku. Min japplika
ghandu jkollu aktar minn 18-il sena.
Ghajnuna lill-organizzazzjonijiet sportivi
Id-Dipartiment jalloka somom konsiderevoli ta' flus bhala ghajnuna ghal
programmi u organizzazzjonijiet ta' l-isport. Organizzazzjonijiet, assocjazzjonijiet u/jew
federazzjonijiet sportivi jistghu jibaghtu t-talbiet taghhom biex jinghataw xi flus bhala
ghajnuna sabiex:
- isir xi bini jew titjib tal-facilitajiet sportivi taghhom
- jisponsorjaw il-membri taghhom biex jiehdu sehem f'tournaments internazzjonali (li jsiru
f'Malta jew barra)
- jisponsorjaw attivitajiet sportivi.
Ahna naghtu ghotjiet ta' flus ukoll lil individwi li jkunu jixtiequ
jikkompetu f'tournaments barra minn Malta.
Din hija inizjattiva kontinwa. Applikazzjonijiet ghal ghotjiet jigu
ezaminati minn bord. Ghal aktar informazzjoni, jekk joghgbok cempel id-dipartiment.
Programmi
ghaz-Zghazagh
Skambju taz-zghazagh
Zghazagh bejn is-16 u s-26 sena ghandhom l-opportunita li jiehdu
sehem fi programm ta skambju taz- zghazagh. Vjaggi barra minn Malta dejjem jinkludu
aspetti kulturali, edukattivi u socjali. Jistghu jinkludu wkoll xoghol fil-komunita
u diskussjonijiet fuq temi socjali u internazzjonali.
Dawk li jintghazlu normalment ihallsu biss il-biljett ta' l-ajruplan.
Hafna miz-zjajjar isiru fis-sajf u l-postijiet is-soltu jinkludu l-Italja, il-Germanja,
ir-Renju Unit, is-Slovakkja u Cipru.
Nistednuk biex tibghat l-applikazzjoni tieghek matul ix-xahar ta
April ta kull sena. Tkun tehtieg kopja tal-karta ta l-identita` tieghek. Ghal
aktar informazzjoni jekk joghgbok cempel fuq 23 42 20, 23 41 58 jew 22 63 53 jew ibghat
e-mail fl-indirizz dept.youth.sport@gov.mt
Skemi ta Studji ta
Specjalizzazzjoni ghaz-Zghazagh
Zghazagh bejn is-16 u l-35 sena li jkunu qeghdin jistudjaw barra
jistghu jikkwalifikaw biex jiehdu self brata sussidjata. Id-Dipartiment qieghed
joffri din l-iskema flimkien ma l-APS Bank Ltd.
Is-self huwa ta bejn
€11646.87 u
€23293.73 bimghax
ta 7% fis-sena bi hlasijiet ohra mill-inqas jew xejn, li ghandhom jithallsu lura fi
zmien 10 snin, inkluzi tliet snin moratorju. Jekk tinghazel, tkun tista tgawdi minn
sussidju iehor ta' 6% fuq ir-rata ta l-imghax ghall-ewwel tliet snin (jigifieri
imghax li jithallas ghall-ewwel tliet snin ikun ta 1% fis-sena).
L-applikazzjonijiet jinkisbu normalment fApril jew Mejju
mid-Dipartiment jew mill-APS Bank Ltd. (24, Pjazza Sant Anna, Floriana. Tel: 22 66
44; Fax: 22 62 02).
L-applikazzjonijiet ghandhom jintbaghtu lill-APS Bank Ltd. fejn jigu
pprocessati minn kumitat tal-kredenzjali. Ma l-applikazzjoni tieghek ghandek tibghat
id-dokumenti li gejjin:
- curriculum vitae dettaljat
- kopji tal-kwalifiki
- ittra li turi li tkun gejt accettat minn
istitut/universita` relevanti
- ittra ta riferenza dwar il-karattru u l-integrita` ta
l-applikant
- fotokopja tal-karta ta l-identita` ta l-applikant u tar-ragel/mara
tieghu/taghha (jekk ikun il-kaz).
