Quality Service Charter tac-Centru tas-Sahha ta' Hal Qormi

Werrej

Dahla

Klinika Dentali

Tqala u Ginekologija

Klinika tad-Dijabete

Servizz ta’ Tabib

Screening tal-Glawkoma

Klinika tat-Tilqim

Skeda V

ECG

Oftalmija

Spizerija

Fizjoterapija

Podologija

Klinika ta’ l-iSpeech-Language

Treatment Room

Well Baby Clinic

Klinika ta’ l-X-rays

Kif Tista’ Tghinna

Ghidilna Kif Tahsibha

Dahla

Dan ic-Charter jaghtik informazzjoni dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tieghek bhala pazjent meta taghmel vizta fic-Centru tas-Sahha taghna. Huwa mahsub ukoll bhala gwida ghas-servizzi li tista’ taghmel uzu minnhom fic-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi. Ghal kull wiehed minn dawn is-servizzi ahna ppruvajna naghtu indikazzjoni tal-livell ta’ servizz li ghandek tistenna li tinghata. Fl-ahhar, jekk int thoss li nqasniek b’xi mod qed nuruk x’passi ghandek tiehu biex twassal l-ilmenti tieghek.

Drittijiet u aspettattivi

F’dan ic-Charter ahna nirreferu ghad-drittijiet u l-aspettattivi tieghek. Int intitolat ghad-drittijiet tieghek kull hin u kullimkien fis-servizz kollu tas-sahha pubblika.

L-aspettattivi, minn naha l-ohra, huma l-livelli ta’ kwalità ta’ servizz li nippruvaw nilhqu bl-ahjar mod li nistghu fic-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi. Cirkustanzi eccezzjonali jistghu, xi kultant, izommuna milli nilhqu dawn il-livelli.

Lokalita`

Inti tkun tista’ tuza c-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi jekk toqghod Hal Qormi, Haz-Zebbug u s-Siggiewi.

F’kaz ta’ emergenza, s’intendi, kulhadd jista’ jigi.

L-indirizz u n-numri tat-telefon taghna huma kif gej:

Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi

Triq il-Vitorja

Hal Qormi QRM 10

Tel: 48 44 50, 48 44 51, 48 44 52, 48 44 53

Kunsiderazzjoni personali u rispett

Nemmnu li inti ghandek tkun taf min qieghed jaghtik is-servizz. Ghandek tistenna li l-istaff kollu jkun liebes distintiv li juri l-isem u l-grad.

Ghandek tistenna li l-istaff kollu li jgib ruhu mieghek bl-ahjar mod possibbli. Jara x’ghandek bzonn b’gentilezza u jirrispettaw il-privatezza, id-dinjità, il-mod ta’ hajja, it-twemmin religjuz u l-istil ta’ hajja tieghek.

Access ghas-servizzi

Ghandek dritt li:

  • tigi kkurat skond kif tehtieg klinikament, mhux skond il-klassi socjali, il-kulur tal-gilda, is-sess, jew xi fattur iehor.
  • tigi kkurat f’emergenza f’kull hin
  • taghti jew izzomm il-kunsens tieghek ghal kura medika jew xi kura ohra.

Ghandek tistenna li c-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi jaghmilha facli ghal kulhadd li jinqeda mis-servizzi, inkluzi t-tfal, anzjani u nies bi bzonnijiet specjali. Fil-fatt il-klinici kollha fic-Centru tas-Sahha jinsabu f’sular wiehed. Ahna noffru wkoll il-facilità ta’ car park taht l-art li ghandha lift li jtellghek sal-klinika.

Jekk joghgbok ifhem li mhux dejjem ikun possibbli ghalina li nzommu l-hinijiet ta’ appuntament, ghalkemm naghmlu mill-ahjar biex ma nhallukx tistenna. Hafna drabi jkollna nittrattaw ma’ emergenzi, mentri xi kazi ohra jkunu jehtiegu trattament li jiehu aktar fit-tul milli jkun mistenni.

Access ghall-informazzjoni

Ghandek id-dritt li:

  • tkun infurmat bis-servizzi disponibbli fic-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi. Ghandek tistenna li tkun tista’ tikseb din l-informazzjoni facilment u din ghandha tkun ipprezentata b’mod konciz izda li jiftiehem malajr
  • tinghata spjegazzjoni cara ta’ kull trattament propost, inkluzi r-riskji involuti f’dak it-trattament u xi alternattivi. Dan ghandu jghinek tiehu decizjoni jekk taqbilx li taghmilx jew le dan it-trattament
  • ikollok kull informazzjoni fuqek merfugha b’mod kunfidenzjali
  • tinghata twegiba ghall-mistoqsijiet li taghmel fuq il-kundizzjoni tieghek.

Duwa u medicina

Ghandek dritt li tigi moghti duwa u medicini xierqa. Jekk id-dhul tieghek jaqa’ f’certa kategorija, inti tista’ tkun intitolat ghall-Karta r-Roza. Din il-karta taghtik id-dritt li tikseb il-medicini tieghek b’xejn. Ghal aktar informazzjoni staqsi fl-Ufficcju tas-Sigurtà Socjali fil-lokal tieghek.

Jekk tbati minn wiehed minn ghadd ta’ kundizzjonijiet kronici specifici, ghandek ukoll id-dritt li tiehu l-medicini tieghek b’xejn. Dawn il-kundizzjonijiet huma specifikati fl-lista maghrufa bhala l-iSkeda V. It-tabib tieghek jista’ jaghtik parir.

L-ambjent tac-Centru tas-Sahha

Ghandek issib postijiet fejn tistaqsi ghal taghrif u tabelli li juru direzzjoni biex jghinuk tasal fejn trid. Ghandek tistenna li tigi kkurat f’ambjent komdu, nadif u hieles mill-periklu.

Klinika Dentali

Fic-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi int ntitolat ghal:

  • check-ups tas-snien b’xejn
  • tindif u lostrar b’xejn
  • qlugh ta’ snien b’xejn
  • mili temporanju
  • kura ta’ emergenza.

Tfal taht is-sittax-il sena u kbar li ghandhom il-Karta r-Roza ghandhom id-dritt ghal mili permanenti b’xejn u kura b’xejn tar-root canal.

Eligibiltà u dhul

M’hemmx bzonn ta’ biljetti biex jibaghtuk. GHal appuntament cempel ir-reception desk tac-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi.

Appuntamenti ghall-igjene tal-halq jinghataw biss wara ezami minn kirurgu dentali. Tfal ta’ l-iskola jistghu jintbaghtu fil-Klinika tas-Snien fil-Furjana.

