Quality
Service Charter tad-Dipartiment
ta' l-Operat - Ministeru ta' l-Edukazzjoni
Werrej
Min ahna
Dan
ic-Charter
Kif
tista' tikkuntattjana
Hinijiet tal-ftuh
Is-servizzi
li noffru
L-istandards taghna
Kif
tista' tghinna
Nitghallmu
minghandek!
Min aħna
L-għan ewlieni tad-dipartiment ta'l-Operat fi ħdan id-Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni hu li jipprovdi servizz ta'kwalita'fl-iskejjel
statali. Aħna
nieħdu ħsieb:
-
nagħtu direzzjoni l-iskejjel primarji u sekondarji statali
minbarra l-iskejjel speċjali
- naraw li r-regoli jkunu jinftehmu u li jitwasslu b'komunikazzjoni tajba
-
naraw li jkun hemm għalliema professjonali
fl-iskejjel
- naraw li jkollna skejjel ta'kwalita¢
-
inwaqqfu kunsilli skolastiċi u naħdmu magħhom
-
nirrikmandaw regoli u programmi għall-iskejjel statali u
- naraw li jkun hemm komunikazzjoni tajba bejn l-iskejjel, id-Divizjoni
ta'l-Edukazzjoni, l-Ministeru ta'l-Edukazzjoni, kif ukoll bejn l-iskejjel, il-kunsilli skolastiċi u
l-ġenituri.
Dan iċ-Charter
F'dan iċ-Charter
għandek issib tagħrif dwar is-servizzi li noffru u l-livell ta'servizz li beħsiebna nilħqu u li għandek tistenna minn
għandna. B'dan iċ-Charter
aħna qed nintrabtu li nagħtuk servizz ta'kwalita'skond il-prinċipji
tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali u skond il-kundizzjonijiet imfassla fl-Att
dwar l-Edukazzjoni.
Kif tista'tikkuntattjana
Id-Dipartiment ta'l-Operat
jinsab il-Furjana u għandu wkoll uffiċċju fir-Rabat
Għawdex. Malta u Għawdex huma maqsuma f'erba'reġjuni u kull reġjun jaqa'taħt ir-responsabbilita'ta'Assistant Direttur. Assistant Direttur ieħor huwa responsabbli
mill-Edukazzjoni Inklussiva u wkoll jaqa'taħt
id-Dipartiment ta'l-Operat.
Tista’ tagħmel kuntatt mal-Head Office billi:
-
tmur personalment jew tikteb f’dan l-indirizz:
Id-Direttur
Dipartiment ta’ l-Operat
Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni
Il-Furjana CMR 02
-
ċċempel fuq
-
tibgħat fax fuq
-
tibgħat e-mail fuq
-
tidħol fuq il-website
Inti tista'tagħmel
kuntatt dwar l-iskola li tixtieq titkellem fuqha billi tara r-Reġjun
fejn hi mniżżla (ara lista annessa).
Reġjun 1
Inti tista'tagħmel kuntatt ma dan
l-uffiċċju billi:
-
tmur personalment jew tikteb:
L-Assistent Direttur
Reġjun 1
Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni
Victoria
Għawdex
Reġjun 2
Inti tista'tagħmel
kuntatt ma dan l-uffiċċju billi:
-
tmur personalment jew tikteb:
L-Assistent Direttur
Reġjun 2
Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni
Il-Furjana
Reġjun 3
Inti tista'tagħmel
kuntatt ma dan l-uffiċċju billi:
-
tmur personalment jew tikteb:
L-Assistent Direttur
Reġjun 3
Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni
Il-Furjana
-
billi ċċempel fuq 21 238827/25982326/7/2473
-
tibgħat fax fuq 21 232130
-
tibgħat email fuq operations.moed@gov.mt
Reġjun 4
Inti tista'tagħmel
kuntatt ma dan l-uffiċċju billi:
-
tmur personalment jew tikteb:
L-Assistent Direttur
Reġjun 4
Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni
Il-Furjana
Edukazzjoni Inklussiva
Inti tista'tagħmel kuntatt ma dan l-uffiċċju
billi:
-
tmur personalment jew tikteb:
L-Assistent Direttur
Reġjun 4
Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni
Il-Furjana
Ħinijiet tal-Ftuħ
Aħna nkunu miftuħin mit-Tnejn
sal-Gimgħa f’dawn il-ħinijiet
Fix-Xitwa (1 ta'Ottubru
sa 15 ta'Ġunju)
Mit-8.30 a.m. san-12.30 p.m.
