Quality Service Charter tas-Sezzjoni tal-Karta tal-Identitŕ
Werrej
Min ahna
Dan ic-Charter
Kif tista' tikkuntattjana
Hinijiet tal-ftuh
Informazzjoni protetta
Is-servizzi taghna
Kif tista' tghinna
Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna
Nitghallmu minghandek!
Min
ahna
Is-sezzjoni
tal-Karta tal-Identita' taghmel parti mill-Ufficcju Elettorali fi hdan
l-Ufficcju tal-Prim Ministru. Din is-sezzjoni hija mghammra b’apparat
teknologiku ta’ livell gholi sabiex nizguraw li naghtu servizz fil-pront
lil dawk il-persuni li jkollhom bzonn is-servizzi taghna. Dawk il-Maltin
kollha li japplikaw ghal Karta tal-Identita' irid ikollhom it-twelid
taghhom irregistrat mar-Registru Pubbliku. Din is-sezzjoni tista'
tipproduci certifikati tat-twelid u zwieg li jkunu rregistrati mar-Registru
Pubbliku billi taghmel uzu mill-Common Database (CdB). F'hafna mill-kazi,
Karti tal-Identita' johorgu dak inhar stess li klijent Malti jaghmel l-applikazzjoni
filwaqt li residenti Ghawdxin ghandhom jircievu l-Karta tal-Identita'
taghhom fi zmien gimgha tax-xoghol.
Dan ic-Charter
F'dan ic-Charter ghandek issib taghrif
dwar is-servizzi li noffru u l-livell ta` servizz li bi hsiebna nilhqu u
li ghandek tistenna minghandna. B'dan ic-Charter ahna qed nintrabtu li
naghtuk servizz ta` kwalita'.
Kif tista' tikkuntattjana
Is-sezzjoni tal-Karta tal-Identita'
tinsab fl-Evans Building, il-belt Valletta hdejn is-Sala tal-Konferenzi
ta` Dar il-Mediterran. Int tista' tikkuntattjana billi:
Sezzjoni tal-Karta tal-Identita'
Pjazza Sant Iermu
Valletta VLT 2000
iccempel fuq: 25583200
tibghat e-mail fuq:
electoral.office@gov.mt
tidhol fuq il-website:
www.electoral.gov.mt
Residenti Ghawdxin jistghu jaghmlu
kuntatt billi:
Sezzjoni tal-Karta tal-Identita'
28A, Pjazza San Frangisk,
Rabat VCT 2000
Ghawdex
jibaghtu e-mail fuq:
electoral.office@gov.mt
tidhol fuq il-website:
www.electoral.gov.mt
Kull meta tikkuntattjana, ghandek
tistenna li:
-
nisimghuk u nittrattawk
b'edukazzjoni u rispett
-
naghmluha facli ghal kulhadd li
juza s-servizzi taghna
-
inzommu l-informazzjoni tieghek
b'mod kunfidenzjali.
Meta tigi l-ufficcju taghna, ahna:
Meta ccemplilna, ghandek tistenna li
ahna:
Meta tibghat e-mail, ghandek tistenna
li ahna:
-
nibaghtulek avviz immedjatament
-
nibaghtu l-ewwel twegiba fi zmien
jumejn tax-xoghol minn meta tkun intbaghtet in-nota
-
nibaghtu twegiba shiha u finali fi
zmien hamest ijiem minn meta tkun intbaghtet l-ewwel twegiba meta l-ilment
tieghek jehtieg rimedju fit-tul.
Meta taghmel appuntament, ghandek
tistenna li ahna:
Hinijiet tal-Ftuh
Is-sezzjoni tal-Karta tal-Identita'
f’Malta u Ghawdex ikunu miftuhin mit-Tnejn sas-Sibt f`dawn il-hinijiet:
Mit-Tnejn sal-Gimgha bejn 7.30
am u 2.00 pm
l-Erbgha bejn 3.00 pm u 6.00 pm
is-Sibt bejn 7.30 am u 10.30 am
Avviz Importanti dwar ir-ritratt
ghall-Karta tal-Identita’
Ma jiġux aċċettati ritratti provduti
mill-applikanti. Jintużaw biss ritratti diġitali meħuda minn
dan l-Uffiċċju. Ma jittieħdux ritratti ta’ persuni libsin
flokk jew top imqaċċat biċ-ċingi jew strapless. Ilbies xieraq
huwa meħtieġ.