Hinijiet

Il-klinika taghna tkun miftuha mit-Tnejn, l-Erbgha u l-Gimgha mit-8:00 a.m. sas-2:00 p.m. u nhar ta’ Sibt alterni mit-8:00 a.m. san-12:30 p.m.. L-ufficjal ta’ l-igjene dentali jkun hemm nhar ta’ Tlieta' u Gimgha mit-8:00am sat-3:00pm.

X’ghandek tistenna

Normalment ghandu jinghatalek appuntament ghal check up jew ghal qlugh ta’ snien fi zmien gimaghtejn. M’ghandekx tistenna aktar minn kwarta ghall-appuntament tieghek. Check-up normalment idum kwarta filwaqt li mili m’ghandux idum izjed minn tliet kwarti.

 Appuntamenti ma’ ufficjal ta’ l-igjene dentali normalment isiru fi zmien hamest ijiem u sessjoni ddum madwar nofs siegha.

Tintbaghat id-Dipartiment Dentali ta’ l-Isptar Mater Dei jekk:

  • ikollok bzonn dentura
  • tkun fuq kura bil-warfarin
  • Ikollok bzonn kura specjalizzata
  • ikollok bzonn certi x-rays.

Ir-responsabbilitajiet tieghek

Tista’ tghinna naghtuk servizz ahjar billi:

  • tigi fil-hin ghall-appuntament
  • ma tigix minghajr appuntament
  • tgharraf lic-Centru tas-Sahha jekk ma tistax izzomm l-appuntament tieghek
  • tahsel snienek qabel ma tigi ghall-appuntament
  • tgharraf lid-dentist tieghek b’xi kundizzjoni li tkun tbati minnha
  • tgharraf lid-dentist tieghek b’xi medicini li tkun qed tiehu.

Tista’ tghin lilek innifsek billi tahsel snienek regolarment u tevita l-hlewwiet.

Tqala u Ginekologija

Il-ginekologi u l-qwiebel fil-klinika taghna jipprovdu ghadd ta’ servizzi. Dawn jinkludu:

  • testijiet biex tigi stabbilita tqala (li ghalihom m’ghandekx bzonn appuntament)
  • ezamijiet qabel it-twelid
  • smear tests
  • ezamijiet ta’ ginekologija
  • pariri ta’ ppjanar tal-familja
  • riferiment ghal servizzi fl-isptar fejn xieraq
  • ezamijiet ta’ wara t-twelid.

Ghandek dritt li tircievi kura ta’ wara t-twelid bejn 3 u 4 gimghat wara l-hlas.

Eligibilita` u dhul

Tista’ tuza s-servizzi taghna jekk tkun toqghod Hal Qormi, Haz-Zebbug jew is-Siggiewi.

Hinijiet tal-ftuh

Il-klinika taghna tkun miftuha nhar ta’ Gimgha bejn it-8:00 a.m. u s-1:00 p.m. Cempel fil-klinika ghal appuntament nhar ta’ Gimgha bejn il-11:00 a.m. u s-1:00 p.m.

X’ghandek tistenna

Ghandek tinghata appuntament fi zmien tlieta jew erba’ gimghat. Appuntamenti ghal smear tests jistghu jiehdu aktar zmien. M’ghandekx tistenna aktar minn nofs siegha ghall-appuntament tieghek.

Ir-responsabbilitajiet tieghek

Inti tista’ tghinna nipprovdu servizz ahjar billi:

  • tkun puntwali ghall-appuntament tieghek
  • ma tigix jekk ma jkollokx appuntament
  • tgharraf lic-Centru tas-Sahha jekk ma tkunx tista’ zzomm l-appuntament
  • turi l-karta ta’ l-identità tieghek.
  • ma tinsiex iggib mieghek ir-record card u kampjun ta’ l-urina.

Jekk ghadek m’ghalaqtx it-tmintax-il sena u m’intix mizzewga, trid tigi mat-tutur legali tieghek.

Klinika tad-Dijabete

Il-klinika tad-dijabete tista’ titqies bhala estensjoni tas-servizzi dijabetici offruti mill-Isptar San Luqa.

Eligibilita` u dhul

Inti tintbaghat f’din il-klinika mill-Klinika tad-Dijabete fl-Isptar San Luqa. Bhala kaz gdid, nibaghtu navzawk bil-posta meta jmissek appuntament. Ezamijiet ta’ wara jinghataw waqt l-appuntament stess.

Hinijiet tal-ftuh

Il-klinika tiftah mit-Tnejn sal-Gimgha. L-infermiera jibdew jaghmlu t-testijiet necessarji fit-7.45 a.m. u t-tabib jibda jinvizta l-pazjenti fid-9.00 a.m.

X’ghandek tistenna

Appuntamenti fil-klinika taghna jsiru skond id-data indikata mill-Klinika tad-Dijabete fl-Isptar San Luqa. Infermier ghandu jarak fi zmien kwarta mill-hin ta’ l-appuntament tieghek.

Ma’ kull vizta int intitolat ghal ezami minghajr hlas u ghal monitoring ta’:

  • zokkor fid-demm
  • l-urina tieghek (ghal proteina, zokkor, acetone)
  • il-pressjoni tieghek
  • il-piz tieghek.
  • ezamijiet ohra li t-tabib jahseb li jkunu mehtiega.

Il-klinika taghna taghtik pariri fuq id-dieta li inti ghandek issegwi. Wara l-vizta tieghek tista’ tinghata medicina f’forma ta’ pilloli jew injezzjonijiet ta’ l-insulina. Darba f’sena ghandek tistenna li jibaghtuk ghand specjalista tal-ghajnejn u /jew tas-saqajn kif ukoll ghall-ezamijiet tad-demm ta’ rutina. Nistghu nibaghtu wkoll fi klinika ohra ghal mizien ta’ prevenzjoni jew kura ta’ kumplikazzjonijiet.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Tista’ tghinna nipprovdu servizz ahjar billi:

  • tkun puntwali ghall-appuntament tieghek
  • ma tigix jekk ma jkollokx appuntament
  • tgharraf lic-Centru tas-Sahha jekk ma tkunx tista’ zzomm l-appuntament
  • dejjem iggib mieghek il-karta ta’ l-identita`.

Servizz ta’ Tabib

Fil-Klinika tat-Tabib int intitolat:

  • li jarak tabib ghal xi kundizzjoni li jista’ jkollok
  • li jkollok check up jekk tkun ilek tliet snin milli tara t-tabib tieghek
  • li jsirulek testijiet bla hlas li t-tabib li jarak jahseb li jkunu mehtiega u indikati
  • li tintbaghat ghand konsulent meta t-tabib tieghek ihoss li jkun mehtieg
  • li tintbaghat ghal servizzi ohra tas-sahha skond kif it-tabib tieghek jahseb li hemm bzonn.

