Min Ahna
Kif tista'
tikkuntattjana
Hinijiet tal-ftuh
Informazzjoni
Protetta
L-ghan taghna
Ghaliex
ghandek tirregistra l-Art
L-aspettattivi tieghek
Is-servizzi li
noffru
Hlas
Nitghallmu
Minghandek!
Ir-Registru
ta' l-Artijiet jigbor u jipprocessa l-informazzjoni sabiex ikun jista'
jaghti s-servizzi mitluba skond l-Att dwar ir-Registrazzjoni ta' l-Artijiet
( Kap .296). Kull data migbura u pprocessata hija konformi ma' l-Att
dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, l-Att dwar ir-
Registrazzjoni ta' l-Artijiet ( Kap.296) u legislazzjoni sussidjarja
ohra.
Ir-Registru
ta' l-Artijiet gie mwaqqaf bl-Att ta' l-1981 dwar
ir-Registrazzjoni ta' Artijiet (Kap 296). Qabel dan,
il-kuntratti pubblici aktar milli l-art, kienu jigu registrati fir-Registru Pubbliku.
Ir-Registrazzjoni ta' art hija rikonoxxuta li taghmel aktar sens peress
li tkun aktar facli biex issir ricerka. Fil-prezent ir-Registru ta' l-Artijiet jimxi bmod parallel mar-Registru
Pubbliku.
Bhalissa qed isehh process ta' amalgamazzjoni ta'
dawn iz-zewg dipartimenti li huwa konformi mal-kuncett ta'one stop shop.
Infatti, it-Taqsima tar-Ricerka u s-Sezzjoni tal-Prezentata li kienu fi
hdan ir-Registru pubbliku diga gew relokati mar-Registru ta' l-Artijiet.
Il-qafas legali ghal din l-istruttura amministrattiva jigifieri l-Att
dwar ir-Registru Centrali, li ser jghaqqad dawn iz-zewg Dipartimenti,
gie mfassal u ser jidhol fis-sehh fi zmien qarib.
Ahna responsabbli ghar-registrazzjoni tat-titoli ta'
proprjetà li tinsab f'areas dikjarati bhala areas ta' registrazzjoni. Proprjetajiet mhux
f'areas ta' registrazzjoni jigu registrati fir-Registru Pubbliku. Nissuggerulek tiehu parir
minghand in-nutar tieghek fuq din il-kwistjoni.
F'Lulju
ta' l-1997 l-impjegati taghna rebhu l-premju mniedi
mill-Ufficcju tal-Prim Ministru ghar-rikonoxximent ta' servizz tajjeb. Id-dipartiment
taghna kien wiehed mill-ftit dipartimenti li gie nominat mill-klijenti
tieghu. Hija l-intenzjoni tad-dipartiment li jkompli jtejjeb
is-servizzi offruti lill-klijenti kollha tieghu.
Kif tista
tikkuntattjana
Tista' taghmel kuntatt maghna billi:
Casa Bolino
116, Triq il-Punent
Valletta CMR02
Meta tigi l-ufficcju taghna ghandek tistenna li:
-
naqduk fil-pront, b'edukazzjoni u b'rispett
-
nilqghuk f'ambjent nadif u komdu
-
naqduk fi zmien 20 minuta.
Meta ccemplilna, ghandek tistenna li ahna:
-
nirrisponduk fil-pront
-
nghidulek isimna.
Meta tibghat email, ghandek tistenna li ahna:
-
nibaghtulek konferma li nkunu rcevejna l-email
tieghek immedjatament
-
nibaghtu l-ewwel twegiba fi zmien jumejn tax-xoghol
minn meta tkun intbaghtet in-nota
-
nibaghtu twegiba shiha u finali fi zmien hamest
ijiem minn meta tkun intbaghtet l-ewwl twegiba meta l-ilment tieghek
jehtieg rimedju fit-tul
Hinijiet tal-ftuh
Ir-Registru ta' l-artijiet ikun miftuh mit-Tnejn sal-Gimgha
f'dawn il-hinijiet:
Fix-Xitwa ( 1 ta' Ottubru sal-15 ta' Gunju)
8.00am-1.00pm
Fis-Sajf ( 16 ta' Gunju sat-30 ta' Settembru)
7.45am-11.30am
Informazzjoni
protetta
Informazzjoni personali pprovduta hija protetta u
tintuza skond '-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data 2001.
