| Dipartiment
tal-VAT
Werrej
Dan ic-charter
Ir-rwol taghna
Il-weghdiet taghna
Kif tista tghinna
Is-servizzi taghna
Il-hinijiet tal-ftuh taghna
Kif tikkuntattjana
L-istandards taghna
Kif tappella
Kif taghmel ilment
Suggerimenti minghand il-pubbliku
Dan
ic-charter
Dan ic-Charter jistabbilixxi l-livell ta servizz li inti ghandek
tistenna mid-Dipartiment tal-VAT, jirrifletti l-weghda taghna li naghtu servizz ta
kwalitą lil persuni registrati, u jispjega kif u minn fejn tista ggib aktar
informazjoni jekk ikollok bzonnha.
Ir-rwol taghna
Ahna responsabbli ghall-gbir u t-thaddim tal-VAT (it-taxxa fuq il-valur
mizjud), konformi mal-politika tal-Gvern li tassigura finanzi pubblici bsahhithom.
Ahna ghandna l-hsieb
li:
- naghmlu dan ix-xoghol bl-aktar mod effettiv, efficjenti u ekonomiku
- nzommu l-weghdiet li qed naghmlu fdan
ic-Charter
- nahdmu biex inzommu fl-inqas livell possibli l-ispejjez u l-obbligi biex persuni
registrati ghall-VAT jimxu mal-ligi
- nahdmu mill-qrib ma assocjazzjonijiet ta negozju u kummerc fejn jidhlu
obbligi tal-ligi u prassi tax-xoghol.
Il-weghdiet taghna
Ahna nintrabtu li naghtu servizz ta kwalitą u li nkunu dejjem
gusti u imparzjali fix-xoghol taghna. L-informazzjoni dwarek tkun mizmuma bmod
kunfidenzjali, sa fejn tippermetti l-ligi, u nkunu ezatti fil-hlasijiet taghna.
Ahna ghandna l-ghan ukoll
li:
- nkunu pronti fix-xoghol taghna
- naghmlu dak kollu possibli biex naqdu bzonnijiet specjali
- nuru kortezija u nkunu ta ghajnuna bmod professjonali
- nipprovdu formoli u gwidi li jkunu semplici u facli biex tifhimhom
- naghtuk informazzjoni ezatta u
kompleta.
Jekk iccemplilna, l-istaff taghna:
- jaghtik ismu
- jaghtik pariri cari
- jghidlek meta jkun jista jaghtik twegiba shiha jekk ma jkunx jista jaqdik
dak il-hin stess.
Jekk tiktbilna jew tibaghtilna fax ahna nirrisponduk f10
tijiem. Jekk ma nkunux nistghu nwiegbu l-mistoqsijiet tieghek matul dak iz-zmien
ahna ninfurmawk meta tkun se tiehu twegiba shiha. It-twegiba taghna tkun tinkludi l-isem
shih u n-numru tat-telefon ta l-ufficcjal li jkun qdiek.
Jekk tigi l-ufficcju ahna:
- niltaqghu mieghek mill-ewwel jekk ikollok appuntament
- nirrispondu l-mistoqsijiet tieghek mill-ewwel, u jekk dan ma jkunx possibli, ninfurmawk
meta ghandek tistenna risposta minghandna
- nuruk min ahna billi nilbsu badges bisimna jew nuzaw name plates.
Ahna nzuru l-hwienet u persuni li huma registrati biex nizguraw li
l-VAT tkun qed tingabar bmod tajjeb, u biex niccekjaw li l-ligi tal-VAT ta
l-1998 tkun qed tigi osservata. Jista jkun hemm xi drabi meta ahna jkollna bzonn
nigu ghandek minghajr ma navzawk qabel.
Generalment qabel iz-zjajjar ta rutina ahna:
- niftehmu mieghek fuq id-data u l-hin li jkunu konvenjenti ghat-tnejn
- naghtuk hjiel ta kemm xaktarx tkun twila l-laqgha taghna u nghidulek ukoll
xdokumenti jkollna bzonn
- naghtuk l-isem u n-numru tat-telefon tal-persuna li tkun ser tigi
ghandek.
Ahna nippruvaw niehdulek l-inqas hin possibli. Meta niltaqghu mieghek
ahna nghidulek min ahna, u jekk titlobna, nuruk il-karta ta l-identitą.
Wara z-zjara ahna:
- nispjegawlek u niddiskutu mieghek xi diffikultajiet li jista jkollok, u ninfurmawk
fuq xi azzjoni li jkun mehtieg tittiehed
- nispjegawlek ir-ragunijiet ghaliex ikun hemm bzonn isiru xi aggustamenti fit-taxxa, u
ninfurmawk kif tkun tista titlob revizjoni jew tappella minn din
id-decizjoni
- naghtuk perjodu ta zmien ragunevoli biex tghaddilna aktar informazzjoni jew xi
kummenti, fkaz li inti ma taqbilx ma xi haga.
