Sezzjoni
tal-Manutenzjoni - Dipartiment tad-Drenagg Quality Service Charter
Werrej
Min aħna
Kif tista'
tikkuntatjana
Ħinijiet tal-ftuħ
Servizz ta'
emerġenza
L-istandards tagħna
Is-servizzi li noffru
Kif tista'
tgħinna
Jekk m'
intix sodisfatt/a bis-servizz tagħna
Nitgħallmu mingħandek!
Min aħna
Dan iċ-charter jagħtik
informazzjoni dwar is-Sezzjoni tal-Manutenzjoni fi ħdan id-Dipartiment
tad-Drenaġġ li hi responsabbli mis-sistema ta'
drenaġġ madwar Malta. F' din is-sezzjoni,
aħna naħdmu 24 siegħa kuljum, sebat t'
ijiem fil-ġimgħa matul is-sena kollha u nieħdu
ħsieb ħsarat li jsiru fil-mains tad-drenaġġ.
Aħna nieħdu ħsieb li nnaddfu mains tad-drenaġġ
bis-sistema tal-pressure jetting bowsers u nagħmlu
spezzjonijiet bil-Closed Circuit Television
regolarment bil-għan li nżommu dawn il-mains
f' kundizzjoni tajba. Aħna noffru
wkoll servizz ta' tbattil ta'
fosos fi djar fejn għad m' hemmx
sistema tad-drenaġġ.
Kif tista'
tikkuntatjana
L-uffiċċju prinċipali tas-sezzjoni
tal-manutenzjoni jinsab il-Furjana u huwa responsabbli mid-diversi
servizzi li tipprovdi din is-sezzjoni. Int tista'
tikkuntattjana billi:
Sezzjoni tal-Manutenzjoni
Sular Numru 2, Blokk A
Dipartiment tad-Drenaġġ
Taqsima tax-Xogħolijiet
Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura
Il-Furjana CMR 02
-
ċċemplilna fuq freephone 80072302/21 221444
-
tibgħatilna fax fuq: 21 223844
-
tibgħatilna email
fuq: info.drainage@gov.mt
-
tidħol fuq il-website tagħna: www.mri.gov.mt
Malta hija maqsuma f'
erba' reġjuni li huma msejħin
it-Tramuntana (North), Ċentrali (Central),
il-Lvant (East) u n-Nofsinhar (South). Kull uffiċċju
reġjonali huwa responsabbli mill-lokalitajiet kif inhuma
mniżżlin f' din il-lista. Għal konvenjenza tiegħek għandek tagħmel
kuntatt ma' l-uffiċċju
fejn hi mniżżla l-lokalita' tiegħek.
|
Reġjun Tramuntana (North Region) |
Reġjun Ċentrali
(Central Region) |
Reġjun Lvant
(East Region) |
Reġjun Nofsinhar (South Region) |
|
Armier |
Attard |
Balluta |
B' Buġia |
|
Baħrija |
Balzan |
Baħar iċ-Ċagħaq |
Cottonera |
|
Bidnija |
Birkirkara |
Binġemma |
Fgura |
|
Buġibba |
Dingli |
Għargħur |
Għaxaq |
|
Burmarrad |
Floriana |
Gżira |
Gudja |
|
Ċirkewwa |
Għar Lapsi |
L-Ibraġġ |
Haġar Qim |
|
Għadira |
Ħamrun |
Madliena |
Ħal Far |
|
Għajn Tuffieħa |
Iklin |
Mosta |
Kalkara |
|
Ġnejna |
Lija |
Msida |
Kirkop |
|
Manikata |
Marsa |
Naxxar |
Luqa |
|
Marfa |
Mdina |
Paceville |
Mqabba |
|
Mellieħa |
Mrieħel |
Pembroke |
M' Scala |
|
Mġarr |
Mtarfa |
Pieta' |
M' Xlokk |
|
Magħtab |
Qormi |
San Ġwann |
Paola |
|
Qawra |
Rabat |
Sliema |
Qrendi |
|
Salina |
Siġġiewi |
St Andrews |
Safi |
|
St Paul' s Bay |
Valletta |
St Julians |
St Luċija |
|
Wardija |
Żebbuġ |
Swieqi |
Tarxien |
|
Żebbiegħ |
|
Tarġa Gap |
Żabbar, Xgħajra |
|
|
|
Ta' Qali |
Żejtun |
|
|
|
|
Żurrieq |
Reġjun tat-Tramuntana
Int tista' tikkuntattja
dan l-uffiċċju billi:
Reġjun Ċentrali
Int tista' tikkuntattja
dan l-uffiċċju billi:
Reġjun tal-Lvant
Int tista' tikkuntattja
dan l-uffiċċju billi:
Reġjun tan-Nofsinhar
Int tista' tikkuntattja
dan l-uffiċċju billi:
Ħinijiet
tal-ftuħ
Aħna nkunu miftuħin mit-Tnejn
sal-Ġimgħa f' dawn
il-ħinijiet:
Fix-Xitwa (1 ta'
Ottubru sa 15 ta' Ġunju)
7.45 a.m. - 12.30 a.m.
