|
Quality Service
Charter tal-Bibljoteka Nazzjonali
Werrej
Min ahna
Dan
ic-Charter
Kif
tista' tikkuntattjana
Hinijiet
tal-ftuh
L-Impenn taghna
Kif
tista' tghinna
Kif
tuza s-servizzi taghna
Is-servizzi
taghna
Jekk
m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna
Nitghallmu
minghandek
Min
ahna
L-impenn tal-Bibljoteka
Nazzjonali huwa li nzidu l-kultura tat-taghrif billi nipprovdu
materjal ta' riferenza u ricerka ghal-librerija. Fil-500 sena
mit-twaqqif taghha, il-Bibljoteka Nazzjonali gabret kollezzjoni kbira
ta' dokumenti, manuskritti, incizjonijiet, kollezzjonijiet, kotba u
materjal iehor li hu mferrex fuq elf sena.
Illum, ahna ghadna nigbru
u nipprezervaw dan il-wirt nazzjonali ta' kitba u pubblikazzjonijiet ghal
dawk li jigu warajna.
Dan
ic-Charter
Dan ic-charter juri kif
ahna behsiebna nipprovdu u naghtu dawn is-servizzi u jghidlek x'ghandek
tistenna minna. Jghidlek ukoll x'ghandek taghmel jekk int trid li
s-servizz taghna jitbiddel jew jitjieb. Ahna regolarment niccekkjaw u
nippruvaw intejbu s-servizzi taghna skond l-istandards tal-Quality
Service Charter. B'dan ic-charter, ahna qed nintrabtu li naghtu
servizz ta' kwalita`.
Kif
tista' tikkuntattjana
Il-Bibljoteka
Nazzjonali tinstab il-Belt Valletta. Tista' tikkuntattjana billi:
Bibljoteka Nazzjonali
ta' Malta
36, Triq it-Tezorerija,
Valletta CMR 02
Hinijiet
tal-ftuh
Ahna nkunu miftuhin ghall-vizitaturi
mit-Tnejn sas-Sibt f'dawn il-hinijiet:
1 ta' Ottubru - 15
ta' Gunju
mit-Tnejn sal-Gimgha
8.15 a.m. - 5.45 p.m.
Is-Sibt
8.15 a.m. - 1.15 p.m.
16 ta' Gunju - 30 ta'
Settembru
mit-Tnejn sas-Sibt
8.15 a.m. - 1.15 p.m.
Il-vizitaturi jithallew
jidhlu sa 15-il minuta qabel ma naghlqu.
L-Impenn
taghna
Ahna noffru ghazla
kbira ta' servizzi. Minghandna ghandek tistenna li:
-
naghtuk ghajnuna fil-pront u nkunu
edukati mieghek
-
jkollna l-informazzjoni mehtiega u
nkunu ddedikati fix-xoghol u mharrga sew kif naqdu l-pubbliku kif
ukoll li nkunu mharrga fil-proceduri tal-librerija biex inkunu
nistghu nghinuk ahjar
-
nilbsu karta ta'
l-identita`
-
naghmlu hilitna biex intejbu aktar
l-ambjent tal-librerija
-
nipprovdu informazzjoni cara u
korretta fuq is-servizzi tal-librerija u r-regoli li ahna nimxu maghhom
biex nipprezervaw il-volumi li ahna responsabbli ghalihom.
Kif
tista' tghinna
Tista' tghinna naghtuk
dejjem servizz ta' kwalita` billi:
-
tirrispetta d-drittijiet
tal-klijenti l-ohra, specjalment billi zzomm is-skiet f'kull hin
-
tosserva r-regoli tal-librerija
-
tittratta l-affarijiet li hemm migbura
fil-kollezzjoni nazzjonali b'kura u attenzjoni kbira
-
tibza
ghall-propjeta` u facilitajiet
tal-librerija
-
tipprovdilna l-informazzjoni li
nitolbuk meta jkollna bzonnha
-
tikkopera ma' l-istaff taghna.
Kif
tuza s-servizzi taghna
Jekk joghgbok nixtiquk
tifhem li ahna rridu niehdu hsieb il-wirt fdat lill-Bibljoteka
Nazzjonali. GHal din ir-raguni rridu nwettqu mizuri ta' sigurta`. GHalhekk
nitolbuk li tinnota r-regoli tal-librerija u tharishom. Int tista' tigbor
kopja shiha ta' dawn ir-regolamenti mir-reception area.
Biex tuza s-servizzi taghna,
trid turi dokument ta' identita`, bhal nghidu ahna l-karta ta'
l-identita` jew il-passaport, lill-persuna fir-reception desk
fejn id-dahla centrali tal-Librerija. Hekk kif tidhol fil-Librerija
trid thalli l-basktijiet u xi oggetti ohra li jkollok f'post ta'
sigurta` allokat apposta ghal dan il-ghan. Tista' tuza biss lapsijiet
biex tiehu xi notamenti meta tkun fis-Sala tal-Qari.
Min ikun ser jaghmel xi
ricerka jinghata biljett ta' identita` ta 'RESEARCHER' sabiex
jithalla jidhol fil-post fejn issir ir-ricerka fis-Sala
tal-Qari. Persuna li tinghata biljett ta' identita` ta' 'VISITOR'
ikollha access biss sa fejn isiru l-wirjiet fis-Sala tal-Qari. Dawn
il-biljetti jkunu jridu jintlibsu f'kull hin. Tfal taht il 15-il sena
ma jithallewx jidhlu fil-post fejn issir ir-ricerka.
Biex tiehu xi ritratti
jew film ta' materjal li hawn fil-librerija tkun trid taghmel talba
bil-miktub lid-direttur. Ma jistax jintuza l-flash jew dawl
artificjali.