Ghandek ukoll id-dritt:

  • ghal kura medika kull hin f’emergenza, u
  • li jarak it-tabib f’darek jekk il-kundizzjoni tieghek ma tippermettix li inti tigi fic-Centru tas-Sahha.

Hinijiet tal-ftuh

Is-servizz taghna ta’ tabib huwa ta’ 24 siegha kull jum. Mhux mehtieg appuntament. Jekk tinhtieg ricetta ta’ rutina ghal medicina b’xejn inti mitlub li tigi c-Centru tas-Sahha mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8:00 a.m. sat-8:00 p.m. u nhar ta’ Hadd mit-8:00 a.m. sal-11:00 a.m. kemm-il darba ma tkunx tahdem bix-shift, f’liema kaz jista’ jinhariglek certifikat f’kull hin li int tkun xoghol.

Vizti d-dar

Jekk ghandek bzonn jarak id-dar, jekk joghgbok ghidilna minnufih preferibbilment qabel id-9.00 a.m. Meta ccemplilna, jekk joghgbok aghtina dawn id-dettalji:

  • l-isem u l-eta` tal-pazjent
  • l-indirizz korrett b’direzzjonijiet cari
  • in-numru tat-telefon
  • xi dettalji fuq il-kundizzjoni tal-pazjent u ghaliex trid li t-tabib jigik id-dar.

Jekk ghandek numru tal-bieb jekk joghgbok aghti lilu mhux l-isem tad-dar. Jekk joghgbok kun zgur li n-numru tal-bieb jew l-isem tad-dar ikunu jidhru sew fit-triq.

Jekk joghgbok ifhem li nistghu biss naghmlu arrangamenti biex it-tabib jigi d-dar meta l-kundizzjoni tieghek ma tippermettilekx li tohrog. Jekk tehtieg li t-tabib jigi d-dar jara t-tifel/tifla, prezenti mal-marid ghandu jkun hemm adult, l-ahjar wiehed mill-genituri, meta jigi t-tabib.

X’ghandek tistenna

GHandek tistenna li t-tabib jarak fi zmien siegha minn meta tasal fic-Centru tas-Sahha, ghalkemm hafna drabi jkun possibbli li tistenna anqas minn nofs siegha. Fil-weekends jista’ jkun hemm aktar nies, u ghalhekk tista’ ddum tistenna aktar.

Ghandek tistenna ezami mediku jekk ikun mehtieg. Inti tista’ wkoll tistenna li tigi kkurat u tinghata parir kif mehtieg.

Jekk tkun tehtieg li tabib jarak id-dar, ghandek tistenna li t-tabib jigi jarak sa tliet sighat minn meta ccempillu. Cirkustanzi eccezzjonali jistghu jzommu milli nilhqu dan il-ghan.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Tista’ tghinna naghtu servizz ahjar billi:

  • tigi fic-Centru tas-Sahha tal-lokalità tieghek biss, kemm-il darba l-kundizzjoni tieghek ma tkunx urgenti
  • fejn hu possibbli tigi int fic-Centru tas-Sahha u mhux titlob ghat-tabib biex jigi jarak id-dar
  • tigi ghand it-tabib tieghek bil-lejl jew fil-weekends biss meta jkollok bzonn kura urgenti.

Tistenniex li t-tabib itik medicina jew li jaghmillek testijiet kull darba li tigi ghal vista. Hafna mard ikun ghal ftit taz-zmien biss u ma jkunux mehtiega testijiet. Meta jaghtik ricetta, stenna biss dawk l-oggetti li t-tabib iqis bhala necessarji.

Jekk joghgbok tinsiex iggib il-karta ta’ l-identità tieghek meta tigi c-Centru tas-Sahha.

Screening ghall-Glawkoma

Il-glawkoma hija kundizzjoni ta’ l-ghajnejn li twassal biex ittellfek id-dawl fi zmien sentejn jekk ma tihux hsiebha. Jekk int ’il fuq minn 45 sena, u specjalment jekk tbati mid-dijabete, inhegguk li taghmel uzu minn dan is-servizz. Fil-klinika taghna inti tkun tista’ taghmel dawn ic-check-ups bi screening ghall-glawkoma.

Il-klinika taghna tipprovdi screening tests ghall-glawkoma. Dan is-servizz jinkiseb b’appuntament.

Eligibilita` u dhul

L-iscreening huwa mahsub ghal:

  • persuni ta’ 45 sena jew ikbar
  • persuni ta’ 35 sena jew ikbar li jbatu bid-dijabete
  • persuni ta’ 35 sena jew ikbar li ghandhom fil-familja min hu marid bid-Dijabete u/jew glawkoma.

Biex taghmel uzu minn dan is-servizz, m’hemmx bzonn li tintbaghat minn tabib. Cempel il-klinika ghal appuntament.

Hinijiet tal-ftuh

Il-klinika tiftah nhar ta’ Tlieta mit-8.30 a.m. sa nofsinhar.

X’ghandek tistenna

L-appuntamenti ghall-iscreening jinghataw fi zmien gimghtejn. Is-sessjoni m’ghandhiex iddum aktar minn kwarta. M’ghandekx iddum tistenna aktar minn ghoxrin minuta ghall-appuntament tieghek.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Tista’ tghinna nipprovdu servizz ahjar billi:

  • tkun fil-hin ghall-appuntament
  • ma tigix minghajr ma jkollok appuntament
  • tgharraf lic-Centru tas-Sahha jekk ma tkunx tista’ zzomm l-appuntament tieghek.

Hija r-responsabbiltà tieghek li tigi regolarment ghas-sessjonijiet ta’ l-iscreening.

Klinika tat-Tilqim

F’Malta t-tilqim mexa ’l quddiem bil-bosta. Hafna mard li jittiehed, li sa ftit taz-zmien ilu kien jimmanka jew joqtol lil hafna nies, daz-zmien huwa hafna izjed rari. Huwa fl-interess tieghek li tizgura li int u wliedek titlaqqmu skond l-iskeda avzata mid-dipartiment.

Eligibilita` u dhul

Il-klinika taghna toffri tilqim baziku ghat-tfal, tilqim kontra t-tetnu u kontra l-influwenza.

Dawn li gejjin huma intitolati ghal servizz b’xejn:

  • trabi tat-twelid (skond l-iskeda tat-tilqim)
  • tfal ta’ l-iskola (kordinati mis-Servizzi tas-Sahha fl-Iskejjel)
  • pazjenti b’mard kroniku
  • impjegati fis-servizzi tal-kura tas-sahha (Hepatitis B).

Tfal li jitilfu t-tilqima ghal Hepatite B, MMR u BCG mill-iskola jistghu jiehdu t-tilqima fil-klinika. Mhux mehtieg appuntament hlief ghat-tilqima tal-BCG.

