Quality Service Charter ta' l-Office of Review - Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Werrej

Min ahna

Dan ic-Charter

L-Impenn taghna

Kif tista' tikkuntattjana

Is-servizzi li noffru

Id-drittijiet u dmirijiet tieghek

Kif tista' tghinna

Nitghallmu minghandek!

 

Min ahna

L-ghan ewlieni ta’ l-Office of Review hu li jtejjeb s-servizzi ta' kwalita' li jinghataw mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex int tkun moqdija ahjar. Dan permezz tat-tishih ta' inizjattivi mibdija u t-tnedija ta' proíetti íodda. F' dan il-kuntest int tinghata prijorita' .

 

Dan ic-Charter

Dan ic-Charter huwa ghalik jekk inti:

  • tixtieq taghmel sugerimenti dwar kif ahna nistghu ntejbu l-kwalita' tas-servizz
  • trid timla xi applikazzjoni mahruga minn xi Dipartiment jew entita' fi hdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni
  • trid tikseb informazzjoni dwar hidmet il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u d-Dipartimenti tieghu
  • tixtieq twassal ilmenti meta int ma tkunx moqdi/ja tajjeb
  • trid tissieheb f' inizjattivi ta' fejda ghalik.

F' dan ic-Charter issib:

  • il-weghda u l-impenn taghna lejn servizz ta' kwalita'
  • dak li inti bi dritt tistenna minghandna
  • il-mod ta' kif inwasslu l-istandards taghna
  • id-dmirijiet tieghek
  • il-mod kif twassal is-sugerimenti, l-ilmenti u t-talbiet tieghek.

Intennu li l-ghan ewlieni taghna huwa li ntejbu l-kwalita' tas-servizz lejk skond l-istandards imfassla f’dan il-Quality Service Charter.

 

L-impenn taghna

Qed nintrabtu li naghtuk servizz ta' kwalita' , servizz efficjenti u effettiv. Nintrabtu wkoll li naghtuk kull ghajnuna u kull servizz li int tkun tehtieg minghandna. GHalhekk int ghandek tistenna li ahna:

  • nwasslulek l-informazzjoni kollha mehtiega minnek b’rispett u efficjenza
  • nkomplu naghmlu hilitna sabiex intejbu s-servizzi taghna
  • nevalwaw hidmitna, nippreparaw rapporti regolari lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni dwar is-servizz li qed noffru, u naghrfuk pubblikament bir-rizultati ta' l-istess evalwazjoni.

Kull meta tigi bzonn is-servizzi taghna ghandek tistenna li ahna:

  • nidentifikaw lilna nfusna billi nghidulek isimna u l-grad taghna
  • nwiegbu ghat-talbiet u l-mistoqsijiet tieghek b’mod car
  • naghtuk informazzjoni korretta
  • nirrispettaw il-kunfidenzjalita' b' mod shih u naghtuk access ghall-informazzjoni li tkun tehtieg
  • naghtu kull attenzjoni ghal xi bzonnijiet specjali tieghek
  • nuzaw Malti jew Ingliz car meta naghmlu kuntatt mieghek.

 

Kif tista' tikkuntattjana

Int tista' tikkuntattjana billi:

  • tigi personalment jew tiktbilna f' dan l-indirizz:

Office of Review

Kamra 401

Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Il-Furjana CMR 01

  • ccemplilna b' xejn fuq 0800 772330
  • ccempel l-impjegati taghna fil-front office fuq in-numru tat-telefon 21 231864
  • ccempel l-impjegati taghna fl-ufficcju principali fuq in-numri tat-telefon 21 239964/25982525/6
  • tibghatilna fax fuq in-numru 21 225630/21 220156
  • tibghatilna email fuq infomoed@gov.mt
  • tidhol fuq is-sit ta' l-internet taghna fuq http://www.education.gov.mt

 

Is-servizzi li noffru

Meta tigi l-ufficcju taghna ahna:

  • naqduk fil-pront, b' edukazzjoni u rispett
  • nilqghuk f' ambjent nadif u komdu.

Meta ccemplilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nirrisponduk fil-pront
  • nghidulek isimna u l-grad taghna.

