|
Dipartiment tar-Relazzjonijiet
Industrijali u ta' l-Impjieg
Werrej
Min ahna
Is-servizzi taghna
Biex tistaqsi jew taghmel ilment dwar kundizzjonijiet tax-xoghol
Biex taghmel claim dwar kundizzjonjiet tax-xoghol
Biex tixtri kopji ta' l-Att li jirregola l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg
u kopji tal-Ordnijiet biex jirregolaw il-Pagi
Biex tapplika ghal licenzja biex topera agenzija ta' l-impjieg jew
negozju ta' l-impjieg
Biex iggedded licenzja biex topera agenzija ta' l-impjieg jew
negozju ta' l-impjieg
Biex tirregistra trade union jew assocjazzjoni ta' principali
Biex tikkonsulta l-Arkivji tat-Tribunal Industrijali
L-istandards taghna
Biex taghmel ilment
Ghidilna x'tahseb!
Kif tikkuntattjana
Min ahna
Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg
ghandu bhala rwol principali dak li jhares l-interessi ta' persuni li
jahdmu taht tipi differenti ta' kuntratti tax-xoghol.
L-ghan taghna hu "li nharsu l-interessi ta' dawk il-haddiema
li huma impjegati bil-kuntratt, filwaqt li fi spirtu ta' shubija
socjali, nippromwovu relazzjonijiet ta' l-impjieg tajba u
nikkontribbwixxu biex inzommu relazzjonijiet industrijali stabbli".
Il-hidma tad-dipartiment issehh f'dawn l-oqsma:
1. Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg:
nipprovdu mekkanizmi ta' diskussjoni mas-shab socjali biex jigu
stabbiliti kriterji ta' kundizzjonijiet tax-xoghol, u ta'
applikazzjoni u infurzar ta' dawn il-kriterji
nirregolaw kuntratti ta' xoghol b'mod gust sabiex nizguraw li d-drittijiet
u l-obligazzjonijiet ta' kull minn hu involut jigu mharsa
inharsu d-drittijiet ta' impjegati li gew imkeccija mix-xoghol
taghhom
neliminaw agir diskriminatorju.
2. Relazzjonijiet Industrijali:
nipprovdu metodi ghar-rizoluzzjoni ta' tilwim industrijali u
naghmlu hilitna biex ninkoraggixxu rizoluzzjonijiet ta' dan it-tip
nzommu registru ta' trade unions u ta' assocjazzjonijiet ta'
principali.
3. Affarijiet ohra li ghandhom x'jaqsmu ma' l-impjieg:
nahdmu ma' gvernijiet u ghaqdiet ohra li ghandhom rwol fil-harsien
ta' persuni marbuta b'kuntratt tax-xoghol
inzommu kuntatti (fuq livell tekniku) ma ghaqdiet internazzjonali,
inkluzi l-ILO u l-Kunsill ta' l-Ewropa, dwar dak li ghandu x'jaqsam
ma' obligazzjonijiet internazzjonali ratifikati minn Malta fil-qasam
tax-xoghol.
Is-servizzi taghna
Biex tistaqsi jew taghmel ilment dwar kundizzjonijiet tax-xoghol
Is-Sezzjoni ta' l-Ispettorat u ta' l-Infurzar tal-ligi toffri
ghajnuna lil impjegati dwar kundizzjonijiet tax-xoghol u terminazzjoni
ta' impjieg. Jekk tixtieq tistaqsi ghal informazzjoni jew taghmel
ilment, cemplilna, ibghatilna fax jew e-mail jew ejja personalment
fis-Sezzjoni ta' l-Ispettorat u l-Infurzar tal-Ligi taghna fl-indirizz
li jidher hawn taht.
Ahna naghmlu mill-ahjar biex nirrispondu l-mistoqsijiet tieghek
minnufih, imma jista' jkun hemm bzonn li ninvestigaw il-kaz qabel ma
ntuk l-informazzjoni li jkollok bzonn. F'dawn il-kazijiet nizgurawk li
ntuk risposta shiha malajr kemm jista' jkun.