Mis-1.30 p.m. sal-5.00 p.m.
Fis-Sajf (16 ta'Ġunju sat-30 ta'Settembru)
Mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.
Is-servizzi li noffru
Kull meta jsir kuntatt magħna:
- nagħtuk għajnuna fil-pront u nkunu edukati miegħek
f'kull ħin
-
aħna nżommu l-informazzjoni li taslilna kunfidenzjali.
Meta tiġi l-uffiċċju tagħna
aħna:
- naqduk fil-pront, b'edukazzjoni u b’rispett
- nilqgħuk f'ambjent nadif u
komdu.
Meta ċċemplilna, għandek tistenna li
aħna:
-
nirrisponduk fil-pront
-
ngħidulek isimna u l-grad tagħna.
Meta tiktbilna, għandek tistenna li aħna:
-
nibagħtulek nota fi żmien ġurnata minn meta nkunu
rċevejna l-korrispondenza tiegħek
-
nibagħtu l-ewwel tweġiba għall-ittra tiegħek
fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol
-
nibagħtulek tweġiba sħiħa u finali fi
żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tkun
intbgħatet l-ewwel tweġiba meta l-materja in kwistjoni
tkun teħtieġ investigazzjoni fit-tul.
Meta tibgħat e-mail, għandek tistenna li
aħna:
-
nibgħatulek avviż li nkunu rċevejna l-e-mail
tiegħek immedjatament
-
nibgħatu l-ewwel tweġiba fi żmien jumejn tax-xogħol
minn meta tkun intbgħatet in-nota
-
nibgħatu tweġiba sħiħa u finali fi żmien
ħamest ijiem minn meta tkun intbgħatet l-ewwel
tweġiba meta l-materja in kwistjoni teħtieġ
investigazzjoni fit-tul.
Meta nagħtuk l-informazzjoni:
-
aħna nippruvaw nagħtuk informazzjoni korretta u
aġġornata.
L-istandards tagħna
Fil-bidu ta'l-iskola
Aħna nifhmu l-importanza li intom tkunu tafu sew
id-drittijiet tagħkom meta t-tifel/tifla jkunu ser jibdew l-iskola
u aħna nagħmlu ħilitna billi:
- nirċievu u nipproċessaw l-applikazzjonijiet biex tfal
jattendu fi skejjel sekondarji
- nirċievu u nipproċessaw l-applikazzjonijiet għal
talbiet speċjali għal dħul fi skejjel tal-kindergarten
u primarji
- nagħtu informazzjoni ċara għal proċeduri biex
tfal jibdew jattendu l-iskola
- naraw li intom tkunu nfurmati permezz tal-kunsilli lokali biex
tirreġistraw lit-tfal għal kindergarten
- nagħtukom informazzjoni ġenerali fuq il-kindergarten, u
skejjel primarji u sekondarji
- nipprovdu post għat-tfal kollha minn 3 snin ‘l
fuq.
Matul is-sena skolastika
Huwa neċessarju li bħala ġenituri u
persuni b’responsabbilita'ta'tfal minn naħa tagħkom tkunu nfurmati b'ċertu obligazzjonijiet u dmirijiet. Għalhekk:
- nibgħatu l-informazzjoni kollha meħtieġa minn ta'l-inqas erba’ ġimgħat qabel lil ġenituri ta'dawk it-tfal li jkunu ser jibdew jattendu skola sekondarja
- nirċievu u nipproċessaw l-applikazzjonijiet ta'studenti
barranin.
Skola Post Sekondarja
Id-dipatiment ta’ l-Operat huwa responsabbli minn
żewġ skejjel post-sekondarji u dawn huma: Ġiovanni Curmi
Higher Secondary School fin-Naxxar u Mikelanġ Refalo Centre for
Further Studies fil-Victoria, Għawdex. F'dawn l-iskejjel:
-
aħna nipprovdu opportunitajiet biex ikun hemm livell
għoli ta’ edukazzjoni fid-diversi suġġetti offruti.
