Quality Service Charter
tal-Kunsill Lokali Santa Venera
Werrej
Int u
l-Gvern Lokali Tieghek
Hinijiet tal-Ftuh
Kif tista'
tikkuntattjana
Informazzjoni
Protetta
Is-servizzi taghna
Il-weghda taghna
Kif tista' tghinna
Il-fehma tieghek
Jekk m'intix
sodisfatt/a bis-servizz taghna
Nitghallmu
minghandek!
Int u
l-Gvern Lokali tieghek
Il-Kunsill Lokali Santa Venera hu maghmul minn seba’
kunsillieri li jinkludu lis-Sindku u lill-Vici Sindku li jkunu eletti
kull tliet snin biex jirrapprezentaw l-interessi tieghek. Il-Kunsill
Lokali taghna hu responsabbli ghal firxa wiesgha ta’ servizzi
ghall-komunita’ tal-lokal. Hafna nies juzaw kuljum xi servizz offrut
mill-Kunsill u, ghal din ir-raguni, ahna rridu nipprovdu l-ahjar
servizz lir-residenti b’mod effettiv, malajr u accessibbli ghal
kulhadd. Dan ic-Charter jispjegalek dwar dawn is-servizzi, l-istandards
li int tistenna minghandna u kif taghmel kuntatt maghna biex tistaqsi
ghal servizz jew jekk ghandek xi kumment jew ilment x’taghmel.
Hinijiet tal-ftuh
Ahna nkunu miftuhin fix-Xitwa mit-Tnejn sal-Gimgha
f’dawn il-hinijiet:
It-Tnejn, l-Erbgha u l-Gimgha: 7.30 a.m. – 3.30
p.m.
It-Tlieta u l-Hamis 7.30 a.m. – 4.30 p.m.
Bejn l-1 ta’ Lulju u l-ahhar ta’ Settembru 7.00
a.m. – 1.00 p.m.
Mandankollu, ahna nkunu maghluqin fil-festi
pubblici.
Kif tista’
tikkuntattjana
Int tista’ tikkuntattjana billi:
Kunsill Lokali Santa Venera
Kumpless Umberto Calosso
Triq il-Kbira San Guzepp
Santa Venera HMR 18
tibaghtilna email fuq: santavenera.lc@gov.mt
tidhol fuq il-website tal-Kunsill: www.stveneralc.gov.mt
Meta tigi l-ufficcju taghna ghandek tistenna li
ahna:
Meta ccemplilna, ghandek tistenna li ahna:
-
nirrisponduk fil-pront
-
nghidulek isimna.
Meta tiktbilna, ghandek tistenna li ahna:
-
nibaghtulek nota fi zmien gurnata minn meta nkunu rcevejna l-korrispondenza
tieghek
-
nibaghtulek l-ewwel twegiba ghall-ittra tieghek fi zmien hamest
ijiem tax-xoghol
-
nibaghtulek twegiba shiha u finali fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol
minn meta tkun intbaghtet l-ewwel twegiba jew minn wara d-decizjoni
tal-Kunsill, skond il-kaz.
Meta tibghat email, ghandek tistenna li ahna:
-
nibaghtulek konferma li nkunu rcevejna l-email tieghek
immedjatament
-
nibaghtulek l-ewwel twegiba fi zmien jumejn tax-xoghol minn meta
tkun intbaghtet in-nota
-
nibaghtulek twegiba shiha u finali fi zmien hamest ijiem minn
meta tkun intbaghtet l-ewwel twegiba jew minn wara d-decizjoni
tal-Kunsill, skond il-kaz.
Meta titlob appuntament, ghandek tistenna li ahna
naghtuk appuntament dak il-hin stess.
Meta naghtuk xi informazzjoni:
Informazzjoni
protetta
Informazzjoni personali provduta hi protetta u
tintuza skond l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data 2001.
Is-servizzi taghna
Servizzi offruti lir-residenti mill-Kunsill Lokali
Knis u tindif ta’ toroq
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli ghall-knis u
tindif tat-toroq u bankini fil-lokalità. Artijiet privati u toroq
arterjali ma jaqghux taht ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Ahna:
Manutenzjoni ta’ bankini u toroq
Il-Kunsill Lokali jaghmel xoghol ta’ bini u
manutenzjoni ta’ bankini u toroq ezistenti sakemm dawn ma jkunux
tal-privat.