Ahna infittxu
li:
-
inzommu sistema ta' registrazzjoni effettiva fl-areas kollha ta' registrazzjoni
( li aktar tard ser issir
fil-Gzejjer Maltin kollha) biex bhekk id-drittijiet ta' proprjetà jigu
maghmula u
negozjati bmod aktar hafif.
-
niggarantixxu ricerki ufficjali u titoli ta' proprjetà u interessi f'artijiet u
proprjetà f'areas li jkunu gew dikjarati areas ta' registrazzjoni. Dan isir
irrispettivament jekk l-art hijiex tal-Gvern jew ta' terzi persuni;
-
nipprovdu access immedjat u informazzjoni aggornata dwar proprjetà u interessi
fuqha sabiex ikun jista' jsir negozju ta' min joqghod fuqu u sigurtà fit-titolu
-
kontinwament nirrevedu l-mod kif nahdmu sabiex intejbu
s-servizz li nipprovdu.
Kif definit fl-Att dwar
ir-Registrazzjoni ta' Artijiet ir-riferenza ghal art jew proprjetà tapplika ukoll ghal, u tinkludi bini, u kull kostruzzjoni jew xoghlijiet ohra. Ladarba tirregistra proprjetà jew
bicca art:
-
it-titolu legali tieghek huwa garantit mill-Gvern malli jghaddi z-zmien preskritt,
biex hekk, jekk inti tkun il-proprjetarju registrat, inti ma tkunx tista', normalment,
titlef it-titolu registrat minghajr il-kunsens tieghek;
-
nistghu nipprovdulek pjanta ta' registrazzjoni
preciza li b'mod semplici u cara turi l-art jew proprjetà;
-
jkun hemm rekord pubbliku uniku, awtorevoli u aggornat ta' proprjetà, drittijiet, kuntratti, ipoteka jew privileggi u certi materji ohra;
-
tkun tista' tinnegozja l- proprjetà bil-libertà billi r-riskju ta' frodi huwa
mnaqqas;
-
hafna inkwiet jista jigi meghlub minghajr il-bzonn ta' spejjez kbar ta'
litigazzjoni; u
-
tkun hlist mill-bzonn ta' tfittxija fit-tul, ghalja u ripetitiva ghat-titolu u
kuntratti dwar negozju ta' proprjetà.
Hemm ukoll il-beneficcju socio-ekonomiku ghar-registrazzjoni. Dan
peress li s-sidien ta' proprjetà vojta u mhux uzata jew abbandunata, ikunu jistghu jigu
identifikati ladarba r-registrazzjoni necessarja tkun saret.
Kulhadd ikun jista' jiehu, bi hlas, kopja ta' kull titolu registrat
fil-gzejjer Maltin. Dan jinkludi kull informazzjoni ohra mizmuma fir-Registru.
Ghandek tistenna li l-impjegati
taghna:
-
jaqduk fil-pront u jghinuk
f'kull hin
-
jghinuk jekk ghandek xi
diffikultajiet dwar is-servizzi taghna
-
juruk kif timla l-formoli kemm
personalment jew permezz ta' informazzjoni stampata
-
jidentifikaw ruhhom permezz ta'
tabelli.
L-ufficjali gholja taghna huma
wkoll lesti li jghinuk u jaghtuk parir dwar kull diffikulta' li jista
jkollok sakemm id-diffikulta' tkun ta' natura generali
F'dan il-kuntest, ghalkemm kulhadd
jista' jimla l-applikazzjoni huwa stess, specjalment Ricerka Ufficjali,
applikazjoni ghall-Ewwel Registrazzjoni u kawzjoni, dan mhux dejjem huwa
rakkomandabbli peress li:
-
hekk jew hekk, normalment, l-obbligu
tar-registrazzjoni jaqa' fuq in-nutar li jippubblika l-att
-
hemm certi rekwiziti legali li
jistghu jinvalidaw l-applikazzjoni
-
jekk xi hadd jissottometti kawzjoni li
tkun frivola jista' jesponi ruhu ghad-danni.