L-applikanti li ma jintghazlux u li jkunu jixtiequ aktar informazzjoni
dwar id-decizjoni tal-kumitat jistghu jiktbu lid-Direttur, Zghazagh u Sport
fid-Dipartiment. Id-Direttur jistaqsi lill-kumitat biex jaghti spjegazzjoni
ghar-ragunijiet tad-decizjoni li tkun ittiehdet imbaghad wara jibghat twegiba
lill-applikant.
Ghal aktar informazzjoni jekk joghgbok cempel fuq in-numru tat-telefon
23 41 58 jew ibghat e-mail fuq ??.
Programm ta ghajnuna liz-Zghazagh
Organizzazzjonijiet taz-zghazagh jistghu jressqu t-talbiet taghhom ghal
ghajnuna finanzjarja ghal attivitajiet u progetti taghhom billi japplikaw permezz ta
l-Iskema ghal Programm ghal Ghajnuna liz-zghazagh. Formoli specjali ta
l-applikazzjoni jinkisbu mid-Dipartiment. Applikazzjonijiet jintlaqghu fGunju u
f'Dicembru ta kull sena. Ghotjiet u ghajnuniet ohra jinghataw darbtejn fis-sena
(Jannar u Lulju).
Ghal aktar informazzjoni cempel fuq 23 41 42 jew 23 22 63 jew ibghat
e-mail fuq dept.youth.sport@gov.mt
Servizzi ta Informazzjoni
Ahna naghtu informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-Dipartiment kif ukoll
dwar organizzazzjonijiet lokali mhux governattivi u l-attivitajiet taghhom. Id-Dipartiment
jippubblika direttorju dwar l-organizzazzjonijiet taz-zghazagh u wiehed jista jikseb
kopja mill-ufficcji taghna. L-indirizz tal-website taghna huwa
www.kemmunet.net.mt/youth&sport. Naghtu informazzjoni wkoll dwar istituzzjonijiet
internazzjonali taz-zghazagh.
Politika Nazzjonali dwar iz-Zghazagh
Il-Politika Nazzjonali dwar iz-Zghazagh tigi riveduta u ppubblikata
kull tliet snin. Hija tiffoka fuq il-prijoritajiet illi l-Gvern ikun qed jikkoncentra
fuqhom fl-oqsma li ghandhom xjaqsmu max-xoghol maz-zghazagh u l-bzonnijiet taghhom.
Kopji tad-dokument ta din il-Politika Nazzjonali dwar iz-zghazagh jinkisbu
mid-Dipartiment.
Seminars u Konferenzi
Minn zmien ghal zmien ahna norganizzaw seminars biex nindirizzaw
kwistjonijiet specifici li jolqtu liz- zghazagh. Suggetti li gieli gew diskussi huma
l-HIV, abbuz mid-droga, kundizzjonijiet mhux normali fl-ikel u kwistjonijiet socjali ohra.
Barra minn hekk ahna niehdu sehem attiv fghadd ta konferenzi, specjalment
f'dawk organizzati mill-Kunsill ta l-Ewropa, l-Unjoni Ewropea u l-Programm
tal-Commonwealth dwar iz- zghazagh.
Ghotjiet u Kompetizzjonijiet
Ahna naghtu ghadd ta ghotjiet lil dawk l-organizzazzjonijiet
taz-zghazagh li jkunu ddistingwew irwiehhom fxoghol fil-komunita` matul is-sena
ta qabel. Nominazzjonijiet jintlaqghu mill-Kunsilli Lokali, il-Kunsill Nazzjonali
taz-Zghazagh, Centri Parrokkjali u korpi ohra. L-ghotjiet jinghataw fi
Frar.
Xi drabi d-Dipartiment taghna jorganizza kompetizzjonijiet f
oqsma kulturali u artistici, bhall-muzika u l-kant. Ahna norganizzaw ghotjiet ohrajn bhal
Alpine Adventure Travel Award li jistghu jidhlu ghaliha persuni li jkunu marru fuq xi
vjagg ta avventura. Ghal aktar informazzjoni fuq dawn il-kompetizzjonijiet jekk
joghgbok cempel fuq 22 63 53 jew bl-e-mail fuq dept.youth.sport@gov.mt
Attivitajiet ohra
Ahna norganizzaw attivitajiet ohra li
jinkludu:
- Progett dwar iz-zghazagh u l-wirt kulturali
- Programm ta drama ghaz-zghazagh
- Wirjiet ta fotografija
- Jum Nazzjonali ghaz-Zghazagh.