Informazzjoni protetta
Informazzjoni personali pprovduta hija
protetta u tintuza skond l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data 2001.
NOTA IMPORTANTI
DWAR TIGDID
1) Huma r-residenti
f’Malta u Ghawdex li ghandhom ikollhom karta tal-identita’ Maltija.
Dan ifisser li dawk li ghandhom cittadinanza Maltija izda jghixu
barra minn Malta m’humiex intitolati ghall-karta tal-identita’.
2) Il-karti
tal-identita’ kollha mahruga wara Jannar, 2002, li skadew u qed
jiskadu matul l-2010 huma legalment validi sal-31 ta’ Dicembru,
2010, permezz ta’ Avviz Legali Nru. 28 tal-2010. Dan ifisser li ma
jkunx accettat tigdid
ħlief għal min ikollu karta tal-identita’ tal-14+ jew 16+ u jagħlaq
rispettivament l-eta’ ta’ 16 jew 18-il sena jew
sakemm cittadin
Malti ma jkunx ser juza l-karta tal-identita’ minflok passaport biex
isiefer. Tibdil ta’ Karti tal-Identita’ minhabba bdil fl-indirizz u
fil-kunjom jibqghu jsiru.
Is-servizzi
taghna
Is-sezzjoni tal-Karta tal-Identita’
toffri tmien servizzi li jkopru kull settur jew sitwazzjoni partikolari,
li huma:
-
applikazzjoni ghal Karta
tal-Identita’ ghal cittadini Maltin bejn l-14 u t-18 –il sena
-
applikazzjoni ghal Karta
tal-Identita’ ghal cittadini Maltin ‘l fuq minn 18 –il sena – hlief
dawk li ghandhom nazzjonalita’ doppja
-
applikazzjoni ghal Karta
tal-Identita’ ghal cittadini Maltin li ghandhom nazzjonalita’ doppja
-
biex barranin japplikaw ghal Karta
tal-Identita’
-
tigdid tal-Karta tal-Identita’ li
tkun skadiet
-
tigdid tal-Karta tal-Identita’
ghal persuni li ma jistghux johorgu
-
bdil ta’ dettalji minn fuq il-Karta
tal-Identita’
-
tinhareg Karta tal-Identita’ gdida
f’kaz li din tintilef jew tinsteraq.
Dawn is-servizzi msemmija hawn fuq
kollha jinghataw mis-sezzjoni tal-Karta tal-Identita’ f’Ghawdex.
Applikazzjoni ghal Karta tal-Identita’
ghal cittadini Maltin bejn l-14 u t-18 il-sena
Cittadini Maltin li huma eligibbli
ghal Karta tal-identita’ ghandhom:
-
imorru personalment ghand
is-Sezzjoni tal-Karta tal-Identita’
-
jimlew formola ta’ applikazzjoni
-
jiehdu ritratt li huwa minghajr
hlas fl-ufficcju tar-ritratti
-
imorru fil-Front Office biex tigi
pprocessata u mahruga l-Karta tal-Identita’.
Jekk joghgbok gib mieghek:
Ahna:
Applikazzjoni ghal Karta tal-Identita’
ghal cittadini Maltin ‘l fuq minn 18 –il sena – minbarra dawk li
ghandhom nazzjonalita’ doppja
Cittadini Maltin li kienu jghixu barra
u li issa qed jirrisjedu f’Malta jew f’Ghawdex u jixtiequ japplikaw
ghall- Karta tal-Identita’ ghandhom jigu l-ufficcju taghna u:
Jekk joghgbok gib dawn mieghek:
-
il-passaport
-
ic-certifikat taz-zwieg jew
dokumenti tas-separazzjoni/divorzju (ghan-nisa biss) jekk iz-zwieg
sar qabel l-1975 jew jekk ma huwiex irregistrat fir-Registru
Pubbliku f'Malta
-
in-numru tal-Karta ta’ l-Identita’
ta’ missierek jew id-data tat-twelid tieghu
-
ic-certifikat ta’ rinunzja ta’ xi
nazzjonalita’ ohra jekk inti ma tkunx intitolat ghal nazzjonalita’
doppja.
Ahna:
Applikazzjoni ghal Karta tal-Identita’
ghal cittadini Maltin li ghandhom nazzjonalita’ doppja
Dawk il-persuni kollha li huma
cittadini Maltin li qed jghixu fil-gzejjer Maltin u li ghandhom
nazzjonalita’ doppja ghandhom japplikaw ghal Karta tal-Identita’. Inti
ghandek tigi l-ufficcju u:
Jekk joghgbok gib dawn mieghek:
-
il-Karta tal-Identita’ l-qadima
(jekk ghandek)
-
ic-certifikat Malti ta’
registrazzjoni jew ic-certifikat ta’ nazzjonalita’ doppja
-
il-passaport/i tieghek.