L-ghan taghna huwa li
-
nivverifikaw li r-ricerki u
l-mistoqsijiet kollha ta' qabel il-kuntratt ikunu hielsa minn zbalji;
naraw ukoll li r-registrazzjoni u akkwisti ta' titolu legali fihom
infushom ukoll ikunu hekk verifikati
-
nipprovaw nilhqu standards ta' servizz
b'certa heffa. Dan isir b'konsultazzjoni mieghek, il-klijent taghna
-
nirrispondu ghal talbiet ta'
informazzjoni ta' naturagenerali fi zmien ghaxar minuti minn meta ssir
it-talba ghal dan is-servizz
-
waqt li qed tistenna nohorgu pjanta
ta' registrazzjon fi zmien ghaxar minuti minn meta jigi identifikat is-sit
-
inlestu ricerka b'risposta
ghall-mistoqsijiet kollha, fi zmien tmint ijiem ta' xoghol, fejn ir-ricerka hija
mehtiega ghan-negozju tal-propjeta'
-
inlestu registrazzjoni, li tinkludi abbozz
preliminari tac-certifikat ta' titlu fi zmien 20 gurnata ta' xoghol meta r-registrazzjoni
hija mehtiega ghall-eventwali negozju tal-propjeta'
-
inlestu registrazzjoni ta' ipoteka fi
zmien 20 gurnata ta'xoghol
-
inlestu l-kancellament jew tibdil ta'
ipoteka fi zmien 20 gurnata ta' xoghol
-
inlestu negozju shih ta' propjeta li diga
kienet registrata qabel, fi zmien ghaxart ijiem ta' xoghol
-
ninfurmawk b'xi kawzjoni jew problema ohra
permezz ta' ittra registrata fi zmien jumejn ta' xoghol minn meta ssir maghrufa
din il-problema
-
jinbdew proceduri ufficjali minnufih wara
l-gheluq taz-zmien moghti biex tintlahaq ftehim bonarju, z-zmien jigi miftiehem
bejn il-partijiet koncernati
-
tigi mismugha x-xiehda kolla dwar il-kawzjoni,
fi zmien tlett xhur mill-bidu tal-proceduri, hlief jekk il-partijiet jitolbu
xort'ohra
-
tinghata decizjoni finali, fi zmien 15-il
gurnata tax-xoghol mill-gheluq tas-smigh.
Dawn il-perjodi ta' zmien jistghu ma
japplikawx f'cirkostanzu eccezzjonali bhal fil-kaz ta' divizjoni fejn il-propjeta'
tigi maqsuma f'diversi proprjetajiet.
Jekk ma jirnexxilniex nilhqu dawn l-ghanijiet
fi zmien ragjonevoli niktbulek biex nispjegawlek x'qed jikkawza d-dewmien.
Ninfurmawk ukoll x'qed naghmlu bies neghlbu dawn id-diffikultajiet.
Is-servizzi li noffru
Jekk inti qed tinnegozja fi proprjetà b'mod li se
isir att
pubbliku, l-ewwel haga li ghandek taghmel hu li tmur ghand nutar. Hawn qieghdin ninkludu wkoll lil kull min ikun irid jirregistra minn
jeddu l-proprjetà tieghu sakemm din il-proprjetà tinsab f'area ta'
registrazzjoni. Int tintbghat min-nutar/a tieghek ir-Registru ta'
l-Artijiet biex tigbor pjanta ta' registrazzjoni. Ikollok bzonn taghti
lill-ufficjal li qed jaqdik indikazzjoni cara tal-lokalità
tal-proprjetà li int interessat fiha permezz ta' marki jew punti ta' riferenza
biex b'hekk inkunu nistghu
nidentifikaw l-proprjetà tieghek. Ghal dan is-servizz tkun trid taghmel hlas ta' dritt minimu kif
preskritt.
Ir-Ricerka
Il-pass li jmiss hu li tiehu l-pjanta
ta registrazzjoni ghand il-perit tieghek biex tigi mmarkata
l-proprjetà in kwistjoni fuq il-pjanta u ffirmata. Jekk ikun hemm bzonn,
jipprepara wkoll pjanta dettaljata. Wara terga tmur
ghand in-nutar/a biex timtela’ formola ta' ricerka (Formula E) u ma din
tinhemez il-pjanta ta' registrazzjoni originali flimkien ma pjanta dettaljata.