Servizz ta' Kwalita`
It-twegiba taghna ghall- bzonnijiet tieghek naturalment tiddependi fuq
in-natura taghhom, izda fkaz li jkollok bzonn informazzjoni bazika ahna nirrisponduk
minnufih jew fi zmien gurnata tax-xoghol.
L-iStandards
taghna
Ahna naghmlu minn kollox biex naghtuk informazzjoni cara u aggornata.
Meta ccemplilna jew tigi l-ufficcju taghna ahna:
- nilqghuk bkortezija
- nilqghu t-talbiet tieghek fl-inqas zmien
possibbli.
Ma dan li ghidna, ahna nikkommettu ruhna ghal dawn l-istandards
li gejjin:
Skambju ta zghazagh
Ahna:
- naghtuk ircevuta minnufih jekk inti tigi personalment jew, jekk tippreferi li
tibghathielna bil-posta, nibaghtulek twegiba fi zmien tlitt ijiem
- inwegbuk minnufih bit-telefon ghal mistoqsijiet bazicI, jew, jekk ma jkollniex
l-informazzjoni dak il-hin, incemplulek lura fi zmien gurnata tax-xoghol
- inwiegbu ghal mistoqsijiet bazici bil-posta jew bl-e-mail fi zmien hamest ijiem
- fcirkustanzi normali, ahna nibaghtu konferma xahar qabel id-data tat-tluq. Izda,
jekk tinqala vakanza aktar il quddiem, ninfurmawk hekk kif ikun hemm post fuq
l-ajruplan (anke jekk dan ikun eqreb id-data tat-tluq).
Skema ta Studji ta Specjalizzazzjoni ghaz-Zghazagh
Ahna:
- naghtu rcevuta lill-applikanti fi zmien jumejn wara li nkunu rcevejna kopja mill-APS
Bank
- l-APS Bank jipprocessa l-applikazzjonijiet fGunju. Il-Kumitat tal-Kredenzjali
taghna jezamina l-applikazzjonijiet ghal sussidju sa l-ahhar ta Lulju.
Ghidilna
x'tahseb
Ahna nilqghu l-kummenti, suggerimenti u l-ilmenti tieghek ghax jghinuna
ntejbu s-servizz taghna. Inti tista taghtina l-feedback tieghek billi:
- ccempel lill-Ufficjal Inkarigat fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa fuq in-numri tat-telefon:
24 95 83 (Skolasport) jew 22 33 63 jew 23 95 01. Tista wkoll tibghat fax fuq 22 70
59. In-numru tat-telefon ta l-ufficcju tad-Dipartiment fi Floriana huwa 22 70 58 u
22 63 53 u n-numri tal-fax huma 22 70 59 u 24 05 95.
- ccempel lit-taqsima taz-zghazagh fid-Dipartiment imsemmi hawn fuq
- tidhol fil-website taghna fuq www.kemmunet.net.mtcyouth&sport u tibghat messagg
bl-e-mail fuq dept.youth.sport@gov.mt
Nistednuk ukoll biex tigi sa l-ufficcji taghna mit-Tnejn sal-Gimgha
fil-hinijiet li gejjin:
- bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar u bejn iis-1.30 p.m. u l-5.00 p.m. (mill-1 ta
Ottubru sal-15 ta Gunju).
- bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. (mis-16 ta Gunju sat-30 ta Settembru).
Jekk tkun ressaqt ilment, ahna nibaghtulek bil-posta risposta bi
spjegazzjoni shiha fi zmien hamest ijiem tax-xoghol. Jekk int ma tkunx sodisfatt
bir-risposta, tkun tista tirreferi l-kwistjoni lil:-
Id-Direttur
Dipartiment taz-Zghazagh u Sport
Triq l-Assedju l-Kbir
Floriana CMR 02
Marzu 2000
|