Quality Service Charter ta' l-Ufficcju ta' l-Iskeda V

 

 

 

Werrej

 

Dan ic-charter

 

Kif tista' tikkuntattjana

 

Hinijiet tal-ftuh

 

Kunsiderazzjoni personali u rispett

 

Informazzjoni protetta

 

Is-servizzi taghna

 

X'tip ta' servizz ghandek tistenna minghandna

 

Ir-responsabbiltajiet tieghek bhala pazjent

 

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

 

Nitghallmu minghandek

 

 

Dan ic-Charter

L-ufficcju ta' l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) jinsab fl-isptar San Luqa. Kull pazjent li jbati minn xi kundizzjoni li hija mnizzla skond l-Iskeda V ta' l-Att tas-Sigurta' Socjali jibbenefika mis-servizz offrut minn dan l-ufficcju. Din l-iskeda ssemmi ghadd ta' kundizzjonijiet u mard, li ghalihom tinghata medicini b'xejn irrispettivament mill-pozizzjoni finanzjarja tieghek. Dan ic-Charter ifisser ukoll ir-responsabbilitajiet u d-drittijiet tieghek bhala pazjent meta zzur l-ufficcju taghna. B'dan ic-Charter ahna qed nintrabtu li nipprovdu lilek servizz ta' kwalita'.

 

Kif tista' tikkuntattjana

L-ufficcju ta' l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) jinsab fl-isptar San Luqa fi Gwardamangia. Tista' tikkuntattjana kif gej:

  • tigi personalment jew tikteb f'dan l-indirizz:

Ufficcju ta' l-Iskeda V (Kartuna s-Safra)

Sptar San Luqa

Gwardamangia MSD 07

  • iccempel fuq: 25951402

21241251/21249461 extension 1402

 

Hinijiet tal-Ftuh

L-ufficcju ta' l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) ikun miftuh nhar ta' Tnejn, Erbgha u Gimgha matul dawn il-hinijiet:

  • 8.30 a.m. – 12.00 p.m.

 

Kunsiderazzjoni personali u rispett

Ghandek tistenna li l-istaff li tiltaqa' mieghu jkun liebes karta' ta' l-identita' li turi l-isem u l-grad fi hdan l-ufficcju ta' l-Iskeda V (Kartuna s-Safra). L-istaff kollu jaqdik b'kortesija u jirrispetta l-privatezza, id-dinjita', il-kultura, it-twemmin religjuz u l-istil ta' hajja tieghek.

 

Informazzjoni protetta

Informazzjoni personali pprovduta hija protetta u tintuza skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.

 

Is-servizzi taghna

Applikazzjonijiet góall-Kartuna ta' l-Iskeda V (Kartuna s-Safra)

L-applikazzjoni ghall-kartuna ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) tista’ tohrog minn tlett postijiet differenti; mid-dipartimenti ta’ l-Outpatient, mis-swali fl-isptar u mic-Centri tas-Sahha. L-ufficcju ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) jircievi dawn l-applikazzjonijiet u jara jekk l-applikazzjoni tkunx valida jew le.

Jekk l-applikazzjoni tkun valida, l-informazzjoni necessarja titnizzel fil-kompjuter. Wara l-Kartuna ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) tigi stampata, iccekjata u wara ffirmata, ittimbrata u tintbghat bil-posta.

Applikazzjoni tista’ ma tkunx valida jekk wahda jew aktar minn dawn id-dettalji jkunu nieqsa:

  • l-indirizz shih u numru tal-karta ta’ l-identita’

  • l-kura u dijanjosi

  • d-dijanjosi ma tkunx imnizzla fil-lista ta’ l-Iskeda V

  • l-firma tal-konsulent u t-timbru

  • kitba li tingharaf.

Dettalji ta’ applikazzjoni li ma tkunx valida jitnizzlu fil-kompjuter u l-applikazzjoni tintbaghat lura lill-Konsulent biex jaghmel it-tibdil mehtieg.

Procedura mehtiega ghall-Kartuna ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra)

  • il-pazjent jiíi rriferut mit-tabib tiegóu góall-appuntament ma’ Konsulent jew ío Ðentru tas-Saóóa jew fi Sptar tal-Gvern

  • il-Konsulent jimla’ formola ta’ l-applikazzjoni biex tinóareí il-Kartuna ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra)

  • jekk id-dijanjosi hija skond il-lista ta’ l-Iskeda V it-talba tigi approvata u l-kartuna tinhareg

  • medicini specjali jinhtiegu l-approvazzjoni tal-Kumitat tad-Drugs and Therapeutics u l-kartuna tinhareg b’nota maghha li tinforma lill-pazjent/a li jrid jinghata permess ghal dik l-medicina partikolari

  • il-pazjent jista’ jkollu t-tieni kartuna li tkun valida minhabba xi marda ohra

  • inti ghandek tistenna li tircievi l-Kartuna ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) fi zmien 15 -il gurnata tax-xoghol minn meta applikazzjoni valida tasal fl-uffiððju ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra).