Hinijiet tal-ftuh

Dan is-servizz huwa pprovdut mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 a.m. sas-1.30 p.m. u nhar ta’ Sibt bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar.

X’ghandek tistenna

Ghandek tistenna li tinghata parir tajjeb fuq it-tilqim li ghandek bzonn. M’ghandekx iddum tistenna iktar minn 15-il minuta biex tinqeda.

Ir-responabbiltajiet tieghek

Bhala genitur jew tutur legali, inti responsabbli biex tiehu ’l uliedek ghat-tilqim fl-eta` specifikata fl-iskeda mahruga mid-dipartiment.

Tinsiex iggib mieghek ir-record card tat-tilqim ghall-infermiera biex taggornaha. Jekk qed iggib ’l ibnek ghall-ewwel tilqima, jekk joghgbok gib mieghek kopja tac-certifikat tat-twelid ta’ ibnek.

Skeda V

Jekk tbati minn kundizzjoni kronika li hija msemmija fi Skeda V ta’ l-Att dwar is-Sigurta` Socjali, inti ntitolat li tiehu b’xejn il-medicini li jkollok bzonn ghal kura/kontroll tal-kundizzjoni tieghek. Fil-klinika, consultant physician jiggudika t-talba tieghek ghal jekk intix intitolat u jaghti bidu ghall-procedura mehtiega biex tinhariglek karta ta’ l-iSkeda V li tintitolak ghal medicini b’xejn.

Ikollok bzonn ukoll tigi fil-klinika biex ingeddulek il-karta tieghek meta tkun se tiskadi.

Eligibilita` u dhul

Inti tista’ tigi f’din il-klinika jekk ikun baghtek tabib jew specjalista. Cempel ir-reception desk ghal appuntament.

Karti ta’ l-iSkeda V mahruga mid-Dipartimenti tal-Kirurgija, Ginekologija u Psikjatrija fl-Isptar San Luqa jistghu jiggeddu biss mill-istess dipartiment u ma jistghux jiggeddu fic-Centru tas-Sahha. Jekk ghadek tmur il-Klinika fil-Medical Outpatients fl-Isptar San Luqa fuq bazi regolari, il-consultant tieghek ghandu johroglok u jgeddidlek il-Karta tieghek ta’ l-iSkeda V fil-Medical Outpatients u mhux iggeddidha fic-Centru tas-Sahha,

Hinijiet tad-dhul

Il-klinika tiftah kull nhar ta’ Sibt mit-8:00 a.m. san-12:30 p.m.

X’ghandek tistenna

Tircievi l-ewwel appuntament fi zmien gimghatejn u fi zmien xahar biex iggedded l-appuntament. M’ghandekx tistenna aktar minn nofs siegha ghall-appuntament tieghek.

Jekk inti qed tattendi ghall-ewwel darba, ma tkunx tista’ ggib il-medicini bla hlas qabel ma tircievi d-dokumenti.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Tista’ tghinna nipprovdu servizz ahjar billi:

  • tigi fil-hin ghall-appuntament
  • ma tigix minghajr appuntament
  • tgharraf lic-Centru tas-Sahha li ma tistax tigi ghall-appuntament.

Jekk joghgbok ftakar iggib mieghek id-dokumenti kollha mehtiega:

  • il-karta ta’ l-identità tieghek
  • il-karta tat-tabib li baghtek
  • il-karta l-qadima jekk tigi biex iggeddidha.

Jekk tista’ dejjem attendi inti personalment.

ECG

Jekk it-tabib tieghek jahseb li ghandek bzonn ECG, dan ikun jista’ jsir fic-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi.

Eligibilita` u dhul

Jista’ biss isirlek ECG jekk tintbaghat minn tabib. L-ECG’s jittiehdu biss bl-appuntament minbarra f’kazijiet ta’ emergenza. Tista’ taghmel appuntament billi ccempel fir-reception tac-Centru.

Hinijiet tal-ftuh

Il-klinika ta’ l-ECG tiftah kull nhar ta’ Sibt bejn it-8.00 a.m u l-11.30 a.m.

X’ghandek tistenna

  • Ghandek tinghata appuntament fi zmien gimgha.
  • Konsulent mediku jara u jirrapporta l-ECG tieghek fi zmien gimgha.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Tista’ tghinna nipprovdu servizz ahjar billi:

  • tigi fil-hin ghall-appuntament tieghek
  • ma tigix minghajr appuntament
  • tgharraf lic-Centru tas-Sahha jekk ma tkunx tista’ zzomm l-appuntament tieghek
  • iggib mieghek il-karta tat-tabib li jkun baghtek ghall-ECG.

Oftalmija

Int intitolat ghas-servizzi ta’ kura tal-ghajnejn moghtija minn oftalmologu, optometrista u/jew infermier.

Eligibilita` u dhul

Tista’ tintbaghat f’din il-klinika mit-tabib tieghek, sew privat kif ukoll tac-Centru tas-Sahha. Jistghu jibaghtuk ukoll minn klinika tad-dijabete u mid-Dipartiment ta’ l-Emergenza. Tfal ta’ l-iskola jistghu jintbaghtu mis-Servizzi tas-Sahha fl-Iskejjel.

Hinijiet tal-ftuh

Il-klinika tkun miftuha nhar ta’ Gimgha mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. minbarra fil-festi pubblici. Jista’ jkun hemm sessjonijiet addizzjonali.

Meta jkollok biljett ta’ riferenza, cempel lir-reception tac-Centru tas-Sahha ghal appuntament.

X’ghandek tistenna

Normalment ma jkollok bzonn tistenna aktar minn ghaxar minuti fuq il-hin ta’ l-appuntament tieghek. F’kull appuntament, ghandek tistenna li jaghmlulek ezami ta’ l-ghajnejn u tal-vista.

Dawk li ghandhom il-Karta r-Roza huma intitolati ghal nuccalijiet b’xejn li jinhargulhom mid-Dipartiment tas-Sahha. Dakinhar tal-vizta inti mitlub li taghtina l-Formola r-Roza valida mid-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali fil-kaz li jkun hemm bzonn li nordnaw nuccali. Il-Formola r-Roza u requisition jintbaghtu mbaghad l-Isptar San Luqa u lill-kuntrattur li jipprovdi n-nuccalijiet. Inti mbaghad tircievi ittra minnghand il-kuntrattur fejn jitolbok biex taghzel frame. F’kaz fejn il-frame li taghzel int ma jkunx wiehed minn dawk li jaghti d-Dipartiment tas-Sahha, inti jkollok thallas id-differenza. Wara tircievi avviz biex tigbor in-nuccali mic-Centru tas-Sahha.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Tista’ tghinna nipprovdu servizz ahjar billi:

  • tkun zgur li ggib mieghek il-karti li jkun kitiblek it-tabib tieghek
  • dejjem iggib mieghek il-karta ta’ l-identita` u l-karta ta’ l-appuntament
  • tigi fil-hin ghall-appuntament tieghek
  • ma tigix minghajr appuntament
  • tgharraf lic-Centru tas-Sahha jekk ma tkunx tista’ tigi ghall-appuntament tieghek
  • iggib mieghek xi nuccalijiet li jista’ jkollok
  • iggib mieghek xi ricetta ta’ nuccali li jista’ jkollok.