Kif tistatghinna
Ahna nistghu naghtuk servizz ahjar jekk inti tghinna
billi:
- tirregistra taht il-ligi tal-VAT ta l-1998 jekk ghandek introjtu minn xi attivitą
ekonomika
- zzomm rekords li huma ezatti u aggornati
- tinfurmana jekk jinbidlu xi cirkustanzi personali jew
tan-negozju
- taghtina informazzjoni korretta u kompluta meta nitolbuk
- tibghat ir-return tal-VAT fil-hin, flimkien ma l-ammont ezatt li tkun
mitlub thallas, jekk ikun hemm bzonn
- tigbor il-kotba ta l-ircevuti fiskali li tordna, u tirritorna dawk uzati minghajr
dewmien
- tibaghtilna d-dokumenti li jkollna
bzonn.
Is-servizzi taghna
Il-klijenti taghna ghandhom jistennew servizz ta kwalitą gholja
mill-one-stop-shop u l-facilitajiet tal-customer care taghna. Id-dhul jinsab
fi Triq il-Wied, Birkirkara.
Dan il-post jinkludi:
- l-help desk, li jinkludi fih il-helpline 160
- l-ufficcju fejn isiru r-registrazzjonijiet, id-diregistrazzjonijiet u l-aggornament
ta l-informazzjoni
- l-cash office
- l-ufficcju ta l-ircevuti fiskali manwali
- t-taqsima tal-fiscal devices
- t-taqsima ta l-oggezzjonijiet
- s-Segretarjat tal-Bord ta l-Appelli.
Il-hinijiet tal-ftuh taghna
Jekk ma jkollox appuntament, inti tista tigi fl-ufficcju tal-customer
care taghna fdawn il-hinijiet (minbarra festi pubblici):
Xitwa (1 ta Ottubru - 15 ta
Gunju)
it-Tnejn, l-Erbgha u l-Hamis 1:30 p.m. - 4:00 p.m.
it-Tlieta u l-Gimgha 8:30 a.m. - 11:30 a.m.
Sajf (16 ta Gunju - 30 ta
Settembru)
mit-Tnejn sal-Gimgha 8:30 a.m. - 11:30 a.m.
Kif tikkuntattjana
Inti tista tikkuntattjana kif
gej:
Customer helpline: 160
(freephone)
Ufficcju fMalta
Telefon: 21 499330-4/6
Fax: 21 499365
Indirizz: Dipartiment
tal-VAT
16, Centre Point Building
Triq ta Paris
Birkirkara CMR 02
Ufficcju fGhawdex
Telefon: 560481
Fax: 560482
Indirizz: Ufficcju tal-VAT
Triq Enrico Mizzi
Victoria VCT 102
L-istandards taghna
Helpdesk
- Meta jkollok bzonn tinqeda mill-Helpdesk ghandek tkun moqdi fi
kwarta.
- Tista tiehu fuljetti ta informazzjoni generali u l-formoli li jkollok bzonn
mill-Customer Care jew mill-Kunsill Lokali tieghek.
Registrazzjoni, diregistrazzjoni u aggornament ta informazzjoni
- Jekk trid tirregistra ghall-VAT inti tista titlobna nghinuk timla il-formola
ta l-applikazzjoni, process li ghandu jiehu xi nofs siegha. Ahna nlestu
r-registrazzjoni tieghek fi 3 ijiem tax-xoghol, sakemm ma jkollniex nikkuntattjawk ghal xi
informazzjoni li tkun nieqsa.
- Meta tigi fl-ufficcju taghna biex tinfurmana bxi tibdil fid-dettalji ahna naqduk
fi kwarta, u nipprocessaw it-taghrif gdid li tkun tajtna fi 3 ijiem
tax-xoghol.
- Biex tapplika ghal diregistrazzjoni jkollok bzonn tigi l-ufficcju taghna. Jekk joghgbok
gib mieghek ic-certifikat tar-registrazzjoni u xi kotba ta l-ircevuti fiskali.
Il-process jiehu madwar nofs siegha.
Cash Office
- Jekk tigi personalment ahna naqduk fi
kwarta.
- Meta thallas bil-posta nibaghtulek ircevuta fi 15-il gurnata
tax-xoghol.
Skemi ta refund
- Ahna nipprocessaw l-applikazzjoni valida tieghek f5 ijiem tax-xoghol minn meta
tasal fid-Dipartiment tal-VAT, u wara nghadduha lit-Tezor ghall-hlas.
- Il-hlas ta refund tal-VAT lit-turisti isir permezz ta cekk fil-munita
indikata mill-individwu fuq l-applikazzjoni, li jintbaghat bil-posta fl-indirizz ta
l-applikant fi zmien xahrejn.