Kartuna li tkun mitlufa

Meta pazjent/a jitlef/titlef il-kartuna jkun mehtieg li jaghmel/taghmel affidavit. Ghandha ssir il-procedura kif gej:

  • timtela’ applikazzjoni ta’ affidavit

  • il-pazjent/a jmur/tmur fit-Taqsima tal-Billing fl-isptar San Luqa fis-sular t’isfel u jhallas/thallas €1.16

  • il-pazjent/a jaghmel/taghmel affidavit ghand persuni awtorizzati

  • il-pazjent/a jinghata/tinghata l-kartuna fl-istess íurnata.

Pazjenti barranin

Pazjenti barranin li huma ntitolati biex ikollhom il-Kartuna ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) huma dawk li:

  • huma mizzewga lil xi hadd malti

  • ghandhom nazzjonalita’ doppja, li wahda minnhom trid tkun Maltija

  • japplikaw ghalihom il-provedimenti ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Socjali

  • ghandhom l-omm jew il-missier maltin (ghal tfal taht l-eta’ ta’ 18 –il sena)

Pazjenti barranin ohra jistghu jkunu (skond il-ftehim tal-Konvenzjoni) intitolati góall-Kartuna ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) wara li jghaddu minn din il-proðedura:

  • pazjenti li jattendu l-ufficcju ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) jinghataw ittra biex jehduha lid-Direttur tas-Sigurta’ Socjali (DSS) ghall-permess necessarju u wara l-approvazzjoni tintbaghat dirett fl-ufficcju ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra)

  • pazjenti ghandhom jistennew li jircievu l-Kartuna ta’ l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) fi zmien 15 gurnata tax-xoghol minn meta l-ufficcju ta’ l-Iskeda V jircievi l-approvazzjoni.

 

X'tip ta' servizz ghandek tistenna minghandna

Meta tigi fid-dipartiment taghna ghandek tistenna li:

  • nilqghuk f'ambjent nadif u komdu

  • naghmluha facli ghal kulóadd li juza s-servizzi taghna

  • naghtu prijorita' skond il-htiega lil dawk il-persuni li jkollhom il-Karta ta' l-Identita' Specjali

  • jfehmuk b'mod car u nkunu ta' ghajnuna meta nkunu qed naqduk.

 

Ir-responsabbiltajiet tieghek bóala pazjent

Inti tista' tghinna naghtuk servizz ahjar billi:

  • tkun edukat/a u ta' ghajnuna ma' l-istaff taghna kollu

  • taghtina informazzjoni ezatta u korretta

  • tigi fl-ufficcju ta' l-Iskeda V (Kartuna s-Safra) skond il-granet u fil-hinijiet li nkunu miftuha

  • ggib mieghek il-karta ta' l-Identita'

  • ggib mieghek il-biljett ta' l-isptar

  • ggib mieghek u turi l-Karta ta' l-Identita' Specjali li tintitolak ghal certu privileggi (bhal Kartanzjan 75 + u Persuni bi Bzonnijiet Specjali)

  • ggib mieghek u tipprezenta xi noti li jkunu nghataw lilek mit-tabib jew konsulent.

 

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Jekk tahseb li ahna nqasna milli nzommu l-istandards ta' kif naghtu s-servizzi u trid taghmel ilment, inti tista' tikteb lil ufficjal li jiehu hsieb l-ufficcju ta' l-Iskeda V fuq l-indirizz li gej:

 

Ufficcju ta' l-Iskeda V (Kartuna s-Safra)

Sptar San Luqa

Gwardamangia MSD 07

Inti tircievi nota minghandna, li turi li l-ilment wasal, fi zmien jumejn tax-xoghol u tinghata twegiba shiha fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol minn meta tkun ircevejt l-avviz.

 

Nitghallmu minghandek!

Ahna kontinwament naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista' jghinna ntejbu s-servizz taghna. Jekk joghgbok, aghtina l-kummenti u s-suggerimenti tieghek billi timla feedback form u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghamilna fl-ufficcju jew wahhal bolla u ibghatha fl-ufficcju taghna.

 

Tista' taghmel l-ilment tieghek billi tidhol fuq is-sit www.servizz.gov.mt u tuza s-sistema tal-Customer Care.

 

Kull informazzjoni f'dan il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Izjed informazzjoni aggornata tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit u fuq il-website tal-Ministeru tas-Sahha.

 

April 2004

Ippubblikat mic-Charter Support Unit, OPM

http://www.service charters.gov.mt

Stampar, Stamperija tal-Gvern

Fotografija, DOI