Spizerija

Jekk inti intitolat ghal medicina b’xejn u toqghod Hal Qormi, is-Siggiewi u Haz-Zebbug, inti tista’ tiehu l-medicini preskritti mill-Ispizerija tac-Centru tas-Sahha ta’ Hal Qormi. Ahna naghtuk provvista ghal xahrejn, minbarra fil-kazi ta’ sedattivi/trankwillanti fejn ikun jehtieg ir-ricetta l-hadra, u dawk l-oggetti li ma jkunux preskritti fuq bazi regolari, bhal per ezempju l-antibijotici.

Eligibilità u dhul

Jekk ikollok il-Karta/Formola r-Roza valida jew il-Karta ta’ l-iSkeda V (Karta Safra) inti tkun eligibbli ghal medicini b’xejn.

Hinijiet tal-ftuh

L-Ispizerija tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha mit-7:45 a.m. sas-1:30 p.m. u nhar ta’ Sibt mit-7:45 a.m. san-12:30 p.m.

X’ghandek tistenna

M’ghandekx iddum tistenna aktar minn nofs siegha biex tinqeda. Tista’ tiehu medicini f’isem tliet persuni ohra, li wahda minnhom tista’ tkun int stess. Ikollok tmur fit-tarf tal-kju jekk ikollok bzonn iggib il-medicini ghar-raba’ persuna. Jekk ma jkollniex xi oggett f’din l-ispizerija, inti tkun tista’ ggibu mill-Outpatients Dispensary ta’ San Luqa jew minn Centru tas-Sahha iehor, jew tista’ tistenna sakemm ikollna.

F’dan il-kaz tinghata formola specjali ‘biex tigbor’ u ma jkollokx bzonn tistenna fil-kju meta tigi biex tigbor dan l-oggett.

Jekk tkun se ssiefer u jkollok bzonn provvista ta’ aktar minn xahrejn tal-medicini tieghek, ikollok bzonn permess specjali. L-ispizjar ikarigat jispjegalek din il-procedura.

Medicini bhal antibijotici li jkunu mehtiega urgenti ma jinghatawx jekk ir-ricetta ma jkollhiex id-data ta’ dakinhar stess jew l-aktar gurnata qabel u r-ricetti l-hodor huma validi ghal xahar biss mid-data ta’ meta jinhargu, mentri ricetti ohra jibqghu validi sa tliet xhur.

Xi oggetti specjali jkollhom jittiehdu mill-Isptar San Luqa billi ma jinhaznux fl-Ispizerija.

Ir-responsabbilitajiet tieghek

Tinsiex iggib mieghek:

  • il-karta ta’ l-identità tieghek u/jew xi karta ta’ dizabilità li tista’ tintitolak biex taqbez il-kju.
  • ricetta mimlija kif suppost
  • karta ta’ l-iSskeda V jew il-Karta r-Roza li jkunu validi
  • xi dokumenti relevanti ohra (e.g. formola ‘Lil min tista’ tikkoncerna’).

M’ghandekx tigi biex tigbor il-medicini tieghek aktar kmieni minn tlett ijiem qabel id-data miktuba jekk ikollok tiehu provvista ta’ xahar, u mhux aktar kmieni minn gimgha qabel id-data miktuba jekk ikollok tiehu provvista ta’ xahrejn.

Hija r-responsabbilità tieghek li tizgura li ma titlifx il-karti tieghek. GHandek ticcekkja d-data ta’ meta tiskadi fuq il-karta r-roza jew safra biex tkun zgur li hija ghadha valida.

Jekk joghgbok aghmel mill-ahjar li tista’ biex ma tigix l-Ispizerija fil-hin ta’ l-gheluq

Il-medicini ma jistghux jinghataw lill-persuni taht is-sittax-il sena.

Fizjoterapija

Il-Klinika tal-Fizjoterapija hija mghammra biex isiru ezamijiet u trattamenti ta’ problemi ta’ wgigh fil-muskoli u fl-ghadam.

Eligibilita` u dhul

Jista’ jibaghtek ghal kura f’dil-klinika tabib mic-Centru tas-Sahha jew tigi riferut mid-Dipartiment tal-Fizjoterapija fl-Isptar San Luqa. It-tabib privat tieghek jista’ jibaghtek biss ghal korrimenti fil-ghaksa.

Hinijiet tal-ftuh

Il-klinika tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha bejn is-7.30 a.m. u t-3.00 p.m. u nhar ta’ Sibt kull hmistax bejn is-7.30 a.m. u n-12.30 p.m.

Biex tigi jrid ikollok appuntament. Jekk inti gejt riferut minn tabib mic-Centru tas-Sahha jew tabib privat tieghek, jekk joghgbok ftiehem fuq appuntament mal-Fizjoterapista. Jekk baghtuk mill-Isptar San Luqa, jirrangawlek huma stess ghall-appuntament. L-arrangamenti ghall-appuntament ta’ follow-up isiru direttament mal-fizjoterapista skond kif inhu mehtieg.

X’ghandek tistenna

Ghandek tistenna li l-fizjoterapisti taghna jezaminaw u jikkuraw il-kundizzjoni tieghek biex jizguraw l-ahjar rizultati possibbli. B’danakollu, xorta wahda ma nistghux niggarantixxu rimedju komplet.

Ghandek tinghata spjegazzjoni cara ta’ xi trattament li jista’ jkollok bzonn taghmel id-dar.

Appuntamenti ghal pazjenti li jintbaghtu direttament minn Centru tas-Sahha normalment isiru fi zmien gimgha. Ghandek tistenna li tinqeda fi zmien kwarta mill-hin ta’ l-appuntament tieghek.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Ma’ l-ewwel appuntament tieghek, jekk joghgbok gib mieghek kull taghrif rilevanti li jista’ jkollok dwar il-kundizzjoni tieghek.

Hija r-responsabbiltà tieghek u fl-interess tieghek li ssegwi l-istruzzjonijiet u l-ezercizzi rrikkmandati mill-fizjoterapista. Inti responsabbli li tistaqsi biex jigu ccarati xi affarijiet jekk thoss li dan ikun mehtieg.

