Dipartiment tat-Tezor Quality Service Charter

Werrej

Min ahna

Kif tista' tikkuntattjana

Informazzjoni protetta

Is-servizzi u l-istandards taghna

Il-Government Accounting Operations

Sezzjoni tal-Finanzi u Amministrazzjoni

Sezzjoni tas-Salarji u Pensjonijiet

Taqsima tas-Salarji

Taqsima tal-Pensjonijiet

Kif tista' tghinna

Kif ser naraw ilhaqniex il-livell mixtieq

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Nitghallmu minghandek!

 

Min ahna

Id-Dipartiment tat-Tezor, fi hdan il-Ministeru tal-Finanzi, huwa responsabbli biex jinzammu metodi effettivi u sistemi kif jithaddmu u jitqassmu l-flus tal-Gvern, jinhargu pagamenti lis-suppliers ghas-servizzi li jinghataw lid-dipartimenti tal-Gvern, johloq bizzejjed finanzi billi zzomm ma' l-istrategiji li ghandu l-Gvern fuq self billi johrog Treasury Bills u Stocks tal-Gvern, kif ukoll jinhargu pagamenti lill-haddiema tal-Gvern u lill-pensjonanti tat-Tezor.

 

Dan ic-charter jghidlek dwar is-servizzi taghna u l-istandards li int ghandek tistenne minghandna skond ir-rikmandazzjonijiet tac-Charter Support Unit. B’dan ic-charter ahna qed nintrabtu li nipprovdulek servizz ta’ kwalita’, fil-hin.

 

Kif tista' tikkuntattjana

Ahna miftuhin mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 a.m. sa nofsinhar is-sena kollha. Inti tista':

 

  • tigi personalment jew tikteb f'dan l-indirizz:

Id-Dipartiment tat-Tezor,

Il-Mall, Livell 4, Floriana CMR 02

 

Meta zzurna naqduk f'ambjent nadif u li jilqghek. Ahna nkunu edukati u ta’ ghajnuna f’kull hin u naqduk fi hmistax-il minuta.

 

Meta tiktbilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nibaghtulek avviz fi zmien gurnata tax-xoghol minn meta nkunu rcevejna l-ittra tieghek

  • nibaghtulek l-ewwel risposta fi zmien hamest ijiem tax-xoghol

  • nibaghtulek risposta finali fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol ghall-korrispondenza aktar kumplikata.

 

Meta ccemplilna ahna nirrisponduk fil-pront u nghidulek isimna u l-grad taghna. Jekk titlob ghal appuntament dan jinghata mill-ewwel.

 

Meta tibaghtilna e-mail, ghandek tistenna li ahna:

  • nibaghtulek nota immedjatament u l-ewwel risposta fi zmien jumejn tax-xoghol minn meta tkun intbaghtet in-nota

  • nibaghtulek risposta finali fi zmien hamest ijiem tax-xoghol ghall-korrispondenza aktar komplessa.

 

Meta zzur il-website jew tistaqsi ghal xi informazzjoni nipprovdulek informazzjoni korretta u l-izjed aggornata. Nistghu naghtuk ukoll fuljett li jispjega s-servizzi taghna aktar fid-dettal.

 

Informazzjoni protetta

Informazzjoni personali pprovduta hija protetta u tintuza skond l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data 2001. Id-Dipartiment tat-Tezor jigbor u jipprocessa l-informazzjoni sabiex ikun jista' jaghti s-servizz mitlub skond il-Kostituzzjoni ta' Malta, Kapitolu IX - Finanzi; Att dwar il-Bills tat-Tezor ta' Malta, Kapitolu 133; Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, Kapitolu 174; Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, Kapitolu 93; Ordinanza dwar l-Accountant General, Kapitolu 160; Ordinanza dwar is-Self Lokali (Stock u Titoli Registrati), Kapitolu 161; Regolamenti dwar il-Finanzi Generali, A.L. 40 ta' l-1966.

 

Is-servizzi u l-istandards taghna

Il-Government Accounting Operations

Din id-divizjoni thares kontinwament u tmexxi r-regoli u l-istandards ta' l-accounting. Izzomm kuntatt ukoll ma’ dipartimenti tal-Gvern u korpi ohra ta' l-accounting fuq metodologiji li jintuzaw. F’din is-sezzjoni niehdu hsieb nigbru, nghaqqdu flimkien u nipprocessaw t-transazzjonijiet kollha tal-Gvern, nohorgu pagamenti ghal servizzi mitluba mill-Gvern u nohorgu dikjarazzjonijiet finanzjarji.