Biex taghmel claim dwar kundizzjonjiet tax-xoghol
Jekk tixtieq li d-dipartiment jaghmel claim formali f'ismek dwar xi
salarju, bonus jew hlas iehor duvut lilek, trid tigi personalment
fis-Sezzjoni ta' l-Ispettorat u l-Infurzar tal-Ligi fl-indirizz
imsemmi hawn taht. Jekk joghgbok gib mieghek id-dokumenti kollha li
jistghu jghinuna fl-investigazzjoni taghna.
Int tircievi avviz minghandna dwar l-azzjoni li ttiehdet mhux aktar
tard minn 10 ijiem tax-xoghol mid-data li tkun ghamilt il-claim u wara
ninfurmawk dwar xi zviluppi li seta' kien hemm fil-kaz tieghek mhux
iktar minn xahar wara din id-data.
Int tista' tikkuntattja s-Sezzjoni ta' l-Ispettorat u l-Infurzar
tal-Ligi kif gej:
Indirizz:
Sezzjoni ta' l-Ispettorat u l-Infurzar tal-Ligi
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg
109, Triq Melita
Valletta CMR 02
Telefon: 21224245/6, 21224209
Fax: 21232481, 21243177
E-mail: ind.emp.relations@gov.mt
Jekk tixtieq izzurna personalment, tista' taghmel dan mit-Tnejn
sal-Gimgha:
Fis-Sajf (mis-16 ta' Gunju sat-30 ta' Settembru): mit-8.00a.m. sa
nofsinhar, u
Fix-Xitwa (mill-1 t'Ottubru sal-15 ta' Gunju): mit-8.00a.m. sa
nofsinhar u mis-1.15p.m. sa l-4.00p.m.
Ahna nwieghdu li nirrispettaw il-kunfidenzjalita` ta' kull
informazzjoni li ttina. Fil-bicca l-kbira narawk fi zmien 20 minuta
meta tigi biex tinqeda mis-Sezzjoni ta' l-Ispettorat u l-Infurzar
tal-Ligi.
Biex tixtri kopji ta' l-Att li jirregola l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg
u kopji ta' l-Ordnijiet biex Jirregolaw il-Pagi
Int tista' tixtri kopji ta' l-Att li jirregola l-Kundizzjonijiet ta'
l-Impjieg u kopji aggornati ta' l-Ordnijiet biex jirregolaw il-pagi
mis-Sezzjoni ta' l-Ispettorat u l-Infurzar tal-Ligi fl-indirizz u
fil-hinijiet imsemmija hawn fuq. Il-prezzijiet huma kif gej:
Ordnijiet biex jirregolaw il-pagi
€0.58 il-wahda
Att li jirregola l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg
€2.33
Sett komplut Ordnijiet biex jirregolaw il-pagi
€11.65
Biex tapplika ghal Licenzja biex topera agenzija ta' l-impjieg jew
negozju ta' l-impjieg
Kull agenzija ta' l-impjieg trid tigi registrata kif imsemmi fl-Att
dwar is-Servizzi ta' Tahrig u Impjieg 1990 kif emendat fl-Avvizi
Legali 126 u 127 ta' l-1995, 96 ta' l-1997 u Regolamenti dwar Agenziji
ta' l-Impjieg ta' l-1995. Jekk joghgbok ikkuntattja s-Sezzjoni ta' l-Agenziji
ta' l-Impjieg bejn it-Tnejn u l-Gimgha fl-indirizz li jidher taht
"Kif tikkuntattjana" biex titlobna kopja tal-formoli ta'
applikazzjoni li jkollok bzonn.