-
ic-certifikat taz-zwieg jew
dokumenti tas-separazzjoni/divorzju (ghan-nisa biss) jekk iz-zwieg
sar qabel l-1975 jew jekk ma huwiex irregistrat fir-Registru
Pubbliku f'Malta
Ahna:
Biex barranin japplikaw jew biex
igeddu l-Karta tal-Identita’
Ic-cittadini tal-Unjoni Ewropeja li
huma residenti f’Malta, u dawk ic-cittadini li mhumiex cittadini
tal-Unjoni Ewropeja u li ghandhom permess ta’ residenza, permess biex
jahdmu u permess ta’ ‘liberta’ ta’ moviment’ iridu japplikaw ghal Karta
tal-Identita’. Inti ghandek tigi l-ufficcju u:
Jekk joghgbok gib mieghek:
-
il-passaport jew karta
tal-Identita’ barranija. Fil-passaport tal-persuni li mhumiex
ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jrid ikun hemm “sticker” validu
tal-permess tar-residenza jew tax-xogħol li ma jkunx ser jiskadi
minn tal-anqas sa tliet xhur minn meta tigi l-ufficcju.
-
ic-certifikat originali taz-zwieg jew dokumenti
tas-separazzjoni/divorzju tieghek jekk inti mara mizzewga (jekk dawn
għad mhumiex irreġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta).
Ahna:
-
niccekjaw dak kollu mehtieg
imbaghad inti tircievi ittra mis-sezzjoni fi zmien 14 –il gurnata
minn meta tkun ghamilt l-applikazzjoni fl-ufficcju taghna. Fl-ittra
nghidulek li l-Karta tal-Identita’ tista’ tinhareg u tkun tista’
tigborha matul il-hinijiet ta’ l-ufficcju. Kull ma trid taghmel huwa
li ggib l-ittra, il-passaport jew il-Karta tal-Identita’
-
jekk ikun hemm xi diffikultajiet
ahna naghmlu kuntatt mieghek bit-telefon jew b’ittra fi zmien 14 –il
gurnata kif inhu stipulat
-
niccekjaw li l-Karta tal-Identita’
jinhargu "For Use In Mata Only" u " Not Valid for travel". Dan
ifisser li din il-Karta tal-Identita’ ma tistax tintuza biex
issiefer biha ghax l-iskop taghha hi biss ta' identifikazzjoni
fil-Gzejjer Maltin.
Tigdid tal-Karta tal-Identita’ li tkun
skadiet
Tigdid tal-Karta tal-Identita’ jista’
jsir f’dawn il-kazi:
-
persuni li jkunu applikaw ghal
Karta tal-Identita’ meta kellhom 14 –il sena u issa ghandhom l-eta’
ta’ 16 –il sena
-
persuni li jkunu geddew il-Karta
tal-Identita’ meta kellhom 16 –il sena u issa ghandhom l-eta’ ta’ 18
–il sena
-
persuni li tkun skaditilhom
il-Karta tal-Identita’(jekk jogħġbok aqra n-Nota Importanti Dwar
Tiġdid li hemm aktar ‘l fuq)
Dawn kollha t’hawn fuq ghandhom jigu
l-ufficcju u:
Jekk joghgbok gib mieghek:
Ahna:
Tigdid tal-Karta tal-Identita’ ghal
persuni li ma jistghux johorgu
Dawk il-persuni kollha li ma jistghux
johorgu u dawk li jghixu fi djar residenzjali u sptarijiet minhabba
l-eta’ taghhom u/jew minhabba dizabilita’ ma ghandhomx il-bzonn li jigu
l-ufficcju taghna personalment biex igeddu l-Karta tal-Identita’. Kull
ma ghandhom jaghmlu hu li jaghmlu kuntatt maghna bit-telephone jew
jibaghtulna email u ahna:
Meta inti ccempel biex wiehed
mir-rapprezentati taghna jigi ghandek biex tiehu r-ritratt ahna:
Ahna:
Bdil ta’ dettalji minn fuq il-Karta
tal-Identita’
Il-Karta tal-Identita’ trid tinbidel
f’dawn il-kazi:
-
bdil ta’ indirizz
-
xi korrezzjoni fl-isem, data u
post ta’ twelid
-
bdil tal-kunjom minhabba zwieg,
separazzjoni,
divorzju jew annullament.