Meta tiktbilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nibaghtulek nota li nkunu rcevejna l-korrispondenza tieghek fi zmien 24 siegha
  • nibaghtu l-ewwel twegiba ghall-ittra tieghek fi zmien hamest ijiem tax-xoghol
  • nibaghtulek twegiba shiha u finali fi zmien ghaxart ijiem minn meta tkun intbghatet l-ewwel twegiba.

Meta tibghatilna e-mail, ghandek tistenna li ahna:

  • nibghatulek avviz li nkunu rcevejna l-e-mail tieghek immedjatament
  • nibghatu l-ewwel twegiba fi zmien jumejn tax-xoghol minn meta tkun intbghatet in-nota
  • nibghatu twegiba shiha u finali fi zmien hamest ijiem tax-xoghol minn meta tkun intbghatet l-ewwel twegiba.

Inweghduk li naghmlu hilitna sabiex:

  • ngharrfuk dwar l-izvillupp tat-talba tieghek
  • nipprovdulek informazzjoni u dokumenti ohra li jkollhom x' jaqsmu ma' l-ilment jew talba tieghek kif ukoll naghtuk l-isem u n-numru tat-telefon tal-persuna jew taqsima li tkun tista' taghmel kuntatt maghha
  • nispjegawlek id-decizjonijiet taghna u naghtuk parir dwar xi drittijiet li jista' jkollok biex titlob ghal revizjoni tad-decizjoni u dwar kif ghandek taghmel din it-talba.

 

Id-drittijiet u d-dmirijiet tieghek

B' dan ic-Charter itni ghandek dritt:

  • li taghmel ilmenti
  • ghal kunfidenzjalita' shiha
  • li jkollok access ghas-servizzi taghna b' mod li jintlahqu l-bzonnijiet tieghek
  • li tistenna li l-istandards f' dan ic-Charter ikunu milhuqa.

 

Kif tista' tghinna

Int ukoll tista' tghinna naqduk ahjar billi:

  • tipprovdilna l-informazzjoni shiha u korretta rigward ic-cirkustanzi tieghek
  • titkellem b' edukazzjoni u rispett ma' l-impjegati taghna
  • tkun sincier/a u onest/a f' dak li tghidilna jew titlobna
  • twasslilna taghrif car dwar sitwazzjonijiet kif graw u xi tibdil fil-bzonnijiet tieghek
  • twasslilna s-suggerimeti u l-kritika kostruttiva tieghek.

 

Nitghallmu minghandek

Hi x-xewqa taghna li nkomplu ntejbu s-servizz li nkunu qed naghtuk. GHalhekk inkunu grati lejk jekk tikkuntattja l-ufficcjali fil-Customer Care biex taghti xi suggerimenti li int tkun tixtieq twasslina. Id-dettalji dwarhom jidhru fit-taqsima Kif tista' tikkuntattjana. Kull ringrazzjament min-naha tieghek ikun apprezzat.

Jekk tibqa' ma tkunx sodisfatt/a bir-risposti jew bis-servizz taghna nitolbuk tikkuntattja l-Customer Care Coordinator fl-ufficcju principali.

Jekk imbaghad l-aspettattivi tieghek xorta ma jkunux milhuqa nitolbuk tikkuntattja direttament lid-Direttur billi:

  • tibghat fax fuq 21 220156
  • tmur ghandu personalment jew tiktiblu f' dan l-indirizz:

Office of Review

Ufficcju 401

Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Il-Furjana CMR 01

 

Biex taghmel kummenti dwar dan ic-Charter, tista' tikteb lill-

 

Office of Review (Edukazzjoni)

Quality Service Charter

Kamra 402

Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Il-Furjana CMR 01

 

jew timla feedback form u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghandna fl-ufficcju taghna. Ahna nqisu s-suggerimenti kollha meta nfasslu l-pjanijiet biex intejbu s-servizz.

Kull informazzjoni f' dan il-fuljett hija korretta qabel ittiehdet ghall-istampar. Informazzjoni aggornata tinsab fuq is-sit ta’ l-Internet tac-Charter Support Unit u fuq is-sit ta' l-Internet tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.

 

 

Lulju 2002

 

Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM

http://www.servicvecharters.gov.mt

Stampar, Stamperija tal-Gvern