Dawn il-pjanti ghandhom jigu pprezentati min-nutar/a mal-Formula E
fir-Registru ta l-Artijiet. In-nutar
ghandu/ha jistenna/tistenna r-rizultati ta' din ir-ricerka
qabel ma jippubblika/tippubblika l-kuntratt.
Wara
r-ricerka, ghandek id-dritt tkun taf jekk;
-
il-proprjetà hijiex f'area ta' registrazzjoni
-
il-proprjetà hija f'area ta' registrazzjoni u qatt ma giet registrata
qabel;
-
il-proprjetà hija f'area ta' registrazzjoni u kienet registrata
qabel;
-
hemmx xi ipoteki, privileggi u/jew kawzjonijiet registrati
fir-Registru ta' l-Artijiet;
-
hemmx xi fatt maghruf iehor li jista' jinfluwenza bmod negattiv id-decizjoni
tieghek li tinnegozja l-proprjetà.
Normalment nitolbu minghand n-nutar tieghek, dritt minimu kif
preskritt. Inti obbligat tirrifondi din l-ispiza lin-nutar.
Registrazzjoni ta' Proprjetà
Il-ligi tippreskrivi illi fi zmien
hmistax-il gurnata mid-data tal-kuntratt tat-trasferiment tal-proprjetà, fejn
il-proprjetà hija f'area ta' registrazzjoni, ghandha ssir l-japplikazzjoni ghar-registrazzjoni ta' l-istess fir-Registru ta' l-Artijiet.
Dan ghandu jsir billi tintbghat l-Form A min-nutar/a tieghek. Dan japplika kemm ghall-ewwel registrazzjoni kif ukoll
ghar-registrazzjonijiet sussegwenti, jigifieri fejn il-proprjetà kienet digà registrata
qabel. Bil-ligi kif inhi ghandek id-dritt li
din l-applikazzjoni tigi pprezenat tistenna min-nutar/a fi zmien 15-il gurnata.
Normalment ghandek id-dritt ghal titolu garantit fuq il-propjeta'
tieghek wara li jghaddu ghaxar snin mid-data ta l-applikazzjoni ghar-registrazzjoni.
Ghandek id-dritt tigi infurmat bkull problema li tista'
tinqala'; Jekk ma tistax tirregistra l-proprjetà tieghek, kemm kollha kif ukoll parti
minnha, minhabba xi applikazzjoni li tkun dahlet qabel, tista' taghmel kawzjoni
Inti mistenni li tipprovdilna prova, almenu prima facie, li inti
s-sid. Din tinkludi d-dokumenti legali li fuqhom qed tibbaza t-talba tieghek, bhal nghidu
ahna kuntratti, kif ukoll il-pjanta ta registrazzjoni originali u pjanta
dettaljata. Normalment nitolbu minghand n-nutar tieghek, dritt minimu kif
preskritt. Inti obbligat tirrifondi din l-ispiza lin-nutar.
Registrazzjoni ta' Ipoteka
Jekk tixtieq li tirregistrata ipoteka jew privilegg fuq
il-proprjetà in-nutar/a tieghek ghandu/ha jissottometti/ tissottometti l-formula B.
Ghandek tistenna li ahna nipprocessaw ir-registrazzjoni ta' l-ipoteka fi zmien
20 gurnata tax-xohol minn meta tigi prezentata l-applikazzjoni.
Ghandek id-dritt li tigi infurmat dwar kull problema li tista' tinqala'
u ghandek id-dritt li l-ipoteki jigu registrati f'ordni kronologika skond kif jigu
prezentati Normalment nitolbu minghand n-nutar tieghek, dritt minimu kif
preskritt. Inti obbligat tirrifondi din l-ispiza lin-nutar.