Inti tista’ tghinna nipprovdu servizz ahjar billi:

  • tigi fil-hin ghall-appuntament tieghek
  • ma tigix jekk ma jkollokx appuntament
  • tgharraf lic-Centru tas-Sahha jekk ma tkunx tista’ tigi ghall-appuntament tieghek.

Jekk tonqos li tigi ghall-appuntament tieghek, tkun tista’ taghmel arrangamenti ghal appuntament iehor direttament mal-fizjoterapista.

Podologija

Tista’ tigi f’din il-klinika jekk tbati minn xi wgigh fis-sieq, bhal nefha mal-gog tas-subgha l-kbir tas-sieq, kallijiet, problemi tad-dwiefer u ta’ l-gharqub. Ghal trattament aktar specjalizzat ghandu mnejn tigi riferut fid-Dipartiment tal-Podologija fic-Centru tas-Sahha ta’ Birkirkara; bhal ma huma t-tnehhija ta’ dwiefer u ghazz.

Eligibilita` u dhul

Tigi l-klinika b’appuntament. M’hemmx bzonn li jibaghtek tabib.

Hinijiet tal-ftuh

Il-klinika tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00. a.m. sas-2.30 p.m. u nhar ta’ Sibt mit-8.00 a.m. san-12.30 p.m.

X’ghandek tistenna

Appuntamenti ghal kazijiet godda normalment isiru fi zmien gimgha. Appuntamenti ta’ follow-up isiru skond kif ikun hemm bzonn.

M’ghandekx iddum tistenna iktar minn 20 minuta mill-hin ta’ l-appuntament tieghek. Ghandek tistenna li safejn hu possibbli ghall-appuntament tieghek ta’ follow-up jarak l-istess podologu.

Qtugh tad-dwiefer tas-swaba’ tas-saqajn bhala rutina mhuwiex servizz offrut mill-klinika tal-podologija. Jekk tbati mid-dijabete jew ghandek xi problemi fic-cirkulazzjoni fis-saqajn, tista’ izda titlob ghal dan is-servizz.

Hija r-responsabbiltà tieghek li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-podologu. Jekk tonqos li taghmel dan, il-kundizzjoni tieghek tista’ taggrava.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Inti tista’ tghinna nipprovdu servizz ahjar billi:

  • tkun zgur li tahsel saqajk qabel ma tigi ghall-appuntament
  • tigi fil-hin ghall-appuntament
  • ma tigix minghajr appuntament
  • tgharraf lic-Centru tas-Sahha li ma tistax izzomm l-appuntament tieghek.

Klinika ta’ l-iSpeech-Language

Patologi f’dan il-qasam jaraw sew lit-tfal kif ukoll lill-adulti. Huma jezaminaw, jaghmlu dijanjozi, jindikaw pronjozi u jippreparaw programmi ta’ kura dwar il-problemi ta’ komunikazzjoni li jista’ jkollhom il-pazjenti.

L-intervent isir fil-klinika, fl-iskejjel jew id-dar skond kif jiddeciedu l-ispecjalisti.

Il-kazi jinkludu:

  • diffikultajiet fis-smigh u nuqqasijiet ohra
  • nuqqas ta’ maturità fid-diskors, fil-grammatika u kundizzjonijiet patologici f’dak li ghandu x’jaqsam mad-diskors
  • problemi ta’ qari u kitba (ezempju, dislessija)
  • problemi ta’ diskors u kontinwità (ezempju, it-temtim)
  • anormalitajiet fil-lehen, inkluza l-igjene tal-lehen
  • ikel (sew it-tfal u sew il-kbar)
  • kundizzjonijiet newrologici li jolqtu l-komunikazzjoni (ezempju: korrimenti fir-ras, puplesija)
  • kura ta’ wara l-kirurgija (ezempju: qtugh fil-gerzuma).

Eligibilita` u dhul

Diversi professjonisti jew carers jistghu jibaghtuk fi speech language unit, inkluzi ghalliema, tobba, infermiera, psikologi u social workers. Tista’ wkoll tikkuntattja l-klinika direttament.

GHall-klinika tigi b’appuntament biss. Cempel ic-Centru tas-Sahha ghal appuntament.

Hinijiet tal-ftuh

Il-klinika tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha mis-7:30 a.m. u sas-2:30 p.m.

X’ghandek tistenna

GHandek tistenna:

  • assessment u ezami tal-kapacitajiet tieghek biex tikkomunika
  • programm ta’ intervent skond il-bzonnijiet tieghek
  • li tinghata appuntament ghall-ewwel darba fi zmien hmistax-il jum tax-xoghol
  • li tinghata appuntamenti ghall-wara kif jindika l-patologu ghad-diskors u lingwa skond il-bzonnijiet tieghek
  • li tigi ghal sessjonijiet ta’ intervent li normalment jiehdu bejn nofs siegha u tliet kwarti
  • li jarawk fi zmien ghaxar minuti mill-hin ta’ l-appuntament tieghek. Cirkustanzi eccezzjonali biss jistghu jzommuna milli nilhqu l-ghan taghna
  • li nerfghu r-records u l-informazzjoni dwarek b’mod kunfidenzjali
  • li tinghata informazzjoni dettaljata dwar il-kundizzjoni tieghek
  • li tinghata twegiba ghal kull mistoqsija li taghmlilna
  • li jarak patologu tad-diskors rregistrat
  • li jarak kemm jista’ jkun l-istess patologu ghad-diskors ghall-appuntament li jmiss.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Inti tista’ tghinna nipprovdu servizz ahjar billi:

  • tigi fil-hin ghall-appuntament
  • ma tigix minghajr appuntament
  • tgharraf lill-klinika jekk ma tkunx tista’ tigi ghall-appuntament.
  • tgharraf lill-patologu tad-diskors b’kull kundizzjoni medika li jista’ jkollok
  • ticcara l-affarijiet fejn mehtieg
  • toqghod fuq il-parir u l-programm li jirrikmandalek il-patologu tad-diskors
  • tgharraf lill-patologu tad-diskors b’kull tibdil fl-isem, l-indirizz fejn toqghod u numru tat-telefon.

Treatment Room

Hemm ghadd ta’ servizzi ta’ kura fit-Treatment Room. Dawn jinkludu:

  • trattament ta’ emergenzi
  • injezzjoni ta’ kuljum bl-insulina lill-pazjenti bid-dijabete
  • testijiet u ezamijiet tad-demm
  • dewwija ta’ griehi u tibdil tal-faxex
  • punti (hjata ta’ feriti)
  • ghoti ta’ injezzjonijiet, ta’ antibijotici u vitamini
  • ghoti ta’ nebuliser therapy (biex jikkuraw l-azzma).