1.15 p.m. - 5.15 p.m.
Fis-Sajf (16 ta'
Ġunju sat-30 ta' Settembru)
7.30 a.m. - 1.30 p.m.
Servizz ta'
emerġenza
Id-Dipartiment għandu grupp ta'
ħaddiema apposta li jirrispondu għal ħtiġijiet ta'
individwi jekk jiltaqgħu ma'
diffikultajiet ta' drenaġġ. Dan
huwa servizz ta' emerġenza li noffru:
Dan il-grupp ta'
ħaddiema ta' emerġenza jinsabu f'
dan l-indirizz:
Dipartiment tad-Drenaġġ
Triq it-Tiġrija
Marsa ĦMR 17
F' każ
ta' emerġenza
wara l-ħinijiet ta'
uffiċċju, ċempel fuq:
Tel: 21 247236
L-istandards
tagħna
Kull meta tikkuntattjana, għandek tistenna
li:
-
nagħtuk għajnuna fil-pront u nkunu edukati
miegħek f' kull ħin
-
ninvestigaw kull ilment li jaslilna u ninfurmawk dwar
ir-riżultat ta’ l-investigazzjoni skond
iċ-ċirkostanzi li niltaqgħu magħhom u x' azzjoni ser tittieħed biex tissewwa l-ħsara.
Meta tiġi l-uffiċċju tagħna
għandek tistenna li:
-
naqduk fil-pront, b' edukazzjoni u b'
rispett
-
nilqgħuk f' ambjent nadif u
komdu
-
ma' ddumx
tistenna iżjed minn 15 –il minuta biex tinqeda.
Meta ċċemplilna, għandek tistenna li
aħna:
Meta tiktbilna, għandek tistenna li aħna:
-
nibgħatulek nota fi żmien ġurnata minn meta nkunu
rċevejna l-korrispondenza tiegħek
-
nibgħatu l-ewwel tweġiba għall-ittra tiegħek
fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol
-
nibgħatulek tweġiba sħiħa u finali fi
żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tkun
intbgħatet l-ewwel tweġiba.
Meta tibgħat email, għandek tistenna li
aħna:
-
nibgħatulek konferma li nkunu rċevejna l-email
tiegħek immedjatament
-
nibgħatu l-ewwel tweġiba fi żmien jumejn tax-xogħol
minn meta tkun intbgħatet in-nota
-
nibgħatu tweġiba sħiħa u finali fi żmien
ħamest ijiem minn meta tkun intbgħatet l-ewwel
tweġiba meta l-ilment tiegħek jeħtieġ rimedju
fit-tul.
Meta nagħtuk l-informazzjoni
Is-servizzi li
noffru
Minħabba n-natura tax-xogħol li
teżisti jista' jagħti l-każ
li ċertu problemi ma jħallux is-sistema tad-drenaġġ
taħdem sewwa, bħal difetti u ksur fis-sistema tal-mains
jew ħsarat fl-impjant u l-apparat fil-pumping stations.
Aħna ninvestigaw dawn il-problemi u nagħmlu x-xogħol
neċessarju dak inhar stess li nirċievu l-ilment tagħkom.
Inti tista'
tagħmel ilment dwar problema tad-drenaġġ u aħna
nieħdu ħsieb li ninvestigaw u nirranġaw il-ħsarat.
Waħda mill-prijoritatijiet tagħna hi li nirċievu
l-ilmenti u niżguraw li tittieħed azzjoni immedjata. Tista' tagħmel ilment dwar:
Meta jkun hemm ħsarat fil-mains privati
u fil-meded tad-drenaġġ li mid-djar jingħaqdu mall-main
tal-Gvern id-Dipartiment tad-Drenaġġ mhuwiex responsabbli
iżda dawn huma responsabbilita' tiegħek.
