| Servizzi
ta' Emergenza tal-Pulizija Quality Service Charter
Dan
ic-Charter
Xinhu
s-servizz tal-Emergency Rapid Response?
L-Ghan taghna
Xjitqies bhala
emergenza?
Cempel 112 ghal emergenza
biss
Xi kwalità
ta servizz ghandek tistenna
Jekk trid tilmenta
fuq is-servizz taghna
Tina
s-suggerimenti tieghek
Dan
ic-Charter
Il-mission statement tal-Pulizija ta Malta huwa li
nharsu u nippromwovu is-sigurtà u nuqqas ta periklu fpajjizna.
Fdan ic-Charter se naghtuk izjed informazzjoni dwar is-Servizzi
ta Emergenza tal-Pulizija u se nfissrulek xi kwalità ta servizz ghandek
tistenna meta titlob l-ghajnuna taghna fkaz ta emergenza.
Xinhu
s-servizz tal-Emergency Rapid Response?
Bhala emergency response handlers, ahna responsabbli
ghas-servizz tal-Emergency Rapid Response. Dan ifisser li nwiegbu ghal kull
telefonata ta emergenza li tidhol fuq in-numru 191 fil-Command and Control Centre
fi hdan id-Dipartiment tal-Pulizija.
L-Ghan taghna
L-ghan taghna huwa li naghtuk l-ghajnuna mehtiega femergenza
li jista jkollok, u li naghtuk il-kwalità ta servizz imwieghed fdan
ic-Charter.
Xjitqies bhala
emergenza?
Emergenza hija meta jkun hemm theddid immedjat fuq hajtek jew fuq
il-proprjetà tieghek, bhal meta tigi attakkat jew jidhlulek fdarek. Sitwazzjonijiet
ohra li ahna nqisu bhala emergenza huma:
- incidenti tat-traffiku li jinvolvu mwiet
u/jew korriment
- theddid ta bomba.
Meta tara jew tkun fxi wahda minn dawn is-sitwazzjonijiet li
jinhtiegu l-ghajnuna tal-pulizija, cempel 112 minnufih.
Meta ccempel 112, ahna nikkonsidraw jekk l-emergenza tieghek
tirrikjedix l-ghajnuna taghna u fdan il-kaz, ahna nghinuk
immedjatament.
Cempel 112 ghal emergenza
biss
Ahna nircievu medja ta 240 telefonata kuljum fuq in-numru
112, li minnhom 80% ma jkunux emergenza. Int tista tghinna nnaqsu dan l-abbuz billi
ccempel 112 meta jkollok emergenza biss. Jekk jghogbok tabbuzax min-numru 112 ghaliex dan
jista jtellef lil xi hadd li veru jkollu emegenza milli jaqbad maghna.
Jekk mghandekx emergenza izda ghandek bzonn il-pulizija, jekk
joghgbok cempel il-Kwartieri Generali tal-Pulizija fuq 21224001-7 jew l-Ghassa tal-lokal
tieghek.
Jekk mintix cert/a jekk il-kaz tieghek ikunx wiehed ta
emergenza, cempel xorta wahda. Toqghodx lura minhabba li jkollok dubju.
Xi kwalità
ta servizz ghandek tistenna
Meta jkollok emergenza u ccempel 112, ghandek tistenna
li:
- nwiegbu t-telefonata tieghek fi 15-il sekonda
- nwiegbu bkortezija u attenzjoni ghal kull emergenza
- naghtuk isimna jekk tistaqsina
- nikkonsidraw l-urgenza tat-telefonata tieghek bmod professjonali sabiex
nibghatulek l-ghajnuna li tinhtieg
- naghmlu hilitna biex tasal l-ghajnuna tal-Pulizija fi zmien 15-il minuta minn xhin
it-telefonata tieghek tigi kkunsidrata bhala wahda ta emergenza
- nibqghu mieghek fuq it-telefon sakemm l-emergenza tigi solvuta jew l-ghajnuna li nkunu
bghatnielek tasal fuq il-post.
Kull telefonata fuq in-numru 112 tigi kkunsidrata qabel ma niddeciedu
l-prijorità tal-kaz. Jigu ttrattati ta emergenza dawk it-telefonati biss li huma
tassew urgenti.
Nizgurawk illi inzommu l-informazzjoni kollha li taghtina bmod
kunfidenzjali meta ccemplilna ghal emergenza.
Jekk trid
tilmenta fuq is-servizz taghna
Jekk thoss li ma lhaqniex il-livell ta servizz imwieghed jew
mintix sodisfatt/a bis-servizz li naghtu, tista timla complaints form
li ssib fl-Ufficcju tal-Kummissarju, fl-ghases kollha tal-Pulizija u fil-Kunsilli Lokali u
tibghata lill-:
Ispettur Inkarigat
mill-Ilmenti
Ufficcju tal-Kummissarju
Kwartieri Generali tal-Pulizija
Floriana
Jekk trid tista tmur personalment il-Kwartieri Generali
tal-Pulizija, fi kwalunkwe ghassa tal-Pulizija, jew Kunsilli Lokali, u titlob l-ufficjal
hemmhekk biex jimla l-formola fismek.
Fi zmien tlett ijiem nibaghtulek konferma li l-ilment tieghek wasal.
Perjodikament int tigi aggornat/a dwar l-andament ta l-investigazzjoni tal-kaz
tieghek sa kemm din tigi konkluza.
Meta taghmel ilment ghandek id-dritt li tibqa anonimu, izda
fdan il-kaz ma nkunux nistghu inzommuk infurmat/a dwar l-andament
tal-kaz.
Jekk tibqa mhux sodisfatt/a, ghandek id-dritt tressaq l-ilment
tieghek quddiem l-Ombudsman.
Tina
s-suggerimenti tieghek
Ahna naghmlu l-ahjar li nistghu sabiex inzommu l-livell ta
servizz imwieghed fdan ic-Charter u naghmlu hilitna sabiex intejbu dawn il-livelli.
Tista tghinna naghmlu dan billi timla feedback form li ssib fl-Ufficcju
tal-Kummissarju u fl-Ghases kollha tal-Pulizija. Ahna nilqghu s-suggerimenti tieghek
ghaliex dawn jghinuna biex intejbu s-servizz li naghtuk.
rivedut Marzu 2007
|