Ahna:
Twahhil ta’ tabelli u sinjali tat-traffiku
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli ghat-twahhil ta’
tabelli u sinjali taz-zebgha fit-toroq skond l-istandards nazzjonali u
internazzjonali. Dawn is-sinjali jridu jigu approvati mid-Direttorat
tat-Traffiku qabel ma l-Kunsill Lokali jaghmel dan ix-xoghol.
Ahna nitolbu permess lid-Direttorat tat-Traffiku
biex:
Manutenzjoni ta’ gonna pubblici
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli li jiehu hsieb il-playing
fields, il-gonna pubblici u s-soft areas.
Ahna:
-
naraw li dawn il-postijiet huma accessibbli ghal persuni b’dizabbiltà,
anki dawk b’wheelchair
-
naghmlu tiswijiet mehtiega fi zmien xahar minn meta l-ilment
jasal fil-Kunsill Lokali.
Manutenzjoni ta’ latrini pubblici
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli ghat-tindif u
manutenzjoni tal-latrini pubblici. Din il-latrina pubblika tinsab fi
Triq il-Kbira San Guzepp.
Ahna:
Tbattil ta’ bramel ta’ l-iskart
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli ghat-tbattil ta’
bramel ta’ l-iskart, doggie bins u bramel ohra li jkunu
mwahhla f’postijiet pubblici bhal nghidu ahna playing fields,
gonna pubblici u bankini.
Ahna:
Gbir ta’ skart bieb bieb
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli ghall-gbir ta’
l-iskart mid-djar kollha tal-lokalità.
Ahna:
Riciklagg ta’ skart
Il-Kunsill Lokali Santa Venera jorganizza kampanji
edukattivi biex jghallem lir-residenti kif ghandhom jisseparaw l-iskart
u jipprovdi informazzjoni u materjal necessarju. B’dan il-mod
il-Kunsill Lokali jara li l-iskart ikun qed jigi sseparat sew.
Gbir ta’ skart goff
Skart goff jikkonsisti fi skart mid-djar privati u
residenzjali li ma jkunx jista’ jingabar mas-servizz ta’ gbir ta’
skart normali minhabba l-kobor ta’ l-oggetti, izda li ma jkunx skart
industrijali (skart li jkun gej minn xi process industrijali), skart
minn xi post agrikolu u skart li jirrizulta minn xoghol ta’ bini u
kostruzzjoni.
X’ghandek taghmel:
Ahna:
-
nigbru dan l-iskart darbtejn fil-gimgha jigifieri l-Erbgha u l-Gimgha
bejn il-11.00 ta’ filghodu u l-4.00 ta’ wara nofsinhar
-
noffru dan is-servizz minghajr hlas lir-residenti kollha ta’
Santa Venera
-
kull darba nigbru zewg oggetti u resident ma jistax jaghmel uzu
minn dan is-servizz aktar minn darba fix-xahar.
Naghtu sehem biex jissemmew toroq godda
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli f’ghoti u bdil
ta’ ismijiet ta’ toroq godda u mhumiex fil-lokalità
rispettivament. Kull proposta maghmula mill-Kunsill Lokali tghaddi
lill-Kumitat ta’ l-Ismijiet tat-Toroq fi hdan il-Ministeru
ghall-Gustizzja u l-Intern, u jekk dan japprova, dawn l-ismijiet tat-toroq
jigu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
Xoghol ta’ reinstatement
bil-kollaborazzjoni tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma
Il-Kunsill Lokali jiehu hsieb jaghmel xoghol fuq
il-wicc tat-toroq fejn il-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma tkun
ghamlet xoghol ta’ thaffir.
Ahna:
Manutenzjoni ta’ bus shelters
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli
ghall-manutenzjoni tal-bus shelters fil-lokalità.