Is-servizzi
taghna
Konsultazzjoni
fuq materjal tal-Librerija
Jekk inti ser taghmel
xi ricerka, jekk joghgbok imla r-'request form' ghall-materjal
tal-Librerija u aghtina l-informazzjoni kollha mehtiega. Biex inti
tkun tista' tuza certu kotba rari u manuskritti, tkun trid ittra ta'
rakkomandazzjoni minn istituzzjoni rikonoxxuta ta' l-edukazzjoni.
Tista' titlob sa 8
manuskritti jew kotba kuljum. Ma jsirx tqassim ta' materjal bejn
il-12.15 p.m. u s-1.30 p.m. u wara l-5.00 p.m. mill-1 ta' Ottubru
sal-15 ta' Gunju u wara s-12.45 p.m. nhar ta' Sibt u mis-16 ta' Gunju
sat-30 ta' Settembru.
Ghandek
tistenna li naghtuk il-kotba li tkun tlabt fi zmien 15-il minuta.
Manuskritti u kotba ghandhom
jinghataw lura lill-istaff fis-Sala tal-Qari u dawn jigu ccekkjati
qabel ma r-ricerkatur johrog mill-bini tal-Bibljoteka Nazzjonali.
Servizz
ta' Micro-filming
Manuskritti u kotba li
jkunu fi stat hazin ta' konservazzjoni kif ukoll gazzetti tista'
tarahom fuq microfilm, jekk dan ikun possibbli. Manuskritti sfusi tkun
tista' tarahom biss fuq microfilm, jekk mhux ghal xi cirkostanzi
specjali.
Il-prezz ghal
microfilming fil-Librerija hu ta' €5.82 kull volum u
€0.23
ghal kull
frame. Il-prezz biex taghmel kopji tal-microfilm minn negative ghal
positive hu ta'
€34.94 kull film.
Dan il-materjal jista'
jigi kkupjat biss minn microfilms:
Jekk ma jkunx hemm
microfilm, il-qarrej jista' jordna wiehed, bi hlas.
Ghandek
tistenna li meta titlob biex tara microfilms (li jezistu diga u qeghdin
ghad-dispozizzjoni), dawn intuhomlok fi zmien 10 minuti.
Fotokopji
Inti tista' titlob
fotokopji ta' materjal li jinsab fil-librerija jekk dan ikun fi stat
tajjeb biex jigi ffotokopjat. F'xi cirkustanzi, nistghu napplikaw certi
restrizzjonijiet anke fl-ammont ta' materjal li jista' jigi
ffotokopjat. Fil-fatt, jekk ikun hemm xi periklu ghall-materjal,
id-Direttur jista' jiddeciedi li ghandhom jsiru biss sa 10%
tal-fotokopji mill-materjal biex jigi pprezervat dan l-istess
materjal. Il-prezz tal-fotokopji fil-librerija hu ta'
€0.23 ghal kull pagna
A4 u €0.35 ghal kull pagna
A3, li jridu jithallsu minn qabel. Jekk joghgbok dejjem staqsi
lill-istaff tas-Sala tal-Qari jekk il-materjal li tkun se tordna hux
f'kundizzjoni li jista' jigi ffotokopjat qabel ma thallas.
Tista' tordna u thallas
ghall-fotokopji f'dawn il-hinijiet:
1 ta' Ottubru - 15
ta' Gunju
8.15 a.m. - 12.00 p.m.
13.30 p.m. - 16.00 p.m.
16 ta' Gunju - 30 ta'
Settembru
8.15 a.m. - 12.00 p.m.
Ghandek
tistenna li nibaghtulek il-fotokopji mill-microfilms ezistenti li tkun
tlabt fi zmien jumejn tax-xoghol kif ukoll li nibaghtulek fotokopji
tad-dokumenti li tkun tlabt fi zmien jumejn tax-xoghol ukoll. Jista'
jkun hemm xi cirkustanzi mhux tas-soltu li jzommuna milli nilhqu dan
l-ghan.
Jekk
m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna
Hu importanti li tkun
sodisfatt bis-servizzi taghna. Jekk tahseb li ahna b'xi mod inqasna
milli naghtuk il-livell ta' servizz li ahna weghidnik int tista' taghmel
ilment. Ahna naraw l-ilmenti kollha ghaliex dawn jghinuna biex intejbu
s-servizzi taghna u ghaliex is-sodisfazzjon tieghek hu essenzjali
ghalina.
Jekk trid taghmel xi
lment, l-ahjar li l-ewwel tkellem lill-persuna li tkun ghenitek. Jekk
inti ma tkunx sodisfatt/a bir-rizultat tista' tigi jew tikteb
lill-Customer Care Unit f' dan l-indirizz:
Bibljoteka Nazzjonali
ta' Malta
36, Triq it-Tezorerija,
Valletta CMR 02
Fi zmien gurnata tax-xoghol
minn meta nkunu rcevejna l-ilment tieghek, ghandek tircievi nota minghandna
li turi li l-ilment wasal. Twegiba shiha, imbaghad, tirceviha fi zmien
10 ijiem tax-xoghol minn mindu tkun ircevejt l-avviz
Nitghallmu
minghandek
Ahna kontinwament qed
naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet
tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista' jghinna
ntejbu s-servizz taghna. Jekk joghgbok, tina l-kummenti tieghek billi
timla feedback form u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghamilna
apposta fir-reception area.
Kull informazzjoni
f'dan il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa.
Informazzjoni aggornata tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit
u fuq il-website tal-Bibljoteka Nazzjonali.
Dicembru 2001
Ippubblikat mic-Charter
Support Unit, OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampat, Stamperija
tal-Gvern
Fotografija, DOI
|