Wara li tkun avzajtna li tixtieq topera agenzija jew negozju ta' l-impjieg
ahna nzuruk biex nivverifikaw li l-post fejn se titmexxa l-attivita`
ta' l-agenzija jew in-negozju tieghek huwa addattat u hu accessibbli
ghal persuni b'dizabilita`. Wara dan ikun jehtieg li tibghatilna l-formola
ta' l-applikazzjoni mimlija. Din tista' tiksibha mill-ufficcju taghna
jew minn fuq il-website taghna fl-indirizz
http://www.gov.mt/services/socialserv/departments/department_indust.htm
Ikollok bzonn ukoll tibghatilna cekk ta'
€349.41 pagabbli lil Id-Direttur,
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg.
Ahna nibghatulek il-licenzja biex topera agenzija ta' l-impjieg jew
negozju ta' l-impjieg fi zmien 21 gurnata mill-gurnata li nircievu l-applikazzjoni
tieghek. Inti marbut li tqieghed din il-licenzja fil-kamra fejn
jistennew in-nies.
Biex iggedded licenzja biex topera agenzija ta' l-impjieg jew
negozju ta' l-impjieg
Int trid iggedded il-licenzja tieghek kull sena. Xahar qabel ma
taghlaq il-licenzja ahna nibghatu nav/awk. Jekk joghgbok ghidilna
b'kull tibdil li jkun hemm mill-licenzja originali mhux iktar tard
minn xahar qabel ma dan it-tibdil jidhol fis-sehh. Tkun trid tibghat
cekk ta'
€349.41
pagabbli lil Id-Direttur, Dipartiment tar-Relazzjonijiet
Industrijali u ta' l-Impjieg.
Ahna nibghatulek ic-certifikat il-gdid bil-posta fi zmien jumejn
tax-xoghol flimkien ma' rcevuta ghall-ammont li tkun hallast.
Biex tirregistra trade union jew assocjazzjoni ta' principali
Kull trade union u assocjazzjoni ta' principali trid tkun
registrata mar-Registratur tat-Trade Unions. Kull organizzazzjoni ta'
dan it-tip irid ikollha mill-anqas 7 membri u tipprezenta dawn id-dokumenti
biex tigi registrata:
- statut konformi ma' l-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali,
- lista tal-membri registrati,
- kopji ta' formoli ta' shubija tal-membri, u
- formola ta' l-applikazzjoni mimlija.
Int tista' tikkuntattjana ghal kopja tal-formola ta' l-applikazzjoni
jew tistampaha minn fuq il-website taghna fl-indirizz
http://www.gov.mt/services/socialserv/departments/department_indust.htm.
Int tista' mbaghad tigi taghtina din l-applikazzjoni personalment jew
tibghata bil-posta fl-indirizz imsemmi taht "Kif tikkuntattjana".
Ahna nibghatu navzawk li nkunu rcevejna l-applikazzjoni fi zmien
tlitt ijiem tax-xoghol u c-Certifikat ta' Registrazzjoni bil-posta fi
zmien xahar, sakemm l-organizzazzjoni tieghek tkun tissodisfa l-htigijiet
imsemmija fl-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali.
Wara li tkun irregistrajt it-trade union jew l-assocjazzjoni ta'
principali mar-Registratur, int tkun trid tibghat rendikont ta' kull
sena skond kif imsemmi fl-avviz legali fil-Gazzetta tal-Gvern f'Gunju.
Dan irid jinkludi:
- n-numru ta' membri li jkollhom is-shubija mhallsa fil-31 ta'
Gunju
- d-dettalji tal-membri tal-kumitat
- kopja tar-rapport annwali
- kopji tal-kontijiet finanzjarji ta' l-organizzazzjoni tieghek
riveduti minn awditur.
Dawn jigu milqugha mir-Registratur li jzomm id-dritt li jivverifika
d-dokumenti imsemmija hawn fuq, specjalment f'kazijiet meta tkun qed
tigi investigata jekk trade union jew assocjazzjoni ta' principali
ghandhiex dritt ghal rikonoxximent bil-ligi.