Inti ghandek tigi l-ufficcju u:
Jekk joghgbok gib dawn mieghek:
Ahna:
Hrug ta’ Karta tal-Identita’ gdida
f’kaz li din tintilef jew tinsteraq
Kull meta Karta tal-Identita’ tintilef
jew tinsteraq il-persuna ghandha taghmel rapport fl-ghassa tal-Pulizija
tad-Distrett.
Inti ghandek:
-
tigi l-ufficcju b’kopja
tar-rapport tal-Pulizija, u b’dokument ufficcjali iehor li jkun
bir-ritratt u bl-isem u l-kunjom bhal ma hu l-passaport, il-licenzja
tas-sewqan jew il-kartanzjan. (il-barranin iridu jġibu l-passaport
jew il-karta tal-identita’ barranija)
-
tiehu gurament quddiem il-Pulizija
li jkun xoghol fl-ufficcju taghna
-
thallas €3.49
ghall-ispejjez
-
timla formola tal-applikazzjoni
-
tiehu ritratt li huwa minghajr
hlas fl-ufficcju tar-ritratti
-
meta inti tmur l-ghassa
tal-Pulizija tad-Distrett tirraporta telf jew serq tal-Karta
tal-Identita’ hu mieghek dokument ufficjali (bir-ritratt) iehor ta’ identita’. Ghandek tara
li tinghata certifikat li jikkonferma r-rapport.
Ahna:
-
nohorgu l-Karta tal-Identita’
fl-istess gurnata li l-klijent ikun ghamel l-applikazzjoni,
sakemm ikollu r-rekwisiti kollha mehtiega.
Izda f’kaz ta’ dubju fuq identita’ u fil-kazi kollha fejn ma jkun
ngieb l-ebda dokument iehor kif spjegat aktar ‘l fuq, il-karta
tal-identita’ tinhareg l-ghada.
Kif tista' tghinna
Ahna nistghu naghtuk servizz ahjar
jekk inti tghinna billi:
-
tkun edukat/a u tikkopera ma`
l-istaff taghna
-
tipprovdilna informazzjoni
korretta u aggornata meta tkun qed timla' l-formola
tal-applikazzjoni
-
tipprovdilna informazzjoni u
dokumenti mehtiega meta ahna nistaqsu ghalihom
-
tevita milli tigi fl-ufficcju
taghna jekk ghandek 'l fuq minn 18-il sena matul il-vaganzi ta`
l-iskola (hlief fis-sajf) minhabba n-numru kbir ta` studenti li
jkollna.
Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna
Hu importanti ghalina li tkun
sodisfatt/a bis-servizz taghna. Ahna naraw l-ilmenti kollha li jaslulna
u nippruvaw intejbu s-servizz taghna. Jekk inti tahseb li ahna nqasna
milli nzommu ma` l-istandards tas-servizzi li noffru, inti tista'
taghmel ilment dwar dan. Inti tista' tikteb f'dan l-indirizz:
Id-Direttur
Sezzjoni tal-Karta tal-Identita'
Ufficcju Elettorali
Evans Building
Pjazza Sant Iermu
Valletta VLT 2000
Ghandek tircievi nota fi zmien jumejn
xoghol minn meta nkunu rcevejna l-ittra tieghek u risposta shiha fi
zmien ghaxart ijiem tax-xoghol minn meta n-nota tkun intbaghtet.
Nitghallmu minghandek!
Ahna kontinwament naghmlu hilitna biex
nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk
nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista' jghinna ntejbu s-servizz
taghna. Jekk joghgbok, aghtina l-kummenti u s-suggerimenti tieghek billi
timla l-Feedback form li hawn ma’ dan ic-Charter u thallihielna
fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghamilna fl-ufficcju jew wahhal bolla u
ibghatha fl-ufficcju taghna.
Tista' taghmel
l-ilment tieghek billi tidhol fuq is-sit
www.servizz.gov.mt
u tuza s-sistema tal-Customer Care.
Kull informazzjoni f'dan il-fuljett
hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Informazzjoni aggornata tinsab
fuq il-website tac-Charter Support Unit.
Settembru 2009
Ippubblikat mic-Charter Support Unit,
OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampar, Stamperija tal-Gvern |