Jekk tixtieq thassar jew tbiddel l-ipoteka originali ghandha timtela
l-Formula C min-nutar/a tieghek:
-
ghandek tistenna li ahna nipprocessaw ir-registrazzjoni ta' tibdil fl-ipoteka fi
zmien 20 gurnata tax-xoghol minn meta ssir l-applikazzjoni;
-
ghandek id-dritt tigi infurmat dwar kull problema li tista' tinqala';
Kawzjoni
Avvizi
ta' applikazzjoni
ghar-registrazzjoni ta prorpjeta li tkun ghadha qatt ma dahlet fir-registru
jigu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. Kemm-il darba l-metodu ta kif jinghata
l-avviz jinbidel, il-pubbliku jigi mgharraf. Terza persuna li tixtieq taghmel oggezzjoni ghandha tiddepozita
kawzjoni fi zmien ghaxar snin mir-registrazzjoni (applikazzjoni). Bhala
l-ewwel pass, kulhadd jista' jezamina l-applikazzjoni maghmula
fir-Registru ta' l-Artijiet. Ir-Registratur ta' l-Artijiet jista' jitlob aktar
informazzjoni minghand il-partijiet kollha nvoluti fil-kwistjoni. Jekk il-partijiet ma jaqblux, il-persuna li qed toggezzjona ghandha
tiddepozita kawzjoni (Formula D), flimkien ma' dikjarazzjoni guramentata
u ma' dawn
ghandhom jigu depozitati d-dokumenti li fuqhom hija bazata l-oggezzjoni. Appelli
mid-decizjonijiet tar-Registratur isiru direttament fil-Qorti ta' l-Appell. Jekk fi zmien
ghaxar snin hadd ma joggezzjona, allura r-registrazzjoni
ma tkunx tista', normalment, tigi attakkata. Id-detentur tat-titolu allura jkollu titolu
garantit.
Meta
r-Registratur jaghti decizjoni fi proceduri fuq kawzjoni,
jista jsir appell minn dik id-decizjoni u wara li tinghata decizjoni finali
r-registrazzjoni titqies bhala wahda definittiva. Tista wkoll tigi depozitata kawzjoni kontra proprjetà li
dwarha ma saritx applikazzjoni ghall-ewwel registrazzjoni. F'dan il-kaz ir-Registratur jiehu nota tal-kawzjoni
u f'kaz li xi hadd japplika fuq l-istess art, jinforma lil min ikun ghamel
il-kawzjoni. Dak li ntqal qabel jghodd hawnhekk ukoll skond ic-cirkostanzi.
F'dawn
il-kazijiet, kawzjoni ma tammontax ghal applikazzjoni ghar-registrazzjoni
u ghalhekk, fi
kwalunkwe zmien wara l-kawzjoni, min ikun ghamel il-kawzjoni jista', u ghandu,
japplika/tapplika ghar-registrazzjoni tat-titolu. Normalment
nitolbu minghand in-nutar tieghek, dritt minimu kif preskritt. Int obbligat
tirrifondi din l-ispiza lin-nutar.
Wiehed irid jinnota li:
-
matul perjodu ta' ghaxar snin mir-registrazzjoni (applikazzjoni), terzi persuni
ghandhom id-dritt li jiddepozitaw kawzjoni jekk ghandhom xi drittijiet jew interessi fuq
il-proprjetà;
-
l-applikanti ghandhom id-dritt li jigu notifikati kemm bil-fatt illi saret kawzjoni
kif ukoll bid-dettalji taghha;
-
il-partijiet jistghu jistennew li r-Registratur juza l-poteri tieghu biex jipprova
jwassal ghal ftehim bonarju qabel ma jinbdew proceduri ufficjali;
-
kull wahda mill-partijiet ghandha d-dritt li jkollha assistenza legali
fit-trattament ta' kawzjoni;
-
il-klijenti ghandhom id-dritt jappellaw mid-decizjonijiet tar-Registratur fil-Qorti
ta' l-Appell;
-
il-klijenti ghandhom id-dritt ghal kumpens ghal kull telf jew danni li jirrizultaw
minn zbalji fir-registru, kopji ufficjali u ricerki ufficjali u dan japplika ukoll
fcerti cirkostanzi ohra;
-
applikanti li jiltaqghu ma kawzjonijiet frivoli ghandhom id-dritt ifittxu lil min
ghamel il-kawzjoni ghall-hlas ta kumpens.
