Quality Service Charter tad-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali

Werrej

Dan ic-Charter

Izjed informazzjoni

Fejn tista’ ssibna

Ir-rwol taghna u l-kwalità ta’ servizz li noffru

Ir-rwol tieghek

Appelli

Applikazzjonijiet

Il-livell ta’ servizz ghall-beneficcji marbuta b’dan ic-Charter

Ilmenti fuq is-servizz taghna

Ilmenti fuq il-beneficcji taghna

Is-suggerimenti tieghek

L-Ufficcji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali

 

Dan ic-Charter

B’dan ic-Charter qed nintrabtu li ghall-beneficcji mnizzla f’dan id-dokument naghtu garanzija ta’ servizz ta’ kwalità.

F’dan ic-Charter se nfissrulek xi kwalità ta’ servizz ghandek tistenna meta tapplika ghal xi wiehed minn dawn il-beneficcji kif ukoll x’ghandek tistenna f’kaz li jkollok xi diffikultà jew ilment.

 

Izjed informazzjoni

Tista’ tkun taf aktar dwar il-beneficcji taghna billi tigbor information leaflets mill-Customer Care Desk tad-Dipartiment taghna jew mill-Ufficcju Distrettwali tal-lokalità tieghek.

 

Fejn tista’ ssibna

Inti tista’:

  • tidhol fil-website taghna fl-indirizz http://www.msp.magnet.mt
  • zzur l-Ufficcju Distrettwali tal-lokalità tieghek
  • zzur il-Customer Care Unit tad-Dipartiment taghna
  • tiktbilna f’dan l-indirizz:

    Dipartiment tas-Sigurtà Socjali

    38, Triq l-Ordinanza

    Valletta CMR 02

Jekk ikollok bzonn tista’ zzur jew iccempel fl-Ufficcju Distrettwali tal-lokalità tieghek f’dawn il-hinijiet:

  • fix-Xitwa mit-Tnejn sal-Gimgha bejn it-8:00 a.m. u nofsinhar u bejn is-1:30 p.m. u l-4:30 p.m.
  • fis-Sajf mit-Tnejn sal-Gimgha bejn it-8:00 a.m. u nofsinhar.

F’pagna 7 ta’ dan ic-Charter ghandek issib lista tal-Ufficcji Distrettwali taghna u n-numri tat-telefon u fax rispettivi.

Tista’ ccempel ukoll fil-Head Office taghna fuq numru 222440-9 f’dawn il-hinijiet:

  • fix-Xitwa mit-Tnejn sal-Gimgha bejn it-8:00 a.m. u nofsinhar u nhar ta’ Tnejn, Erbgha u Gimgha bejn is-1:30 p.m. u l-4:30 p.m.
  • fis-Sajf mit-Tnejn sal-Gimgha bejn it-8:00 a.m. u nofsinhar.

Tista’ zzur  lil-Customer Care Desk tad-Dipartiment taghna f’dawn il-hinijiet:

  • fix-Xitwa mit-Tnejn sal-Gimgha bejn it-8:00 a.m. u nifsinhar u nhar ta’ Tlieta u Hamis bejn is-1:30 p.m. u l-4:30 p.m.
  • fis-Sajf mit-Tnejn sal-Gimgha bejn it-8:00 a.m. u nofsinhar.

Il-hinijiet tas-Sajf jidhlu fis-sehh mis-16 ta’ Gunju u dawk tax-Xitwa mill-ewwel t’Ottubru.

 

Ir-rwol taghna u l-kwalità ta’ servizz li noffru

Il-mission statement taghna huwa li noffru ghajnuna finanzjarja fil-hin u beneficcji ohra lil persuni eligibbli.

Ahna nintrabtu illi meta tikkuntatjana jew izzurna, ahna:

  • nkunu edukati u nuru kortezija f’kull hin
  • nghinuk f’xi diffikultà li jista’ jkollok
  • naqduk mimll-aktar fis possibli
  • inzommu l-informazzjoni kollha b’mod kunfidenzjali skond kif tghid il-ligi jew kif titlob int.