Ahna:
Bdil ta’ lampi fit-toroq
Il-bicca l-kbira tal-lampi fit-toroq huma fir-responsabbiltà
tal-Kunsill Lokali. Ghalhekk ahna:
-
nbiddlu l-lampi tat-toroq taht ir-responsabbiltà taghna fi
zmien hamest ijiem tax-xoghol minn meta jkun sar ir-rapport
-
kull tip ta’ dwal ohra, fosthom dawk ma’ l-arbli, huma
responsabbli ghalihom il-Korporazzjoni Enemalta Numru tat-Telefon
2122 4600.
Zbir ta’ sigar
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli ghaz-zbir ta’
sigar f’dawk it-toroq li jaqghu taht ir-responsabbiltà ta’ l-istess
Kunsill. Dawk is-sigar li jinsabu f’toroq arterjali jigu mizbura
mill-Gvern Centrali u mhux mill-Kunsill Lokali. Sigar li jinsabu f’art
privata m’humiex fir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Inizjattivi Ambjentali
Il-Kunsill Lokali Santa Venera jiehu dawk l-inizjattivi
li jidhirlu xierqa favur il-harsien ta’ l-ambjent u l-wirt storiku.
Ahna:
-
norganizzaw fost ir-residenti kampanja biex izommu l-indafa u
nhegguhom jiehdu sehem f’attivitajiet lokali u nazzjonali favur
l-ambjent
-
ninkoraggixxu t-thawwil ta’ sigar u pjanti fit-toroq u l-pjazzez
kif ukoll lir-residenti biex izejnu l-faccata tad-dar taghhom bi
pjanti u fjuri
-
naghtu attenzjoni t-tniggiz ta’ l-arja.
Infurzar lokali
L-infurzar lokali jsir kuljum mill-pulizija u mill-Gwardjani
Lokali.
Ahna:
-
minbarra s-servizz moghti mill-pulizija, nikru servizz ta’
Gwardjani Lokali biex dawn, kuljum, jissorveljaw rotot stabbiliti.
Hrug ta’ permessi
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli ghall-hrug ta’
permessi ta’ dawn l-attivitajiet jew xoghlijiet hawn imsemmija.
Skond l-attività jew xoghol, il-Kunsill Lokali johrog il-permess
necessarju u ghalhekk int mitlub tipprovdilna l-informazzjoni kollha
necessarja meta din tintalab.
Tqeghid ta’ skips
L-applikant ghandu:
€1.16 kuljum ghal kull skip.
Ahna:
Tqeghid ta’ mobile kiosk
L-applikant ghandu:
-
jipprovdi l-isem u l-kunjom ta’ sid il-kjosk
-
jaghti d-daqs u t-tip ta’ kjosk u l-affarijiet li se jkunu
ghall-bejgh
-
jaghti l-indirizz (pjanta tal-post) fejn se jitqieghed il-kjosk
-
jaghmel hlas ta’
€23.29 kull tlett ijiem, ghal kull kjosk, li
jrid jithallas minn jumejn qabel.
Ahna:
Tqeghid ta’ siggijiet u mwejjed
L-applikant ghandu:
-
jipprovdi l-isem u l-kunjom tieghu jew ta’ l-ghaqda/kazin li
tkun se tqieghed is-siggijiet u l-imwejjed
-
jipprovdi pjanta li turi l-post li se jintuza
-
jaghmel hlas ta’
€1.16 kull metru kwadru u
€1.16 kuljum li jridu
jithallsu minn jumejn qabel.
Ahna:
Depozitu ta’ krejn u makkinarju/ghodda ta’
kostruzzjoni
L-applikant ghandu:
-
jipprovdi l-isem, il-kunjom u l-indirizz ufficjali tieghu
-
jipprovdi pjanta li turi l-post fejn ikun se jsir ix-xoghol
-
jipprovdi d-dettalji ta’ sid il-krejn jew ta’ xi makkinarju
iehor li jkun se jintuza u n-numru ta’ registrazzjoni. Dawn
ghandhom jinghataw jum qabel li jkun se jsir ix-xoghol
-
jhallas Lm1 kuljum
-
jinforma lill-Kunsill Lokali jekk tkun se tinghalaq it-triq biex
isiru l-arrangamenti necessarji halli jigi pprovdut is-servizz ta’
warden. F’dal-kaz it-talba trid issir jumejn qabel.