-
kull min jixtieq jaghmel oggezzjoni ghandu jaghmel hekk fi zmien
ghaxar snin
mir-registrazzjoni (applikazzjoni), hlief jekk it-titolu jkun inhareg fil-parametri
tal-ligi kif kienet qabel Lulju 1995;
-
l-applikanti li jigu mitluba li jaghtu aktar informazzjoni ghandhom jaghmlu dan
malli jigu mitluba;
-
terzi persuni li jiddepozitaw kawzjoni ghandhom jaghmlu dikjarazzjoni guramentata u
l-partijiet ghandhom josservaw ir-regoli tar-Registratur daqs li kieku qeghdin
il-qorti;
-
Iz-zewg partijet ghandhom jipproducu l-provi kollha mehtiega sabiex jippruvaw
il-kaz taghhom fuq il-parir tar-rapprezentanti legali
taghhom;
-
il-partijiet kollha ghandhom ihallsu
d-dritt preskritt;
-
jekk l-applikant jew il-persuna li qed taghmel oggezzjoni ghar-registrazzjoni,
tiddeciedi li tibda proceduri bil-qorti, ir-Registratur ghandu jigi nfurmat immedjatament.
Tajjeb niftakru li fkazijiet bhal dawn, ir-Registratur iwaqqaf il-proceduri sakemm
tinghata decizjoni mill-qorti. F'kazijiet bhal dawn, ir-Registratur ghandu jkun parti fil-kawza, izda m'ghandu
qatt jigi msejjah bhala konvenut izda jissejjah biss bhala parti interessata ghall-fini
ta l-eventwali registrazzjoni tad-decizjoni tal-qorti.
Registrazzjoni ta' Amministraturi u Regoli li jirregolaw
Condominia
Condominium huwa bini jew grupp ta' bini fejn il-propjeta'
jew l-uzu jew it-tgawdija tal partijiet komuni tieghu hija ta' zewg persuni jew
izjed pro indiviso u l-propjeta' tad-diversi oqsma separati hija ta' l-istess
zewg persuni jew izjed pro diviso. l-iskop ta' l-Att dwar il-Condominia
(Kap.398) huwa li jirregola, b'mod generali, ir-relazzjoni bejn is-sidien, u
f-certi drabi, l-kerreja, u li jipprova jnaqqas il-kunflitti li jistghu
jinqalghu fuq il-partijiet komuni ta' Condominium. L-Att iservi ta' gwida ta'
kif ghandhom jigu trattatir-relazzjonijiet ta' bejn il-condomini
Fejn in-numru ta' sidien huwa erbgha jew aktar, dawn iridu
jahtru amministratur. Jekk ma jaqblux jista' jkun hemm rikors ghal arbitragg.
F'kaz li ma jkunx hemm aktar minn tlett condomini dawn jistghu jiddeciedu li jew
jamministraw bejniethom jew inkella jahtru amministratur. Il-ligi taghti ukoll
il-fakolta lill-condomini li jaghmlu regolamenti biex jirregolaw l-uzu tal-partijiet
komuni, t-tqassim ta' l-ispejjez u regoli ohra li jolqtu t-tmexxija
tal-condominium.
Ir-Registratur ta' l-Artijiet huwa marbut li jirregistra l-amministratur
tal-condominium u r-regoli li jirregolaw il-condominium. Form 1 tigi sottomessa
sabiex wiehed jirregistra r-regoli li jirregolaw il-condominium jew l-emendi
taghhom. Ir-Registratur ta' l-Artijiet huwa marbut li minghajr dewmien johrog
avviz fil-gazzetta tal-Gvern li juri d-data ta' meta saret ir-registrazzjoni jew
emendi tar-regoli.
L-applikazzjonijiet u notifiki ghandhom jigu mhejjija fuq
karta daqs A4 skond il-forma u l-ordni preskritta, jridu jkunu wkoll:
-
ittajpjati
-
fi stat li ma jitilfux il-lewn jew ikunu mtebba
-
iffirmati mill-persuni li tipprezenta l-applikazzjoni jew
notifika. L-isem shih ghandu jkun ittajpjat, ittimbrat jew miktub bl-idejn
b-ittri majuskoli taht kull firma
-
meta tintuza formola ta'anness, din trid tkun imwahhla
mal-formola, enumerata u iffirmata mill-persuni li ffirmaw il-formola.