Huwa importanti li tapprezza li c-Centru tas-Sahha jista’ jittratta l-bicca l-kbira ta’ kazi ta’ emergenza. F’dawn is-sitwazzjonijiet inti mitlub li tmur fit-Treatment Room tac-Centru tas-Sahha u mhux id-Dipartiment ta’ l-Emergenza ta’ l-isptar.

Eligibilita` u dhul

Jistghu jattendu residenti ta’ Hal Qormi, Haz-Zebbug u s-Siggiewi. Naturalment, f’kaz ta’ emergenza kulhadd jista’ jattendi.

Hinijiet tal-ftuh

It-Treatment Room hija miftuha 24 siegha kuljum. Dejjem ikun hemm tabib u infermier. Inheggukom biex tmorru fit-Treatment Rooms f’hinijiet specifici. B’dan il-mod inkunu nistghu naghtuk servizz ahjar.

L-iskeda taghna hija din:

7.00 - 7.30 a.m.: Injezzjonijiet ta’ insulina

7.30 - 9.30 a.m.: Testijiet u ezamijiet tad-demm (b’appuntament biss)

9.30 - 7.00 p.m.: Tibdil ta’ faxex, dewwija ta’ griehi, qtugh tal-punti u injezzjonijiet.

It-Treatment Room ma tipprovdix dawn is-servizzi barra mill-hin indikat. Isiru biss b’arrangamenti specjali ma’ l-istaff f’kazi ta’ cirkustanzi specjali.

Ezamijiet u testijiet tad-demm

Jekk tehtieg ezami tad-demm, cempel ir-reception desk ghal appuntament. Tkun tehtieg karta minghand tabib.

Dawn l-ezamijiet isiru fuq ordni tat-tabib. Jistghu jibaghtuk ghat-test tad-demm, jew it-tabib tieghek jew tabib mic-Centru tas-Sahha jew minn xi dipartiment mill-Isptar San Luqa.

Ikollok bzonn formola apposta li tinhariglek mit-tabib li jibaghtek

Ikun mehtieg appuntament, ghalhekk jekk joghgbok dejjem cempel ir-reception qabel ma tigi.

X’ghandek tistenna

L-appuntamenti jsiru fi zmien sitt ijiem l-aktar. GHal servizzi ohra li m’ghandhomx bzonn appuntament, ikollok tistenna mhux aktar minn nofs siegha qabel imissek

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Tista’ tghinna nipprovdulek servizz ahjar billi:

  • tigi fil-hin ghall-appuntament
  • ma tigix minghajr appuntament jekk tkun tehtieg ezami tad-demm
  • tgharraf lic-Centru tas-Sahha jekk ma tkunx tista’ tigi ghall-appuntament
  • ma tigix ghal bdil ta’ faxex wara s-7:30 p.m. jew qabel id-9:30 a.m.
  • jekk joghgbok suwm jekk ikunu qalulek biex taghmel hekk qabel it-test tad-demm, ghax inkella jkollok tipposponi l-appuntament
  • tiftakar biex iggib mieghek il-karta ta’ l-identità tieghek, specjalment ghall-ezami tad-demm jew xi ezami ieor tal-laboratorju.

Jekk se tattendi ghal appuntament ghall-ezami tad-demm jew xi ezami iehor tal-laboratorju, dejjem ghandek tkun zgur li jkollok il-formoli apposta mimlija kif suppost mit-tabib li jkun baghtek. L-isem u l-indirizz tat-tabib ghandhom ikunu jidhru cari fuq il-formoli ghax inkella jista’ jkun hemm xi problemi meta nkunu se nibaghtulu r-rizultati.

Jekk joghgbok ftakar li tobba privati jistghu jibaghtuk biss ghal certi testijiet. It-tabib privat tieghek ghandu jkun jaf ghal liema testijiet jista’/tista’ jibaghtek/tibaghtek.

Well Baby Clinic

Inhegguk li ggib it-tarbija tieghek f’din il-klinika. B’dan il-mod inkunu nistghu nsegwu u niehdu record ta’ l-izvilupp tat-tarbija, u naghtu parir fuq it-tilqim u n-nutriment.

Eligibilita` u dhul

Wara l-hlas, jibaghtuk awtomatikament b’appuntament mill-post natal ward mill-Isptar San Luqa. Jekk it-tarbija tkun twieldet fi klinika privata, jekk trid tista’ ccempel ghal appuntament fir-reception tac-Centru tas-Sahha. Ahna nitolbu lill-ommijiet biex jigu bit-trabi taghhom ghal vizta ta’ rutina meta jkollhom dawn l-etajiet:

  • 6-8 gimghat
  • 8 xhur
  • 18-il xahar.

Ghandek bzonn appuntament biex tattendi ghal dawn il-vizti. Kellem lill-istaff tal-klinika nhar ta’ Gimgha biex taghmel appuntament. L-ezami ta’ meta jkollhom 6-8 gimghat normalment ikun ibbukkjat fl-istess gurnata ta’ l-ezami ta’ wara l-hlas ta’ l-omm.

Il-genituri jistghu jigu jiznu lit-trabi taghhom bejn nofsinhar u s-2.00 p.m. u m’hemmx bzonn ta’ appuntament ghal dan.

Hinijiet tal-ftuh

Il-klinika tkun miftuha nhar ta’ Gimgha mit-8.00 a.m. sat-3.00 a.m.

X’ghandek tistenna

Tista’ tistenna li jkollok appuntament fi zmien gimgha. Jekk it-tarbija tieghek tehtieg ezamijiet regolari, ghandek tistenna li jistednuk tattendi l-klinika aktar ta’ spiss.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

L-ewwel sena u nofs tal-hajja tat-tarbija tieghek huma krucjali. Ahna nistghu nirmedjaw facilment hafna mill-problemi ta’ zvilupp jekk nintebhu bihom fil-hin. Jekk jigu traskurati ghal zmien twil, sahhet it-tarbija tieghek tkun f’riskju. Tittraskurax li tiehu lit-tarbija tieghek f’din il-klinika.

Tghinna hafna jekk ghall-ewwel vizta tieghek iggib mieghek certifikat tat-twelid tat-tarbija tieghek.

Klinika ta’ l-X-rays

Il-klinika tipprovdi ghat-tipi kollha ta’ X-rays minbarra proceduri specjali (i.e. Dawk il-proceduri kollha li jehtiegu contrast medium).

Eligibilita` u dhul

Jistghu jigu fil-klinika residenti ta’ Hal Qormi, Haz-Zebbug u s-Siggiewi. Tigi l-klinika bla appuntament, minbarra f’kazijiet ta’ emergenza kif jiddeciedi t-tabib tac-Centru tas-Sahha. Jista’ jibaghtek kull dipartiment fl-Isptar ta’ San Luqa jew it-tabib tac-Centru tas-Sahha. It-tabib privat tieghek jista’ jibaghtek biss ghal X-Ray tas-sider.