L-Ufficcjal inkarigat fl-Ufficcju Distrettwali tal-lokalità tieghek jintrabat ukoll illi:

  • jaghtik parir fuq il-beneficcji li int intitolat/a ghalihom
  • jghinek timla l-formoli f’kaz ta’ diffikultà.

 

Ir-rwol tieghek

Int tista’ tghinna noffrulek servizz ahjar billi:

  • tapplika ghall-beneficcji li tkun intitolat/a ghalihom fil-hin u timla l-applikazzjoni t-tajba
  • dejjem iggib mieghek il-karta ta’ l-identità
  • ggib mieghek id-dokumenti mehtiega
  • taghtina informazzjoni tajba u aggornata
  • tavzana b’xi tibdil fic-cirkostanzi tieghek ghaliex dan jista’ jaffetwa l-applikazzjoni tieghek ghal xi beneficcju.

 

Appelli

Inti tista’ taghmel appell kontra d-decizjoni tad-Direttur lill-Arbitru tas-Sigurtà Socjali. Appelli jistghu jigu maghmula biss dwar punti tal-Ligi jew principji ta’ importanza li johorgu mid-decizjoni tad-Direttur. L-appell irid isir bil-miktub fi zmien tletin jum mid-data ta’ meta rcevejt ir-risposta dwar l-applikazzjoni tieghek. Jekk joghgbok ibghat l-appell tieghek f’dan l-indirizz:

Segretarja ta’ l-Arbitru

Dipartiment tas-Sigurtà Socjali

19, Triq Mikiel Anton Vassalli

Valletta CMR 02

 

Applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet mimlija iridu jintbaghtu fl-Ufficcju Distrettwali tal-lokalità tieghek.

Inti tista’ tigbor l-applikazzjonijiet mill-Ufficcju Distrettwali tal-lokalità tieghek, mill-Customer Care Desk tad-Dipartiment taghna jew billi titlobna nibghatulek applikazzjoni bil-posta. Ghal xi beneficcji tista’ wkoll tnizzel applikazzjoni mill-website taghna fl-indirizz http://www.msp.gov.mt . Meta tibghat l-applikazzjoni mimlija bil-posta m’hemmx ghalfejn twahhal bolla.

 

Il-livell ta’ servizz ghall-beneficcji marbuta b’dan ic-Charter

Ghandek tistenna dawn il-livelli ta’ servizz jekk l-applikazzjoni tieghek tkun mimlija tajjeb.

Ghotja taz-zwieg

Meta tizzewweg ahna ninfurmawk bil-kitba jekk tistax tapplika ghal din l-ghotja.

Ghandek tircievi l-hlas fi zmien erba’ gimghat minn meta tkun applikajt.

Beneficcju tal-maternità

Ghandek tircievi l-ewwel l-hlas fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol minn meta tkun applikajt.

Allowance tat-tfal

Ghandek tircievi l-ewwel hlas fi zmien erba’ gimghat minn meta tkun applikajt.

Beneficcju tal-mard

Ghandek tircievi l-ewwel hlas fi zmien erba’ gimghat minn meta tkun applikajt.

Beneficcji ghal min ma jahdimx

Dawn il-beneficcji huma l-Unemployment Benefit, l-iSpecial Unemployment Benefit u l-Unemployment Assistance.

Ghandek tircievi l-ewwel hlas fi zmien hames gimghat minn meta tkun applikajt.

Allowance ghal tfal b’dizabilità

Il-bord mediku jezamina d-dizabilità u jiddeciedi jekk tkunx tista’ tinghata din l-ghajnuna.

Ghandek tircievi l-ewwel hlas fi zmien sitt gimghat minn meta tkun applikajt.