 

Ghal notifikazzjoni biex jitwaqqaf pagament u biex jerga johrog cheque iehor:

  • nohorgu ittra lill-Bank Centrali ta' Malta fi zmien jumejn tax-xoghol biex jitwaqqaf il-pagament u nohorgu payment voucher fl-istess gurnata li nkunu rcevejna acknowledgement mill-Bank Centrali ta' Malta

  • nibaghtu cheque iehor li ghandu jasal ghandek bil-posta fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol minn meta jinbeda l-pagament.

 

Ghal notifikazzjoni biex jitwaqqaf pagament u jerga jinhareg cheque li jkun skada jew intilef ahna nohorgu payment voucher fi zmien jumejn tax-xoghol u nibaghtu cheque iehor li ghandu jasal ghandek bil-posta fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol minn meta tkun avzajtna.

 

Meta nibdlu cheques li jkunu skadew jew tqattghu, ahna nohorgu payment voucher fi zmien jumejn tax-xoghol u nibaghtu cheque iehor bil-posta li ghandu jasal ghandek fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol minn meta tkun avzajtna.

 

Meta titlob biex tinhareg kopja ta' cheque msarraf, ahna nibaghtu ittra lill-Bank Centrali ta' Malta fi zmien hamest ijiem tax-xoghol fejn nitolbu li tinhareg kopja tac-cheque u nibaghtulek il-kopja tac-cheque bil-posta hekk kif nircievuha mill-Bank Centrali ta' Malta.

 

Meta titlob ghall-kopja ta' cheque mhux imsarraf mill-individwu/wa nnifsu/nnifisa u hrug ta' cheque iehor minfloku ahna:

  • nibaghtu ittra lill-Bank Centrali ta' Malta fi zmien hamest ijiem tax-xoghol fejn issir talba biex issir kopja tac-cheque

  • nibaghtulek il-kopja tac-cheque bil-posta hekk kif nircevuha mill-Bank Centrali ta' Malta

  • nibaghtu ittra fi zmien sitt ijiem tax-xoghol lill-Bank fejn kien imsarraf ic-cheque

  • hekk kif nircievu refund ta' l-ammont ta' flus mill-Bank, nohorgu cheque iehor fi zmien sitt ijiem tax-xoghol.

 

Ghal irkuprar ta' cheque li nhareg stop-payment fuqu ahna:

  • niktbu recovery note lill-Bank Centrali ta' Malta fi zmien jumejn tax-xoghol hekk kif il-klijent jinforma lil dan id-dipartiment li c-cheque instab jew ircevih

  • naccertaw li l-Bank Centrali ta' Malta jinforma lill-banek kummercjali kollha bir-recovery note sabiex il-klijent ikun jista' jsarraf ic-cheque.

 

Ahna nohorgu rcevuti mis-sistema tal-kompjuter taghna meta inti tigi biex thallas xi pagament.

 

Jekk is-sistema tal-kompjuter tkun wieqfa, ahna:

  • nohorgu rcevuta bl-idejn fl-istess gurnata li jkun sar il-pagament u naghtuha lill-klijent

  • nohorgu rcevuta ohra hekk kif is-sistema tal-kompjuter terga’ tibda tahdem

  • nibaghtu l-ircevuta bil-posta fi zmien sitt ijiem tax-xoghol.

 

Fil-kaz ta’ 'Conscience money' mghoddija anonimament lid-Dipartiment tat-Tezor ahna:

  • nohorgu rcevuta mis-sistema tal-kompjuter fi zmien gurnata tax-xoghol u nimmarkawha "persuna mhux identifikata". L-originali tinghata lill-individwu/wa u kopja tinzamm ghar-rekord taghna

  • nibaghtu ittra lid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fi zmien jumejn tax-xoghol biex jinhareg avviz fil-Gazzetta tal-Gvern.

Sezzjoni tal-Finanzi u Amministrazzjoni

Ahna nohorgu Treasury Bills u Stocks tal-Gvern, kif ukoll inharsu bir-reqqa pagamenti fuq self barrani.

 

Ghal hrug ta' Stocks tal-Gvern bl-interessi, ahna:

  • naghtu parir dwar kif stockholder jista'/tista’ jinkiteb/tinkiteb ghal Stocks godda.Naghtu parir bit-telefon, bil-posta, fax jew e-mail fi zmien erbat ijiem tax-xoghol, verbalment, jew billi l-klijent jasal sad-Dipartiment tat-Tezor

  • nohorgu interessi fid-dati stabbiliti skond il-prospectus. L-istockholder ghandu/ha jircievi/tircievi l-interessi fid-data ta' l-gheluq.