Refund fuq excess credit
- Jekk fcirkustanzi normali jkollok excess credit mad-Dipartiment inti
ghandek dritt tiehu dawn il-flus lura mhux aktar tard minn hames xhur minn meta tkun
imlejt u bghatt ir-return tat-taxxa relevanti. Jekk ahna ndumu ma nirrifonduk
minghajr raguni valida ahna nhallsuk imghax ta 1% fix-xahar.
Ircevuti fiskali manwali
- Meta tigi fdin it-taqsima ghandek tinqeda fi 15-il
minuta.
- Ahna niktbulek biex ninfurmawk li tista tigbor il-kotba ta l-ircevuti li
tkun ordnajt 5 ijiem wara li tkun ghamilt it-talba tieghek.
Spetturi tal-VAT
- GHandek tistenna li l-ispetturi jkunu retti imma gusti, ta ghajnuna u juru
kortezija.
- L-ufficjali jzommu dejjem l-appuntamenti li jkollhom mieghek u jinfurmawk bxi
tibdil meta dan ikun necessarju.
- Meta kaz ikun qieghed jigi rivedut ghandek tistenna li l-kaz jinghalaq fgimghatejn
minn meta l-ispetturi jkollhom id-dokumenti u l-informazzjoni kollha mehtiega. Jekk
jirrizulta li jkollok refund minn excess credit, ghandek tistenna li
tircievi l-hlas fi zmien ragonevoli wara l-15 tax-xahar ta
wara.
- Jekk tircievi stima tat-taxxa li ma tkunx taqbel maghha, tista titlob revizjoni sa
30 gurnata wara li tkun ircevejt l-istima, billi timla l-applikazzjoni
relevanti.
Oggezzjonijiet
- GHandek tircievi ircevuta ta l-ittra ta l-oggezzjoni fi 3 ijiem
tax-xoghol.
- GHandek tistenna li tircievi risposta shiha f20 gurnata tax-xoghol minn meta
nircievu l-ittra tieghek, sakemm ma jkunx hemm bzonn ta aktar informazzjoni biex
issostni t-talba tieghek.
Kif tappella
Jekk trid tappella minn xi decizjoni tad-Dipartiment tal-VAT inti
tista taghmel dan quddiem il-Bord ta l-Appelli tal-VAT, li huwa bord
indipendenti. Jekk il-kaz ikun dwar stima tat-taxxa, inti ghandek taghmel l-appell tieghek
fi zmien 30 gurnata minn meta tircievi l-istima.
Ghal aktar informazzjoni tista tikkuntattja
lis-Segretarjat tal-Bord fuq in-numru tat-telefon 47999 101/103/104, jew billi tikteb fdan
l-indirizz:
Segretarjat tal-Bord ta
l-Appelli tal-VAT
Customer Care Area
Dipartiment tal-VAT
Triq il-Wied
Birkirkara CMR 02
Jekk tibqa ma taqbilx mad-decizjoni li tittiehed mill-Bord
ta l-Appelli, tista tiehu l-kaz tieghek fil-Qorti ta l-Appell, dejjem
jekk il-kaz ikun fuq punt ta ligi.
Kif taghmel ilment
Is-sodisfazzjon shih tieghek huwa essenzjali ghalina. Ahna naghtu kaz
ta l-ilmenti kollha ghaliex dawn jghinuna ntejbu s-servizz taghna.
L-ilmenti ghandhom jigu indirizzati lill-persuna jew ufficcju li jkun
qdiek.
- Fi zmien 5 ijiem ahna nibaghtu ninfurmawk li ircevejna l-ilment tieghek u nghidulek min
ikun qed jiehu hsiebu jew jekk inkunux ghaddejnieh fxi ufficcju iehor.
- Nibaghtulek risposta shiha fi 15-il gurnata tax-xoghol minn meta nircevu l-ilment
tieghek, jew ninfurmawk meta ghandek tistenna risposta shiha jekk ma nkunux nistghu
nwiegbuk daqshekk malajr.
Jekk ma tkunx sodisfatt/a bir-rizultat tista tigi l-ufficcju taghna jew
tikteb lill-Customer Care fuq l-indirizz ufficcjali tad-Dipartiment tal-VAT.
Suggerimenti minghand
il-pubbliku
Biex nizguraw li nkunu qed nilhqu l-bzonnijiet u l-asspettativi tieghek,
ahna nhegguk taghtina s-suggerimenti tieghek. Jekk trid tista timla feedback form
li ssib fil-customer care area u thalliha fil-kaxxa tas-suggerimenti. Ahna naghtu
importanza lis-suggerimenti u nuzawhom biex inkomplu ntejbu l-livell tas-servizz taghna.
Naprezzaw hafna l-ko-operazzjoni tieghek tkun apprezzata hafna ghaliex din tghinna naghmlu xogholna ahjar
u ghas-sodisfazzjon shih tieghek.
Jannar 2001
|