Pensjoni ghal persuni b’dizabilità jew b’vista batuta

Ghandek tircievi l-ewwel hlas fi zmien erba gimghat minn meta tkun applikajt.

Jekk il-kaz tieghek ikun hemm bzonn li jigi rivedut mill-bord mediku, ghandek tircievi l-ewwel hlas fi zmien sitt gimghat minn meta tkun applikajt.

 

Ilmenti fuq is-servizz taghna

Jekk trid tilmenta fuq is-servizz taghna, int tista’:

Tikkuntattja lill-Ufficcjal inkarigat fl-Ufficcju Distrettwali tal-lokalità tieghek jew il-Customer Care Officer fid-Dipartiment taghna. Ghandek tircievi risposta fi zmien 7 ijiem tax-xoghol.

Jekk ma tiehux sodisfazzjon, tista’ tikteb ittra lill-Assistant Direttur tal-Customer Care f’dan l-indirizz:

Assistant Director

Customer Care

38, Triq l-Ordinanza

Valletta CMR 02

Ghandek tircievi risposta fi zmien 20 gurnata tax-xoghol.

Jekk tibqa’ mhux sodisfatt/a, ghandek id-dritt tressaq l-ilment tieghek quddiem l-Ombudsman.

 

Ilmenti fuq il-beneficcji taghna

Jekk trid tilmenta fuq l-ammont ta’ beneficcji li tircievi jew tahseb li hadna xi decizjoni hazina fl-applikazzjoni tieghek, int tista’:

  • tistaqsina biex nispjegawlek kif wasalna ghad-decizjoni
  • tistaqsina biex nirrevedu d-decizjoni taghna
  • tappella lill-Arbitru

Ghandek tappella fi zmien 30 gurnata minn meta tircievi id-decizjoni taghna. Ghal aktar informazzjoni dwar kif tappella, ara pagna * ta’ dan ic-Charter.

 

Is-suggerimenti tieghek

Tista’ taghtina is-suggerimenti tieghek billi timla’ feedback form li ssibhom fil-Customer Care Desk tad-Dipartiment taghna jew fl-Ufficcju Distrettwali tal-lokalità tieghek. Ahna nilqghu s-suggerimenti tieghek ghaliex dawn jghinuna biex intejbu s-servizzi taghna.

L-Ufficcji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali

MALTA
  Address: Telephone: FAX:
Balzan 153, Triq il-Kbira 25903600 25903601
B'Kara Centru Civiku 25903610 25903611
Fgura Triq il-Kampanella 25903630 25903631
Hamrun 1, Triq l-Iskola 25903640 25903641
Luqa 89, Triq Pawlu Magri 25903650 25903651
Marsa 84, Triq is-Salib 25903660 25903661
Mosta Centru Civiku 25903670 25903671
Msida 33, Triq D'Argens 25903680 25903681
Naxxar Centru Civiku 25903700 25903701
Paola 5, Centru Civiku 25903710 25903711
Qormi 229, Triq il-Vitorja 25903720 25903721
Rabat Centru Civiku 25903730 25903731
San Gwann c/o Ghassa tal-Pulizija, Triq in-Naxxar 25903740 25903741
San Pawl il-Bahar 24, Triq San Pawl 25903750 25903751
Siggiewi Pjazza San Nikola 25903760 25903761
Sliema 101, Triq Dingli 25903770 25903771
Valletta 9, Triq Zekka 25903780 25903781
Vittoriosa 'Access', St Edward Str 25903620 25903621
Zabbar Centru Civiku 25903800 25903801
Zebbug Bini tal-Gvern, Blk 1, Flt 2, Triq Sciortino 25903810 25903811
Zejtun 9, Triq il-Madonna tal-Hniena 25903820 25903821
Zurrieq 8, Triq Santa Katarina 25903830 25903831
 
Ghawdex
Nadur 43, Triq il-Kappillan 25903690 25903691
Victoria Centru Amministrattiv, Pjazza San Frangisk 25903790 25903400
 

Novembru  2000