 

Fil-kaz ta’ 'Causa Mortis', meta inti tipprovdilna d-dokumenti necessarji, ahna:

  • ninfurmaw lill-Borza ta’ Malta billi nibaghtu ittra fi zmien jumejn tax-xoghol fejn tintalab konferma ta' l-iStocks kollha tal-persuna mejta

  • hekk kif din il-konferma taslilna, inressqu d-dokumenti kollha lill-avukat mahtur mid-Dipartiment tat-Tezor fi zmien hamest ijiem tax-xoghol. Dan il-process normalment jiehu madwar 30 gurnata tax-xoghol, skond kemm il-kaz ikun kumplikat

  • nibaghtu fi zmien jumejn tax-xoghol ittra lill-eredi fejn navzawhom bl-ispejjez involuti, hekk kif tinghata konferma mill-avukat

  • meta l-ispejjez kollha jkunu thallsu, nibaghtu fi zmien jumejn tax-xoghol istruzzjonijiet lill-Borza ta’ Malta permezz ta' ittra sabiex l-iStocks jigu trasferiti f'isem l-eredi.

  • nohorgu cheque fi zmien sitt ijiem tax-xoghol ta’ l-imghaxijiet akkumulati f’isem l-eredi.

 

Ahna nohorgu Treasury Bills kull nhar ta' Tlieta ta’ kull gimgha sabiex tintlahaq it-talba ghall-flus tal-Gvern. Kull applikazzjoni tinghata permezz ta' offerta, fejn l-inqas offerta tkun ta' 46587.47. Din l-iskeda li gejja turi kif l-offerti jigu pprocessati:

 

It-Tlieta 10.00 a.m. Ftuh ta’ l-offerti

12.00 a.m. Min jiehu sehem fl-offerti jigi avzat permezz tal-fax/email

 

Il-Gimgha 10.00 a.m. Meta jithallsu l-ammonti fuq l-offerti, jinhargu certifikati ta' Treasury Bills lill-persuni li jkunu tefghu l-ahjar ghotja.

 

 

Ghal applikazzjoni ghal Direct Credits, inti tista’ taghzel li jkollok l-interessi mhallsa direttament fil-kont bankarju ta’ l-ghazla tieghek jew billi tikteb lilna jew timla l-formola tad-Direct Credit li tista’ titnizzel mill-website www.treasury.gov.mt jew tigborha mill-ufficcju taghna. Malli nircievu l-applikazzjoni tieghek ahna ninfurmaw lill-Borza ta’ Malta fi zmien tlett ijiem tax-xoghol minn meta nircievu l-formola tad-Direct Credit. Ir-rekords tieghek jinbiddlu skond l-istruzzjonijiet tieghek. Inti tibda tircievi l-interessi bid-Direct Credit li jkun imissek fuq l-istockholdings tieghek.

 

Sezzjoni tas-Salarji u Pensjonijiet

Din is-Sezzjoni tinkludi t-Taqsima tas-Salarji li hija responsabbli mill-pagi tal-haddiema tal-Gvern u t-Taqsima tal-Pensjonijiet li hija responsabbli ghall-ipprocessar tal-pensjonijiet tal-haddiema tal-Gvern irtirati u l-beneficjarji taghhom.

 

Taqsima tas-Salarji

It-taqsima tas-Salarji tiehu hsieb id-database tal-haddiema tal-Gvern. Permezz ta' din id-database, jinhadmu s-salarji tal-haddiema kollha tal-Gvern kull erba' gimghat. Pagamenti kreditati direttatment fil-bank, kif ukoll certi hlasijiet li ghandhom isiru bic-cheque, jinkludu dawk l-allowances u beneficcji ohra li jsehhu wara progressions u promozzjonijiet. Kull informazzjoni li tinsab fil-common database tinzamm taht kunfidenzjalitą stretta u tintuza skond l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data 2001.

