Quality
Service Charter tad-Dipartiment ta l-iSpeech Languange
Werrej
Introduzzjoni
L-Ghan Taghna
Ir-Rwol Taghna
Is-Servizzi li noffru
Eligibilta u Dhul
Servizz ta Kwalita
Kif
tista tghinna
Nitghallmu
minghandek
Introduzzjoni
Dan iċ-Charter huwa
gwida għad-Dipartiment ta' l-iSpeech-Language. Permezz ta' dan
iċ-Charter, aħna qed nagħtu informazzjoni dwar is-servizzi
li nipprovdu u l-livell ta' servizz li beħsiebna nilħqu u li
għandek tistenna mingħandna.
L-Għan
Tagħna
L-għan tagħna
huwa li nidentifikaw id-diffikultajiet fil-komunikazzjoni u nfasslu
programmi li jiżviluppaw il-ħila fil-komunikazzjoni
tal-klijenti tagħna.
Ir-Rwol
Tagħna
Ir-rwol tagħna
jinkludi kemm li noffru kura lil dawk il-persuni bi problemi fit-taħdit,
kif ukoll li nedukaw il-komunita’.
Noffru evalwazzjoni
tal-problema ta’ l-individwu u l-effett fuq ta’ madwaru, kif ukoll
gwidi ta’ rimedju, appoġġ u informazzjoni kemm lill-klijenti
tagħna kif ukoll lil min jieħu ħsiebhom. Aħna
nirrakkomandaw u nippromwovu terapija varjata biex it-trattament li
jingħata ikun aktar effettiv.
Is-Servizzi
li noffru
L-Intervent tagħna
jinkludi evalwazzjoni, djanjożi, attenzjoni u prevenzjoni ta'
nuqqas ta' komunikazzjoni. It-terapija tista' tingħata fuq bazi
individwali jew fi grupp, u tista’ tingħata kemm b'mod dirett jew
indirett (permezz ta' carers). L-attivitajiet tagħna ivarjaw skond
in-natura tal-problema, il-klijent, il-grupp u l-ambjent tax-xogħol.
Il-każijiet
jistgħu jinkludu:
- problemi ta' komunikazzjoni
minħabba nuqqas ta' smigħ u diffikultajiet sensorjali,
problemi fit-tagħlim, awtiżmu
- problemi fl-artikulazzjoni,
fonoloġija u fil-grammatika
- problemi fid-diskors (e.ż.
temtim)
- problemi fil-qari u fil-kitba li
għandhom x’jaqsmu ma’ diffikultajiet fit-tagħlim
- dewmien fl-iżvilupp tad-diskors u
fl-użu tal-lingwaġġ
- problemi fil-vuċi bħal
dysphonia (ħanqa fit-tul) u konsegwenzi ta’ qtugħ
tal-gerżuma
- kundizzjonijiet newroloġiċi
(e.ż. ġrieħi fir-ras, puplesija u mard fit-tul)
- problemi li jkollhom kemm tfal, kif
ukoll adulti, biex jieklu.
Eliġibilta’
u Dħul
Min għandu xi
diffikolta’ minn dawn li semmejna jista’ jagħmel kuntatt
direttament ma’ l-eqreb klinika ta’ l-iSpeech-Language.
Professjonisti oħra bħal għalliema, tobba, infermiera, social
workers jew carers (bħal ġenituri) jistgħu
wkoll jirreferuk għal kura fl-iSpeech-Language Unit.
Is-servizzi
jingħataw minn dawn il-postijiet:
Centri
tas-Saħħa
- Birkirkara Tel: 21 485376
- Cospicua Tel: 21 821727
- Furjana Tel: 21 243314
- Gzira Tel: 21 344766
- Mosta Tel: 21 411065
- Raħal Ġdid Tel: 21 691314
- Qormi Tel: 21 484450
- Rabat Tel: 21 459082
(Mit-Tnejn
sal-Ġimgħa mis-7.30am sat-3.30pm)
Kliniċi Distrettwali
- Birżebbuġia Tel: 21 658596
- Dingli Tel: 21 453113
- Ħamrun Tel: 21 251447
- Kirkop Tel: 21 685347
- Naxxar Tel: 21 437155
- Qrendi Tel: 21 640984
- Safi Tel: 21 647193
- San Ġwann Tel: 21373777
- Sta Luċia Tel: 21 801003
- Sta. Venera Tel: 21 223915
- Siġġiewi Tel: 21 465252
- Tarxien Tel: 21 660500
- Żebbuġ Tel: 21 460454
- Żejtun Tel: 21 676818
(Fil-ġranet
tagħhom biss)
Sptarijiet
Klinika ta' l-iSpeech-Language
fl-E.N.T. Out-Patients Tel: 25951391
(Mit-Tnejn
sal-Ġimgħa mis-7.30 am sas-2.30 pm u s-Sibt mis-7.30 am
sas-1.00 pm
- Child Development Assessment Unit Tel:
25951793
(Mit-Tnejn
sal-Ġimgħa mis-7.30 am – 3.30 pm)
- Sptar Ġenerali t'Għawdex
Klinika ta' l-iSpeech-Language Tel: 21 562700
(Mit-Tnejn
sal-Ġimgħa mis-7.30 am - 2.30 pm u s-Sibt mis-7.30 am - 1.30
pm)
- Sptar Zammit Clapp Tel: 21 344950
(Mit-Tnejn
sal-Ġimgħa mis-7.30 am - 3.30 pm)
- St. Vincent de Paul Residence Tel: 21
224461
(Mit-Tnejn
sal-Ġimgħa mis-7.30 am - 3.30 pm)
Servizzi ta'
Taħriġ għall-Adulti
- Ħal Far, Wied il-Għajn,
Santa Venera, l-Imtarfa u Għawdex.