Ahna:
-
nipprovdu s-servizz ta’ warden fuq hlas ta’
€7.92
kull siegha (mhux inqas minn saghtejn) li jrid isir minn jumejn
qabel
-
nohorgu l-permess dakinhar li tkun saret it-talba
-
nohorgu rcevuta tal-hlas li jkun sar.
Depozitu ta’ materjal tal-bini jew materjal iehor
fit-triq
L-applikant ghandu:
-
jipprovdi l-isem, il-kunjom u l-indirizz ufficjali tieghu
-
jipprovdi deskrizzjoni tal-materjal jew oggetti (li jinkludu
kwalità u kwantità/volum) u pjanta li turi fejn se jitpoggew u
jinghataw minn jum qabel
-
isir hlas ta’
€1.16 kuljum
-
inaddaf il-post ghall-istat li kien qabel pogga l-materjal u f’kaz
ta’ hsara lill-wicc tat-triq jew il-bankina jrid jaghmel tajjeb
ghaliha.
Ahna:
Tqeghid ta’ kiddie ride machines u magni
tal-bejgh awtomatici
L-applikant ghandu:
-
jipprovdi l-isem, il-kunjom u l-indirizz ufficjali tieghu
-
jipprovdi pjanta fejn se jitpoggew dawn il-magni
-
jipprovdi ritratti u qisien tal-magni
-
jghaddi mat-talba kopji tal-permessi fost ohrajn ta’ l-Awtorità
ta’ l-Ambjent u l-Izvilupp u tal-Pulizija u lista ta’ l-affarijiet
ghall-bejgh minn dawn il-magni
-
jhallas
€0.23c kuljum jekk il-makni jkunu se jitqieghdu fil-post
indikat permanentament u
€0.58c kuljum jekk il-makni jkunu se
jitqieghdu fil-post indikat ghal zmien temporanju.
Ahna:
Attivitajiet pubblici
L-applikant ghandu:
Ahna:
L-Iskema tan-Neighbourhood Watch
Il-Kunsill Lokali ha l-inizjattiva u introduca
skema volontarja ta’ neighbourhood watch fil-lokalità ta’
Santa Venera. Il-Kunsill Lokali jipprovdi l-informazzjoni necessarja
lir-residenti (permezz ta’ laqghat u pubblikazzjonijiet) dwar dak li
ghandhom jaghmlu meta jaraw xi haga suspettuza fit-triq jew fl-inhawi
taghhom, kif igibu ruhhom u fuq kollox kif ghandhom jghaddu l-informazzjoni
lill-pulizija.
Il-Victim Support Group
Il-Kunsill Lokali Santa Venera jipprovdi servizz ta’
ghajnuna lill-vittmi ta’ delitti u ta’ ksur iehor tal-ligijiet.
Dan il-Grupp jservi wkoll ta’ ghajnuna fl-ghoti ta’ pariri
lill-vittmi u fil-hidma biex jinghata taghrif dwar il-kawzi u l-effetti
tal-kriminalità fuq il-komunità.
Jum Santa Venera
Il-Kunsill Lokali Santa Venera jiccelebra Jum Santa
Venera fl-14 ta’ Novembru ta’ kull sena b’diversi attivitajiet
kulturali, sportivi, socjali u edukattivi.
Ahna:
Attivitajiet Sportivi
Il-Kunsill Lokali jinkoraggixxi l-partecipazzjoni
tar-residenti kollha fl-attivitajiet sportivi li jorganizza. Ghal dan
l-iskop, il-Kunsill jorganizza diversi attivitajiet ghat-tfal u z-zghazagh.
Jigu organizzati wkoll kompetizzjonijiet tal-loghob.
Ahna:
Korsijiet u taghlim edukattiv
Il-Kunsill Lokali jorganizza numru varjat ta’
korsijiet u tahditiet ghall-beneficcju tar-residenti, adulti u tfal.
Dawn l-attivitajiet ivarjaw minn laqghat edukattivi, xoghol ta’ l-idejn
u tahditiet dwar diversi suggetti immirati ghall-udjenza adulta.