Int tista' tikkonsulta r-Registru tat-Trade Unions u ta' l-Assocjazzjonijiet
ta' Principali billi tigi personalment fid-dipartiment jew billi
tidhol fil-website taghna fl-indirizz http://www.gov.mt/services/socialserv/departments/department_indust.htm
Biex tikkonsulta l-arkivji tat-Tribunal Industrijali
It-Tribunal Industrijali jikkunsidra kazijiet ta' persuna li
jallegaw li gew imkeccija ingustament u ta' tilwim industrijali. Jekk
inti tixtieq tipprezenta kaz ta' tkeccija ingusta, ikteb lill-ministru
responsabbli ghax-xoghol mhux iktar tard minn erba' xhur mid-data tat-tkeccija.
Is-Sezzjoni tat-Tribunal Industrijali ghandha arkivju tad-decizjonijiet
kollha mehuda mit-Tribunal. Dawn huma ta' interess ghal studenti li
jkunu qed jaghmlu ricerka dwar kazijiet li ghandhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijiet
tax-xoghol f'Malta. Jekk tixtieq tigi tfittex fl-arkivji personalment,
jekk joghgbok ikkuntattjana biex taghmel appuntament. Tista' wkoll
tixtri fotokopji tad-decizjonijiet ghall-prezz ta'
€0.58 l-wahda.
Jekk tixtieq iktar informazzjoni tista' tikkuntattjana fl-indirizz,
u fuq in-numri tat-telefon u indirizz ta' e-mail imnizzla taht "Kif
tikkuntattjana". Tista' wkoll tibghatilna fax fuq 223818 Ahna
nirrispondu talbiet ghal informazzjoni fuq it-telefon dak il-hin stess
u dawk li nircievu bil-posta, fax jew e-mail fi zmien sebat ijiem tax-xoghol.
Jekk ma nkunux nistghu naghtuk l-informazzjoni li titlobna dak il-hin
stess naghmlu mill-ahjar biex naghmlu dan mill-aktar fis possibbli.
L-istandards taghna
Minbarra l-istandards imsemmija hawn fuq, int ghandek tistenna li
ahna:
- nittrattawk b'kortesija u b'rispett
- navzawk li nkunu rcevejna korrispondenza bil-posta jew bil-fax
fi zmien tlitt ijiem tax-xoghol
- navzawk li nkunu rcevejna korrispondenza bl-e-mail fi zmien
jumejn tax-xoghol
- nipprovdulek servizz fil-pjan terran jekk ma' tkunx tista' titla
t-tarag sa l-ufficcji taghna fl-ewwel sular.
Biex taghmel ilment
Jekk thoss li l-livell tas-servizz taghna ma kienx dak li xtaqt int
tista' taghmel ilment mill-ewwel mal-persuna li tkun qdietek. Jekk ma
tkunx sodisfatt bl-ispjegazzjoni li tinghata, int tista' tibghat ittra
jew fax bid-dettalji ta' l-ilment tieghek lid-Direttur, Dipartiment
tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg fl-indirizz imsemmi
taht "Kif tikkuntattjana".
Ahna nibghatu navzawk li nkunu rcevejna l-ilment tieghek fi zmien
tlitt ijiem u risposta shiha fi zmien 10 ijiem mill-gurnata li nkunu
rcevejnieh.
Ghidilna x'tahseb!
Ahna nittamaw tkun sodisfatt/a bis-servizz li ssib fid-dipartiment
taghna. Jekk joghgbok ghinna intejbu l-mod ta' kif naqduk billi timla
feedback form u thalliha fil-kaxxa tas-suggerimenti jew ittiha lil xi
membru ta' l-istaff taghna.
Kif tikkuntattjana
Int tista' tikkuntattjana kif gej:
Indirizz: Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industijali u ta' l-Impjieg
121, Triq Melita
Valletta CMR 02
Malta
Tel: 21224245 / 21224246 / 21222068
Fax: 21243177
E-mail: ind.emp.relations@gov.mt
Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM
Stampat fl-iStamperija tal-Gvern
|