Kull informazzjoni dwar kif għandek tapplika
jinsabu fil-Prospectus li joħroġ kull sena mid-Diviżjoni
ta’ l-Edukazzjoni u li jintbgħat bil-posta lil kull student li
jkun spiċċa l-iskola sekondarja.
Tfal b’diżabbilita'
Aħna nipprovdu linji gwida kif ukoll pariri lil
tfal b’diżabbilita’ u għalhekk:
-
ninfurmawk kif l-iskola tipprovdi għajnuna għal
bżonnijiet speċjali kif ikun infassal fir-rapport ta’ l-Istatementing
u Moderating Panel
-
nipprovdu informazzjoni u pariri fuq l-evalwazzjoni li ssir u kif
intom tistgħu tieħdu sehem.
- ngħinu fl-iżvilup ta'opportunitajiet u dak kollu neċessarju għal studenti b’diżabilita’
biex dawn jizviluppaw l-abilitajiet tagħhom kollha
Il-management fl-iskejjel
Huwa importanti li l-iskejjel tagħna jkollhom
nies imħarrġa sewwa u aħna nieħdu ħsieb li:
- l-iskejjel ikunu mmexxija minn nies mgħallma u kompetenti f'xogħolhom
- li jkun hemm għalliema biżżejjed ma'l-istudenti
- li kull skola tfassal development plan wara li tkun għaddiet
minn proċess ta'internal audit
- naraw li kull skola jkollha school council u dan jimxi fuq
regoli diġa'mwaqqfa.
Allokazzjoni ta'staff
speċjaliżat
Aħna nagħmlu ħilitna li
ninkoraġixxu u nimmotivaw tfal b’diżabilita’ billi:
-
nipprovdu facilitators ma tfal b’diżabilita’ wara
li nirċievu r-rapporti mill-Bord imwaqqaf apposta.
Għal dawn is-servizzi kollha aħna:
-
marbutin li nagħtu opportunitajiet indaqs lil kulħadd
-
ikollna l-informazzjoni meħtieġa u nkunu ddedikati fix-xogħol
u mħarrġa sew fil-proċeduri tad-dipartiment
-
inwieġbu għat-talbiet li jsiru mingħand
ġenituri, għalliema, aġenziji u dipartimenti
oħra fi ħdan id-Divizzjoni l-Edukazzjoni bl-aktar mod
effettiv u professjonali
-
nipprovdu għajnuna professjonali u personali
lill-għalliema, billi napplikaw riċerka, idejat u
żvilluppi moderni
-
nipprovdulek għajnuna u pariri meta nkunu qed naqduk dwar xi
problema jew talba tiegħek.
Kif tista'tgħinna
Aħna nistgħu nagħtuk servizz
aħjar jekk inti tgħinna billi:
- tkun edukat/a u tikkoopera ma'l-istaff
tagħna
- tipprovdilna informazzjoni korretta u aġġornata meta
tkun qed timla'l-applikazzjonijiet
-
tipprovdilna informazzjoni u dokumenti meħtieġa meta
aħna nistaqsu għalihom
-
tagħmel kuntatt ma' l-uffiċċju li huwa responsabbli
mill-iskola li trid titkellem dwarha.
Jekk m'intix
sodisfatt/a
bis-servizz tagħna
Hu importanti għalina li tkun sodisfatt/a
bis-servizzi tagħna. Aħna naraw l-ilmenti kollha li jaslulna u
nippruvaw intejbu s-servizz tagħna.
-
aħna nippruvaw nagħtu risposta lill-ittri kollha li
jaslulna fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. Jekk l-ilment
ikun diffiċli u jkun ser jieħu aktar minn ħmistax
il-ġurnata biex inweġbuk, aħna ninfurmawk
- jekk l-ilment tiegħek hu fuq l-iskola, l-ewwel ma
għandek tkellem hu lill-Kap ta'l-iskola. Il-Kap u l-Assistenti Kapijiet ta'l-iskola
huma responsabbli għal dak li jiġri matul il-ġurnata
fl-iskola.
Jekk inti trid tagħmel ilment fuq xi servizz li
noffru, jekk jogħġbok l-ewwel kellem lil persuna li tkun
għamilt kuntatt magħha. Jekk xorta m'intix sodisfatt bir-riżultat tista'tagħmel
ilment formali.