Ahna:
-
norganizzaw korsijiet u tahrig ghat-tfal u ghall-adulti
-
ninfurmaw lir-residenti minn qabel billi nibaghtu fuljetti fid-djar
u naghmlu avvizi fin-noticeboard, fil-gazzetti u fin-newsletter
taghna dwar il-korsijiet u t-tahrig li jkun se jsir
-
nitolbukom hlas ghal dawn il-korsijiet u t-tahrig li jkun
ragunevoli ghal kulhadd u skond il-bye-law taghna
-
ninfurmawkom minn qabel jekk il-kors ikunx se jsir jew le u jekk
dan ma jsirx naghtu l-flus lura fi zmien hamest ijiem tax-xoghol.
Norganizzaw hargiet
Il-Kunsill Lokali regolarment jorganizza hargiet
kemm ghall-anzjani, adulti u tfal. F’dawn il-hargiet, hafna minnhom
kulturali u rikreattivi, nzuru diversi postijiet ta’ interess
storiku, ta’ artiggjanat u li huma mferrxin madwar il-gzejjer Maltin
u Ghawdxin.
Ahna:
-
norganizzaw hargiet ghall-familja
-
ninfurmaw lir-residenti minn qabel billi nibaghtu fuljetti fid-djar
u naghmlu avvizi fin-noticeboards, fil-gazzetti u fin-newsletter
taghna dwar il-hargiet li jkunu se jsiru
-
naraw li d-dhul fil-postijiet jew ikun b’xejn jew skond
il-hlas ta’ dhul ghal dak il-post
-
naghtu informazzjoni hafifa lil dawk prezenti ghall-harga dwar
il-post jew postijiet li nkunu se nzuru
-
ninfurmawk jekk il-harga tkun se tithassar minn gimgha qabel
id-data li tkun se ssir
-
nitolbukom hlas ragunevoli ghal dawn il-hargiet, kif stipulat
fil-bye-law.
Servizz ta’ librerija fil-lokalità
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli mil-librerija
tal-lokal. Jigi allokat ammont ta’ flus fis-sena biex ikunu jistghu
jinxtraw aktar kotba ghall-uzu tar-residenti (kemm zghar kif ukoll
kbar) li jzuru din il-librerija. Il-librerija tkun miftuha t-Tnejn u
l-Erbgha min-nofsinhar sas-2.00 p.m. u t-Tlieta u l-Hamis mid-9.00
a.m. sa nofsinhar.
Ahna:
Centru ta’ Matul il-Jum ghall-Anzjani
Il-Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u Kura
fil-Komunità bi ftehim mal-Kunsill Lokali hu marbut li jiftah dan
ic-Centru mit-Tnejn sal-Gimgha bejn id-9.00 ta’ filghodu u l-4.00 ta’
wara nofsinhar ghal dawk l-anzjani li applikaw u gew accettati mill-istess
Dipartiment.
Ahna:
-
nipprovdu servizz ta’ trasport darba fil-gimgha ghal dawk li
l-aktar ghandhom bzonn dan is-servizz biex jattendu fic-Centru
-
flimkien mal-Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunità
norganizzaw attivitajiet u naghtu diversi servizzi ghal dawk li
jattendu.
Centru ta’ l-Internet
L-ufficcju tal-Kunsill hu mghammar b’zewg
kompjuters ghall-uzu tar-residenti u l-pubbliku in generali. Persuni
ta’ etajiet differenti jistghu jaghmlu uzu minghajr hlas mill-mijiet
ta’ servizzi offruti bl-internet, specjalment dawk offruti mill-Gvern
Centrali.
Kif taghmel uzu mic-Centru ta’ l-Internet
tal-Kunsill:
-
wiehed ghandu jmur fil-hin ta’ l-ufficcju tal-Kunsill
-
jekk il-kompjuters ikunu qed jintuzaw, wiehed jista’ jaghmel
appuntament ghal gurnata u hin iehor.
Ahna:
Avvizi lir-residenti
Il-Kunsill Lokali jassisti cittadini billi
jipprovdi, skond il-htiega, informazzjoni li ghandha x’taqsam ma’
drittijiet taghhom, li tinkludi informazzjoni fuq drittijiet
tal-konsumatur, trasport, komunikazzjoni, facilitajiet ghat-turisti,
taxxa, sigurtà socjali, sahha pubblika u materjal iehor fl-interess
tal-pubbliku.