Manutenzjoni ta' mains
tad-drenaġġ
Kull meta jkollna ilment fuq xi problema dwar il-mains
tad-drenaġġ aħna:
-
niftħu sadd fis-sistema tad-drenaġġ dak inhar
stess li nirċievu l-ilment
-
innaddfu s-sistemi tad-drenaġġ permezz
tal-Jetting/Suction
bowsers
-
nibnu u nsewwu tappieri skond kif ikun hemm bżonn
-
naraw li jsir tindif regolari tas-sistemi ta'
drenaġġ madwar Malta.
Closed Circuit Television
(CCTV)
Meta jkun hemm problema f'
parti mill-main
tad-drenaġġ, id-Dipartiment jieħu ħsieb biex
juża camera,
magħrufa bħala il-Closed Circuit Television,
biex jiġu lokaliżżati l-ħsarat u jissewwew skond
il-ħtieġa. B' dan il-mod jiġi evitat
il-bżonn illi titħaffer medda twila tat-triq bla bżonn.
Aħna nieħdu ħsieb
li:
Tbattil ta' fosos
Id-Dipartiment huwa responsabbli wkoll mit-tbattil
tal-fosos. Dan ix-xoghol isir minn kuntrattur privat u s-servizz
jingħata bla ħlas.
L-applikazzjonijiet jinsabu fid-Distretti
tas-Sanita' u dawn iridu jitħallew
hemm biex jinġabru u tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Għandek tkun taf li l-kuntrattur huwa obbligat,
skond il-ftehim tal-kuntratt, li ma jkun hemm l-ebda fawran. Il-kuntrattur
mhux obligat li jagħmel numru ta'
vjaġġi speċifiċi u mhux obbligat li jnaddaf jew
ibattal il-fossa tiegħek minn xi ħama li tinġabar
fil-qiegħ – din hija r-responsabbilita'
tiegħek.
Kif tista'
tgħinna
Aħna nistgħu nagħtuk servizz
aħjar jekk inti tgħinna billi:
-
tkun edukat/a u tikkopera ma'
l-istaff
tagħna
-
min qed jgħaddi l-ilment jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz
u numru tat-telephone
-
tagħti spjegazzjoni ċara u qasira dwar l-ilment
tiegħek
-
tagħti l-post eżatt ta'
fejn
qiegħed l-ilment li qed tagħmel.
Jekk
m' intix sodisfatt/a bis-servizz
tagħna
Hu importanti għalina li tkun
sodisfatt/a bis-servizzi tagħna. Jekk inti taħseb li
aħna nqasna milli nżommu ma l-istandards tas-servizzi li
noffru inti tista' tagħmel
ilment dwar dan. Aħna ninvestigaw l-ilmenti kollha li
nirċievu għax dawn jgħinuna ntejbu s-servizzi
tagħna. Inti tista' tikteb f'
dan l-indirizz:
Id-Direttur
Dipartiment tad-Drenaġġ
Sular Numru 2, Blokk A
Taqsima tax-Xogħolijiet
Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura
Il-Furjana CMR 02
Għandek tirċievi konferma fi żmien
jumejn xogħol minn meta nkunu rċevejna l-ittra tiegħek
u tibqa' tiġi nfurmat kull
għaxart ijiem xogħol sakemm il-problema tkun solvuta.
Nitgħallmu
mingħandek!
Minbarra li aħna marbutin li nipprovdu servizz
ta' kwalita' effettiv
u effiċjenti, aħna rridu nżommu lil kulħadd
il-bogħod minn kull riskju għas-saħħa.
Għalhekk aħna nilqgħu kull suġġeriment li
nirċievu, nieħdu azzjoni immedjata u nużaw dawn is-suġġerimenti
biex intejbu s-servizzi li nagħtu. Tista' tagħti s-suġġerimenti
tiegħek billi timla' l-feedback
form li ssib fl-uffiċċju tagħna u tħalliha
fil-kaxxa tas-suġġerimenti. Napprezzaw ħafna l-kooperazzjoni
tiegħek għaliex din tgħinna nagħmlu xogħolna
aħjar u għas-sodisfazzjon sħiħ tiegħek.
Novembru 2002
Ippublikat miċ-Charter Support Unit, OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampar, Stamperija tal-Gvern
Fotografija, DOI
|