Jekk jogħġbok ikteb f'dan
l-indirizz:
Id-Direttur
Dipartiment ta'l-Operat
Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni
Il-Furjana CMR 02
Nitgħallmu mingħandek
Biex niżguraw li nkunu qed nilħqu l-bżonnijiet
u l-aspettatttivi tiegħek, aħna nħeġġuk
tagħtina s-suġġerimenti tiegħek. Jekk trid tista'timla'feedback form li ssib fl-uffiċċju
tagħna u tħalliha fil-kaxxa tas-suġġerimenti.
Aħna nagħtu importanza lis-suġġerimenti u
nużawhom biex inkomplu ntejbu l-livell tas-servizz tagħna.
Napprezzaw ħafna l-kooperazzjoni tiegħek għaliex din
tgħinna nagħmlu xogħolna aħjar u
għas-sodisfazzjon sħiħ tiegħek.
|
REĠJUN 1 – GĦAWDEX |
|
PRIMARJA |
L-iskejjel kollha |
|
SEKONDARJA |
L-iskejjel kollha |
|
POST SEKONDARJA |
M.A. Refalo Post Secondary School |
|
REĠJUN 2 |
|
PRIMARJA |
Attard, Bahrija, B’Kara, Dingli, Gharghur,
Gzira, Lija, Mellieha, Mgarr, Mosta, Mtarfa, Pembroke, San Gwann,
Naxxar, Rabat, Sliema, St Julians, St Paul’s Bay. |
|
SEKONDARJA SUBIEN |
V. Borg Brared, B’Kara
-
Bosio, Gzira
Sir T. Zammit, Mtarfa
Furtu Selvatico, Naxxar |
|
SEKONDARJA BNIET |
Lily of the Valley, Mosta
Can P. Pullicino, Rabat
Sir L. Preziosi, St Andrew’s |
|
JUNIOR LYCEUMS TAL-BNIET |
St Therese, Mriehel
Sir A. Dingli, St Patrick’s |
|
SKOLA TAS-SNAJJA SUBIEN |
Stefano Zerafa, Naxxar |
|
HIGHER SECONDARY SCHOOL |
Giovanni Curmi, Naxxar |
|
REĠJUN 3 |
|
PRIMARJA |
Floriana, Hamrun,
Kirkop, Luqa, Mqabba,. Msida,
Pieta', Qormi, Qrendi, Siggiewi,
Valletta, Zebbug, Santa Venera |
|
SEKONDARJA SUBIEN |
Guze Galea, Qormi
Vincenzo Bugeja, Sta Venera
St Francis of Assisi, Sta Venera
Dun Karm Psaila, Zebbug
Ospizio, Floriana |
|
SEKONDARJA BNIET |
Marija Assumpta, Hamrun
Adelaide Cini, Samra – Hamrun
M’Tereza Nuzzo |
|
JUNIOR LYCEUM SUBIEN |
Dun G Zammit (Brighella), Hamrun
MA Vassalli, Handaq |
|
JUNIOR LYCEUM BNIET |
M’Regina, Blata l-Bajda |
|
SKEJJEL TAS-SNAJJA SUBIEN |
Umberto Calosso, St Venera
Danny Cremona - Agriculture, Qormi
Gerolamo Cassar - Masonry, Floriana |
|
REĠJUN 4 |
|
PRIMARJA |
B'Bugia,
Cospicua, Fgura, Ghaxaq, Gudja, Kalkara, Marsa, M’Scala, M’Xlokk, Paola,
Safi, Senglea, Tarxien, Vittoriosa, Xghajra, Zabbar, Zejtun,
Zurrieq |
|
SEKONDARJA SUBIEN |
Lorenzo Gafa, Fortini
FX Attard, Marsa
Guze D'Amato,
Paola
Mons. P.P. Saydon, Zurrieq
San Guzepp Haddiem, Marsa |
|
SEKONDARJA BNIET |
Erin Serracino Inglott, Cospicua
Sta Maria Goretti, Tarxien
Fra Diego Bonanno, Marsa |
|
JUNIOR LYCEUM SUBIEN |
St Joseph, Corradino
Guzeppi Despott, Verdala |
|
JUNIOR LYCEUM BNIET |
Carlo Diacono, Zejtun
Margaret Mortimer, St Lucia |
Ottubru 2002
Ippubblikat miċ-Charter Support Unit, OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampat, Stamperija tal-Gvern
|