Ahna:
-
nippubblikaw u nqassmu fid-djar il-perijodu l-Akwidott
kull erba’ xhur u d-Direttorju Djarju kull sena
-
nipprovdu s-servizz ta’ web-site u stands ta’
informazzjoni
-
minn zmien ghal zmien nippubblikaw u nqassmu fid-djar fuljetti
dwar suggetti topici.
Kartanzjan
Il-Kunsill Lokali hu responsabbli ghat-tqassim
tal-Kartanzjan fil-lokalità taghna. L-anzjani huma mitluba jirreferu
xi mistoqsijiet li jkollhom lill-Kunsill Lokali.
Ahna:
Hlas u tigdid ta’ licenzji
Il-licenzji tal-hwienet jistghu jigu mgedda fl-ufficcju
tal-Kunsill Lokali kuljum sa nofsinhar u nhar ta’ Erbgha sat-3.00
p.m.
Trid tigi pprezentata n-nota ta’ tigdid biex ikun
jista’ jsir il-pagament. Il-hlas jista’ jsir kemm fi flus kif
ukoll b’cekk indirizzat lit-Trading Licensing Unit.
Hlas ta’ citazzjonijiet
Citazzjonijiet li jsiru kemm mill-wardens
kif ukoll mill-pulizija jistghu jithallsu u jigu accettati fl-ufficcju
tal-Kunsill Lokali. Il-hlas jista’ jsir kemm fi flus kif ukoll b’cekk
indirizzat lill-Kunsill li fil-lokalità tieghu tkun inghatat
ic-citazzjoni, kuljum sa nofsinhar u l-Erbgha sat-3.00 p.m.
Hlas tal-kera ta’ artijiet u postijiet
Il-hlas hu accettat fl-ufficcju tal-Kunsill Lokali
kuljum sa nofsinhar u nhar ta’ Erbgha sat-3.00 p.m. Hlas jista’
jsir kemm fi flus kif ukoll b’cekk indirizzat lid-Dipartiment ta’
l-Artijiet.
Hlas tal-kontijiet tat-telefon
Il-hlas hu accettat fl-ufficcju tal-Kunsill, kull
nhar ta’ Erbgha u nhar ta’ Gimgha sat-3.00 p.m. u jista’ jsir
kemm fi flus kif ukoll b’cekk indirizzat lil Maltacom plc.
Sistema kompjuterizzata dwar l-ilmenti u
suggerimenti
Barra li nifthu l-ufficcju taghna kuljum
ghall-beneficcju tar-residenti, illum il-Kunsill Lokali hu mghammar b’sistema
kompjuterizzata biex ilmenti u suggerimenti jkunu jistghu jigu
ttrattati aktar malajr. B’dan il-mod, residenti jkunu jistghu jaraw
is-suggerimenti u l-ilmenti taghhom mill-kumdità ta’ djarhom u
jkunu jafu x’azzjoni qed tittiehed fuqhom billi juzaw is-sistema www.servizz.gov.mt
Ahna:
-
nirregistraw l-ilmenti u s-suggerimenti li nircievu dak il-hin
stess
-
niccekkjaw is-suggeriment jew l-ilment
-
nghaddu dan is-suggeriment jew ilment lill-awtorità koncernata
-
nibaghtu risposta lir-resident dwar l-ilment u s-suggeriment.
Il-weghda taghna
Li nipprovdu servizz ta’ kwalità hu mod
importanti biex nilhqu l-iskopijiet taghna.
Meta nipprovdu s-servizzi taghna ahna:
-
nkunu cari, onesti u nitrattawk b’rispett
-
nipprovdulek servizz malajr u korrett
-
nitrattawk b’dinjità u b’kundizzjonijiet l-istess ghal
kulhadd
-
kontinwament naraw u nfittxu li ntejbu s-servizz
-
inzommu kunfidenzjalità shiha dwar l-informazzjoni tieghek
-
inzommuk infurmat fuq xi zvilupp
-
niehdu hsieb l-ilmenti b’mod efficjenti u malajr
-
inkunu zguri li kull korrispondenza jkollha l-isem, numru tat-telefon
u indirizz ta’ l-email
-
ninfurmawk jekk se jkun hemm xi dewmien f’xi servizz jew
informazzjoni li tkun trid.