Hinijiet tad-dhul

Il-klinika tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u nhar ta’ Sibt mit-8:00 a.m. sal-11:00 a.m.

X’ghandek tistenna

Jarawk fi zmien nofs siegha mill-appuntament tieghek. Id-dewmien ta’ l-ezami jvarja skond it-tip ta’ x-ray mehtieg.

L-istaff tal-klinika jnaqqas milli jaghmlek espost ghal x-rays billi jipprovdilek materjal protettiv.

Il-films ta’ l-x-rays jintbaghtu lid-Dipartiment tar-Radjologija fl-Isptar San Luqa ghal rapport dijanjostiku. Normalment fi zmien minn gimgha sa tliet gimghat wara li nkunu rcevejnieh, nibaghtu ninfurmawk bir-rapport tieghek. Nghidulek ir-rapport ta’ l-x-ray jew naghtuk kopja tieghu imma mhux il-films ta’ l-x-ray.

Ir-responsabbiltajiet tieghek

Huwa importanti li tghid lir-radjografu jekk tkun tqila. M’ghandekx tkun liebes/sa hwejjeg bil-metall jew materjali ohra li r-raggi ma jghaddux minnhom.

Jekk joghgbok gib mieghek:

  • il-karta ta’ l-identità tieghek
  • il-formola ghat-talba tat-tabib li baghtek (jekk ikun il-kaz).

Kif Tista’ Tghinna

Ahna l-hin kollu nfittxu li ntejbu l-kwalità tas-servizz taghna. Hemm ghadd ta’ hwejjeg li inti tista’ taghmel biex tghinna naghtuk servizz ahjar. Jekk joghgbok ftakar biex:

  • iggib mieghek id-dokumenti li jkollok. Per ezempju, il-karta ta’ l-identità tieghek, il-Karta r-Roza jew il-karta ta’ l-iSkeda V jekk tkun trid tiehu medicini b’xejn, ricetti, karta li biha jibaghtek it-tabib jekk ikun baghtek fi klinika ohra u xi record cards li jistghu jaghtuk xi klinici
  • lit-tabib tieghek ghandek taghtih id-dettalji kollha dwar il-kundizzjoni tieghek, xi mard li seta’ kellek, meta ddahhalt l-isptar drabi ohra, x’medicini tkun qed tiehu, xi allergiji li jkollok u kull haga li ghandha x’taqsam ma’ sahhtek.
  • tghid lit-tabib tieghek b’xi bidliet mhux mistennija fil-kundizzjoni tieghek
  • terga’ tistaqsi lit-tabib tieghek jekk ma tkunx fhimtu sew fuq x’ghandek taghmel
  • issegwi l-pjan ta’ kura li jissuggerilek it-tabib tieghek
  • ma tigix minghajr appuntament (kemm-il darba ma tkunx qed tattendi klinika ta’ tabib jew ghal servizz iehor li ma jkunx jehtieg appuntament)
  • zomm l-appuntamenti u, meta ma tkunx tista’, gharraf lic-Centru tas-Sahha jew klinika
  • erfa’ r-responsabbiltà ta’ ghemilek jekk tirrifjuta xi kura jew jekk ma ssegwix l-istruzzjonijiet tat-tabib tieghek.

Jekk tirrifjuta l-kura jew ma ssegwix l-istruzzjonijiet tat-tabib, tinzamm reponsabbli ghal kull konsegwenza li tista’ tinqala.

Ghidilna Kif Tahsibha

Ahna dejjem lesti li nilqghu l-feedback tieghek dwar is-servizz li naghtu. Il-kummenti tieghek jghinuna ntejbu s-servizz li nipprovdu.

Jekk tixtieq taghmel xi suggeriment jew kumment fuq is-servizzi u l-istandards taghna, jekk joghgbok ikteb ittra jew ibghat fax lid-Direttur, Kura Primarja, f’dan l-indirizz:

Dipartiment tal-Kura Primarja

7, Sqaq Harper

Floriana VLT 14

Fax: 239993

Il-formoli tas-servizz/lmenti jinkisbu mir-reception area u minn kull klinika tac-Centru tas-Sahha. Dawn il-formoli, kompluti kif suppost, ghandhom jintefghu fil-Kaxxa tas-Suggerimenti fir-reception area tac-Centru tas-Sahha.

Jekk ghandek taghmel xi lment, l-ahjar ikun li l-ewwel tkellem lil dawk li jipprovdu s-servizz, in-nursing officer jew l-ufficjal mediku anzjan fic-Centru tas-Sahha jew min jigi warajhom.

Jekk trid tibqa’ ssegwi l-kwistjoni, tista’ tipprezenta lment formali. Jekk joghgbok ikteb lill-Principal Medical Officer fl-indirizz ta’ hawn fuq. Ahna ninvestigaw dak li jkun gara u nohorgu rapport li jaghti spjegazzjoni ta’ kif qeghdin nittrattaw il-kaz tieghek.

Ghandek tistenna li tinghata rcevuta ta’ l-ilment tieghek fi zmien sebat ijiem. Nippruvaw li nirrangaw il-kwistjoni malajr kemm jista’ jkun. Ghandek tistenna li tircievi rapport fuq il-kaz tieghek fi zmien xahar.

Cirkustanzi eccezzjonali jistghu jzommuna milli naghtuk twegiba sodisfacenti f’dan il-perijodu ta’ zmien. F’dan il-kaz il-Principal Medical Officer jaghtik spjegazzjoni tar-ragunijiet tad-dewmien u jindika meta ghandek tircievi twegiba shiha.

Jekk ma tkunx sodisfatt bir-rapport ta’ l-ilment ta’ l-ufficjal, u specjalment jekk l-ilment tieghek jinvolvi gudizzju kliniku, tkun tista’ tirreferi l-kwistjoni lid-Direttur, Kura Primarja.

Jekk tibqa’ ma tkunx sodisfatt b’dak li jirrizulta mill-ilment tieghek, tkun tista’ tiehu l-kwistjoni quddiem l-Ombudsman.

Tista’ tindirizza wkoll is-suggerimenti u l-ilmenti tieghek lill-Customer Care Service tal-Ministeru tas-Sahha, li mbaghad jghaddihomlna. Tista’ ccempel lill-Customer Care fuq Freephone 0800 772381.

Ahna niehdu l-ilmenti tieghek bis-serjeta` u naghmlu mill-ahjar li nistghu biex nissodisfawk fil-kwistjoni.

 Jannar 2000

 

Imla il-Feedback Form