L-ewwel applikazzjoni jew notifika ghandha tkun akkumpanjata
minn pjanta mahruga mir-Registru ta' l-Artijiet li turi s-sit fejn jinsab
il-Condominium.
Hlas
Registrazzjoni ta' l-Art
|
SERVIZZ |
Hlas
€ |
|
Applikazzjoni ghal titlu registrat |
€46.59 |
|
Applikazzjoni ta' xi registrazzjoni li
ghandha x'taqsam ma' registrazzjoni ta' titlu aktar minn
trasferiment jew tariffa |
€13.98 |
|
Lodgment of any transfer (ad valorem)
Up to
€11650
over €11650 to
€23300
over €23300 to
€46600
over €46600 to
€69900
over
€69900 to
€93200
For
every additional €23300 or part thereof
|
€13.98
€18.63
€27.95
€37.27
€46.59
€9.32 |
|
Lodgment of any transfer (ad valorem)
Up to
€11650
over €11650 to
€23300
over €23300 to
€46600
over €46600 to
€69900
For
every additional €23300 or part thereof |
€13.98
€18.64
€23.29
€27.95
€4.66 |
|
Applikazzjoni ghal kawzjoni |
€13.98 |
|
Applikazzjoni ghal notifika ta'
prijorita' |
€9.32 |
|
Irtirar ta' kawzjoni jew notifika ta'
prijorita' |
€4.66 |
|
Kopji
-
Kopji ta'
certifikat ta' Titlu
Kopja ta' Applikazzjoni
kull folja
Kopja ta' pjanti
kull folja “A4”
Kopji ta'
kazijiet ohra kull folja |
€2.33
€0.47
€0.93
€0.47 |
|
Formoli tar-Registru ta' l-Artijiet (kull formola) |
€0.23 |
|
Spezzjoni ta' registri jew dokumenti ohra fil-presenza tar-Registratur |
€4.66 |
|
Ricerka Ufficjali |
€4.66 |
Condominia
|
SERVIZZ |
Hlas
€ |
|
Notifikazzjoni ta' l-Amministratur |
€11.65 |
|
Registrazzjoni ta' Regoli |
€23.29 |
|
Registrazzjoni ta' l-emendi tar-Regoli |
€6.99 |
|
Kopji
tad-dokumenti kull folja
Kopji Legali
Kopji
Informali |
€1.16
€0.70 |
Is-sodisfazzjon tieghek huwa
essenzjali ghalina. Ahna naraw l-ilmenti kollha li nircievu ghax dawn
jghinuna ntejbu s-servizzi taghna. Ahna kontinwament naghmlu hilitna
biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk
nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista' jghinna ntejbu s-servizzi
taghna. Jekk joghgbok, aghtina l-kumenti u s-suggerimenti tieghek billi
timla Feedback Form li tinsab ma dan il-fuljett u thallihielna fil-kaxxa
tas-suggerimenti li ghamilna fl-ufficju jew wahhal bolla u ibghatha
bil-posta.
Ghandek tircievi konferma li
rcevejna l-ilment tieghek fi zmien tlett ijiem minn meta nkunu rcevejna
l-ilment. Ahna ninvestigaw il-kaz u nibaghtulek rapport fi zmien ghaxart
ijiem dwar x'qed isir. Hafna mill-ilmenti aktarx jigu solvuti f'dan l-istadju.
Jekk ma tkunx sodisfatt bir-rizultat tar-rapport tista' tappella
lir-Registratur li hu d-Direttur tar-Registru ta' l-Artijiet. Fl-ahharnett
jekk tkun ghadek mhux sodisfatt bir-rizultat ta' l-ilment tieghek tista'
tiehu l-kwistjoni quddiem l-Ombudsman.
Inti tista' wkoll taghmel l-ilment
tieghek, suggeriment jew tistaqsi mistiqsija bill taghmel access
ghall-Customer Care System fuq
www.servizz.gov.mt
Kull informazjoni f'dan il-fuljett
hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Aktar informazzjoni tinsab fuq
il-website tac-Charter Support Unit.
L-ewwel pubblikazzjoni Gunju 1999
Ottubru 2004
2007