Kif tista’ tghinna
Inti tista’ tghinna naghtuk servizz ahjar billi:
-
tkun edukat/a u tikkoopera ma’ l-istaff taghna
-
min qed jghaddi l-ilment barra milli jaghti l-isem, il-kunjom,
l-indirizz u numru tat-telefon, jipprezenta wkoll il-karta ta’
l-identità.
-
taghti spjegazzjoni cara u qasira dwar l-ilment tieghek
-
taghti l-post ezatt ta’ fejn qieghed l-ilment li qed taghmel
-
tipprovdilna l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relevanti meta
jkollna bzonnhom.
Il-fehma tieghek
Ahna nikkonsultaw u ninvolvu lir-residenti
tal-lokalità kemm jista’ jkun. B’dan il-mod, inti jkollok sehem
fid-decizjonijiet li jaffettwaw il-hajja tieghek ta’ kuljum. Dan
jghinna nirrispondu u nipprovdu servizz efficjenti u niksbu gharfien
ahjar ta’ xi jridu r-residenti tal-lokalità. Ahna nikkonsultaw u
ninvolvu lilkom:
-
b’surveys
-
fir-revizjoni regolari tal-Quality Serrvice Charter
-
fil-progress li l-Kunsill Lokali jkun qieghed jaghmel
fil-pubblikazzjonijiet tieghu fosthom l-Akwidott (li jigi
ppubblikat kull erbà xhur) u d-Direttorju Djarju (li jigi
ppubblikat kull sena)
-
mill-feedback forms li nircievu
-
mis-sistema ta’ l-ilmenti servizz.gov
-
mil-laqgha annwali tal-lokalità, fejn ir-residenti ta’ Santa
Venera, huma mistiedna jattendu u jghaddu ilmenti, suggerimenti u
opinjonijiet direttament lill-membri tal-Kunsill.
Jekk
m’intix sodisfatt/a bis-servizz taghna
L-iskop taghna hu li naghtu servizz lill-pubbliku f’kull
hin. Izda, l-affarijiet jistghu jmorru hazin, u jekk jigri hekk ahna
rridu nkunu nafu bihom biex intejbuhom. L-ilment tieghek hu
oppurtunità li tghinna npoggu l-affarijiet f’posthom. Ahna nilqghu
l-kummenti u s-suggerimenti kollha biex inkomplu ntejbu. Ghalhekk,
jekk tahseb li ahna nqasna milli nzommu l-livell ta’ l-istandard
ghal dawn is-servizzi u trid taghmel ilment, inti tista’ tikteb
lis-Sindku f’dan l-indirizz:
Is-Sindku
Kunsill Lokali Santa Venera
Kumpless Umberto Calosso
Triq il-Kbira San Guzepp
Santa Venera HMR 18
Fi zmien jumejn tax-xoghol tircievi nota minghandna
li turi li l-avviz wasal u tinghata twegiba shiha fi zmien ghaxart
ijiem tax-xoghol minn meta tkun ircevejt l-avviz.
Nitghallmu
minghandek!
Ahna kontinwament qed naghmlu hilitna biex
nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk
nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista’ jghinna ntejbu s-servizz
taghna. Jekk joghgbok, aghtina l-kummenti tieghek billi timla
l-feedback form li hawn ma’ dan ic-Charter u thallihielna fil-kaxxa
tas-suggerimenti li ghamilna apposta fir-reception area jew tibghatha
bil-posta.
Tista’ taghmel l-ilment
tieghek billi tidhol fuq is-sit www.servizz.gov.mt
u tuza s-sistema tal-Customer Care.
Kull informazzjoni f’dan il-fuljett hi korretta
sakemm morna ghall-istampa. Aktar informazzjoni tinsab fuq il-website
tac-Charter Support Unit u fuq il-website tal-Kunsill Lokali.
Settembru 2004
Ippubblikat mic-Charter Support Unit, OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampat, Stamperija tal-Gvern
|