Skejjel Speċjali
- Guardian Angel, Hamrun
- San Miguel Febres, St Andrews
- Special Unit, Skola Primarja
tas-Sannat
- Helen Keller School, Qrendi
- Dun Manuel Attard School, Wardija
Tista' ċċempel
waħda mill-kliniċi imsemmija hawn fuq għal appuntament.
Jekk ikollok xi diffikulta’, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Dipartiment
ta’ l-iSpeech-Language fi Triq Ingiered, Luqa fuq 21 230822 sabiex
inkunu nistgħu ngħinuk kif teħtieġ.
Servizz
ta' kwalita’
Għandek tistenna
li:
- dejjem isir assessment u evalwazzjoni
tal-kapaċitajiet komunikattivi tiegħek, kif ukoll
tingħata għajnuna fil-każ ta’ diffikulta’ fil-mod
ta’ kif tiekol u tixrob
- jitfassal programm ta' intervent skond
il-bżonnijiet tiegħek
- tingħata appuntamenti għal
każijiet ġodda fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol
- tingħata appuntamenti oħra
skond il-bżonnijiet tiegħek fuq suġġeriment ta’
l-iSpeech-Language pathologist
- tattendi sezzjonijiet ta' intervent
normalment idumu bejn 30-45 minuta
- ma ddumx tistenna għal iktar minn
10 minuti fuq il-ħin ta' l-appuntament tiegħek.
Ċirkustanzi li ma jkollniex kontroll fuqhom jistgħu
jżommuna milli nilħqu dan il-għan
- kull informazzjoni li jkollna
tinżamm kunfidenzjali
- tingħata informazzjoni dettaljata
tal-problema li jkollok
- tingħata risposti għal
mistoqsijiet kollha li jkollok
- tiġi eżaminat/a minn
speech-language pathologist reġistrat
- tkun taħt il-kura ta’ l-istess
speech-language pathologist sakemm hu possibli u f’każ ta’
bdil tiġi infurmat/a minn qabel.
Kif
tista’ tgħinna
Inti tista' tgħinna
biex noffru servizz aħjar billi:
- tkun puntwali għall-appuntament
tiegħek
- tgħarraf lill-iSpeech-language
pathologist jekk ma tkunx tista' tattendi għall-appuntament
sabiex ikunu jistgħu isiru arranġamenti alternattivi
- ma tiġix jekk ma jkollokx
appuntament
- tgħarraf lill-iSpeech-language
pathologist b'xi kundizzjoni medika li tkun tinsab fiha
- tistaqsi għal spegazzjoni fejn ma
tkunx fhimt
- timxi fuq il-pariri li ngħatawlek
mill-iSpeech-language pathologist
- tgħarraf lill-iSpeech-language
pathologist jekk tibdel ismek, l-indirizz jew numru tat-telefon.
Nitgħallmu
mingħandek!
Aħna l-ħin
kollu nfittxu li ntejjbu l-kwalita’ tal-kura tagħna.
Għalhekk aħna nilqgħu kull kumment u
suġġeriment li jista' jkollok sabiex aħna nkunu
nistgħu intejjbu s-servizz tagħna.
Is-sodisfazzjon
tiegħek huwa importanti għalina. Jekk tixtieq tressaq xi lment,
tista' tagħmel dan billi l-ewwel tkellem lill-iSpeech-language
pathologist responsabbli għall-kura tiegħek. Jekk ma tkunx
ħriġt sodisfatt, tista' ċċempel jew tikteb lill-Customer
Care Unit tagħna fid-Dipartiment ta' l-iSpeech-Language f'dan l-indirizz:
Customer Care Unit
Dipartiment ta' l-iSpeech-Language
Triq l-Ingiered
Luqa LQA 05
Numru tat-Telefon: 21
230822
Numru tal-Fax: 21 233857
Email: speechlanguage@gov.mt
Web site: http://www.health.gov.mt/services/speechlang.htm
Nibagħtulek
acknowledgement fil-pront u tirċievi tweġiba sħiħa
fi żmien ġimgħatejn.
Kull informazzjoni f’dan
il-fuljett hija korretta sakemm morna għall-istampa. Informazzjoni
aġġornata tinsab fuq il-website taċ-Charter Support Unit.
L-ewwel pubblikazzjoni
Lulju 1999
Frar 2003
Ippublikat miċ-Charter
Support Unit, OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampar, Stamperija
tal-Gvern
Fotografija, DOI
|