 

Taqsima tal-Pensjonijiet

Meta inti tibghat talba ghall-pensjoni ahna:

  • nibaghtu t-talba ghall-pensjoni lill-Management & Personnel Office fl-Ufficcju tal-Prim Ministru fi zmien sebghat ijiem tax-xoghol ,kemm-il darba l-informazzjoni miktuba tkun korretta

  • nohorgu lista ta' pensjonijiet awtorizzati biex jintbaghtu lill-Ministeru tal-Finanzi u l-Ufficcju tal-President darba kull hmistax. Din il-procedura tkun lesta bejn 15-il gurnata u erba' gimghat

  • nohorgu cheque tal-gratuity, fejn dan japplika, fi zmien erbat ijiem tax-xoghol, kif kollox ikun ikkjarifikat

  • meta inti titlob ghal FS3 gdida ahna nipprocessaw it-talba tieghek fi zmien gurnata tax-xoghol minn meta nircievu minghandek.

 

Fil-kaz ta’ mewt waqt is-servizz, ahna nitolbu d-dokumenti mehtiega minghand l-eredi hekk kif tinghata l-approvazzjoni mill-President tar-Repubblika biex tinhareg il-gratuity. Kif ikollna d-dokumenti, nitolbu parir legali fi zmien jumejn tax-xoghol minn meta nircievu l-ircevuta u fi zmien erbat ijiem tax-xoghol nitolbu biex jinhareg il-kumpens kemm –il darba ma jirrizulta xejn fin-negattiv.

 

Meta nohorgu il-bilanci, ahna nitolbu parir legali fi zmien jumejn tax-xoghol u nitolbu biex jinhareg il-kumpens fi zmien erbat ijem tax-xoghol meta nircievu l-approvazzjoni.

 

Ahna nittrattaw talba ghall-pensjoni ta' persuna li tohrog fuq problemi ta' sahha bhal kaz normali ta' pensjoni hekk kif nircievu l-GP61.

 

Ghal hlas ta' bonus lill-beneficjarji qabel id-data ta' l-irtirar (fil-prezent hija 61 sena) u sakemm min ihaddem fil-prezent jew id-dipartiment tas-Sigurtą Socjali ma jaghtux huma dan il-bonus, ahna:

  • nohorgu formola ta' applikazzjoni lill-beneficjarji ma' l-ewwel pagament tal-pensjoni jew gratuity

  • fi zmien hamest ijiem tax-xoghol minn meta nircievu l-formola mimlija sew, niehdu azzjoni biex jinhareg ic-cheque tal-bonus li ghandu jasal ghandek bil-posta fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol

  • nohorgu formoli personalizzati kull sitt xhur

  • ninkludu fihom pagamenti regolari ta' bonus skond il-kaz.

 

Kif tista' tghinna

Tista' tghinna naghtuk servizz ta' kwalitą billi:

  • tkun edukat/a u tikkopera ma' l-istaff taghna

  • tipprovdilna informazzjoni ezatta u korretta

  • iggib mieghek il-Karta ta' l-Identitą valida tieghek

  • tipprovdilna kull informazzjoni jew dokumenti relevanti meta nistaqsuk ghalihom.

 

Kif ser naraw ilhaqniex il-livell mixtieq

Li naraw jekk ahniex nilhqu l-istandards fic-charter taghna huwa element importanti ghas-sodisfazzjon tieghek. Ahna nikkunsidraw u ntejbu l-istandards taghna minn ilmenti u talbiet li nircievu minghandkom u minn surveys li jsiru. Ahna wkoll nirrevedu l-istandards tac-charter taghna perjodikament.

 

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Jekk tahseb li b'xi mod inqasna milli naghtuk il-livell ta' servizz li ahna qed inweghdu u ghalhekk trid taghmel ilment, jekk joghgbok ibghatilna e-mail fuq treasury.malta@gov.mt jew ikteb lit-Taqsima tal-Customer Care taghna. Ahna nuzaw l-istess standards ta’ servizz bhal meta tikkuntattjana.

 

Nitghallmu minghandek!

Ahna nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista' jghinna ntejbu s-servizz taghna. Jekk joghgbok, aghtina l-kummenti tieghek billi timla Feedback Form li tinsab ma' dan il-fuljett u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghamilna apposta fl-ufficcju taghna jew tibghatilna bil-posta. Tista' taghmel l-ilment tieghek, suggeriment jew tistaqsi mistoqsija billi taccessa l-Customer Care System fuq www.servizz.gov.mt

 

Kull informazzjoni f'dan il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Aktar informazzjoni tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit u tad-Dipartiment tat-Tezor.

 

Implimentat Lulju 2005

 

 

Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM

http://www.servicecharters.gov.mt

Stampar, Stamperija tal-Gvern