| Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Sahha
Werrej
Dan
ic-Charter
Min ahna
Kif
tista' tikkuntattjana
Hinijiet
tal-ftuh
L-Impenn
taghna
Kif
tista' tghinna
X'naghmlu
Is-servizzi
taghna
Jekk
m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna
Nitghallmu
minghandek
Dan
ic-Charter
Dan ic-Charter juri
kif ahna behsiebna nipprovdu l-livell ta’ servizzi u jghidlek
x'ghandek tistenna minna. Jghidlek ukoll x'ghandek taghmel jekk int
trid li s-servizz taghna jitbiddel jew jitjieb. Ahna regolarment
niccekkjaw u nippruvaw intejbu s-servizzi taghna skond l-istandards
tal-Quality Service Charter. B'dan ic-Charter, ahna qed nintrabtu li
naghtu servizz ta' kwalita`.
Min
ahna
Id-Dipartiment
ghall-Promozzjoni tas-Sahha jahdem biex jghin lill-poplu Malti jiehu
hsieb sahhtu u jevita mard li jista' jigi skansat.
Nippruvaw naghmlu
dan billi:
- inkabbru t-taghlim, l-attitudnijiet,
it-twemmin u l-valuri li jharsu s-sahha ta' l-individwu
- niffacilitaw mgieba sana billi
nseddqu kapacitajiet personali, nippromwovu tibdil ambjentali u
niddefendu policies ta' mod ta' hajja li jiffavorixxu s-sahha
- nghinu biex tigi adottata mgieba
sana billi nindirizzaw mill-gdid servizzi ezistenti.
Dan ix-xoghol isir
principalment f'ambjenti fejn in-nies jghixu, jitghallmu, jahdmu u
jqattghu l-hin liberu taghhom. Hafna drabi dawn l-ambjenti huma dawk
tal-familja, ta' l-iskola u tal-post tax-xoghol, fejn insibu l-firxa
shiha tal-popolazzjoni.
Kif
tista' tikkuntattjana
Id-Dipartiment
ghall-Promozzjoni tas-Sahha jinsab il-Floriana. Tista' tikkuntattjana
billi:
Dipartiment
ghall-Promozzjoni tas-Sahha
1 Telgha
tal-Kurcifiss
Floriana CMR 02
Tista' wkoll
tikkuntattjana jew tigi personalment f'dan l-indirizz:
Centru Taghrif dwar
Sahhtek
15 Triq Merkanti
Valletta CMR 01
Tel: 22 992 579
Minbarra dan,
website ohra dwar Sahha f'Malta tittella' mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni
fuq is-Sahha. Din fiha firxa kbira ta' informazzjoni sew fuq sahhet
il-pubbliku Malti u sew fuq servizzi tas-sahha tal-Gvern. Issib din il-website
f'dan l-indirizz: http://www.health.gov.mt.
Hinijiet
tal-ftuh
Ahna nkunu miftuhin
ghall-pubbliku f'dawn il-hinijiet:
Floriana: mit-Tnejn
sal-Gimgha
mis-7.30 a.m.
sat-3.30 p.m.
Valletta: mit-Tnejn
sal-Gimgha
mis-7.30 a.m.
sas-1.30 p.m.
Is-Sibt
mis-7.30 a.m.
sas-1.00 p.m.
L-Impenn
taghna
Meta tikkuntattjana
jew tigi l-ufficcju taghna, minghandna ghandek tistenna li:
- nittrattawk b'kortesija u rispett
- nzommu kull informazzjoni li
tghaddilna f'kunfidenzjalita` stretta
- nirrispondu ghat-talbiet tieghek
fl-iqsar zmien possibli
- nispjegaw b'mod car id-dettalji
li ghandna bzonn minghandek biex tghinna nissodisfaw il-bzonnijiet
tieghek ghall-informazzjoni
- nwiegbu l-korrispondenza fuq
mistoqsijiet generali fi zmien hamest ijiem
- nwiegbu telefonati malajr u
nqabbduk ma' membru ta' l-istaff ikkwalifikat/a biex iwiegeb/twiegeb
il-mistoqsijiet tieghek F'xi kazi nistghu nitolbuk tibghatilna
talba bil-miktub
- naraw li meta tigi ghal
appuntament fl-ufficcju taghna ma ddumx tistenna aktar minn 10
minuti
- nzommu l-ufficcju taghna nadif u
li jilqghek
- nwiegbu ghal e-mail li taslilna
fi zmien gurnata tax-xoghol jekk ikollna t-taghrif necessarju
- nizguraw li l-korrispondenza
kollha taghna jkollha isem, numru tat-telefon u ndirizz ta' e-mail
ta' persuna li tkun tista' tghinek
- ninfurmawk jekk se jkun hemm
dewmien biex naghtuk is-servizz jew informazzjoni li tlabt.
Kif
tista' tghinna
Tista' tghinna
naghtuk servizz ahjar billi:
- timla b'mod car il-formoli kollha
ta' applikazzjoni
- tgharrafna mill-ewwel jekk
ghandek xi diffikulta` bis-servizz taghna
- tkun edukat u tikkopera ma' l-istaff
taghna.
X'naghmlu
Id-Dipartiment
jahdem permezz ta':
- edukazzjoni permezz tal-mezzi ta'
komunikazzjoni tal-massa u diversi kampanji nazzjonali li jkopru
temi li ghandhom x'jaqsmu mas-sahha bhal nutriment u igjene ta' l-ikel,
tipjip, attivita` fizika, prevenzjoni ta' incidenti,
infezzjonijiet mghoddija permezz tas-sess inkluz HIV u AIDS,
materjal dwar is-sahha tal-mara, stress u sahha mentali
- pubblikazzjonijiet u materjal ta'
taghlim maghmul mid-Dipartiment bhala parti minn kampanja
edukattiva. Dawn jistghu jingabru mic-Centru Taghrif Dwar Sahhtek,
Triq Merkanti, Valletta (tel. 2299 2579) jew bil-posta.
- provvista ta' servizzi ta'
ghajnuna, bhal dawn li gejjin, lil persuni li jixtiequ jadottaw
drawwiet izjed sani.
Is-servizzi
taghna
Informazzjoni bit-telefon
Id-Dipartiment
jipprovdi lill-pubbliku in generali informazzjoni dwar certi suggetti
li ghandhom x'jaqsmu mas-sahha bhal waqfien mit-tipjip u tipjip passiv
(tel 21 231 247), nutriment (Tel 21 242 862) u mard mghoddi
sesswalment (Tel 21 231 247 jew 21 231 466). Tista' tibqa' anonimu.
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mid-Dipartiment billi taghmel
appuntament jew billi tmur fic-centri apposta.
Servizz dwar
infezzjonijiet mghoddija sesswalment
Din il-klinika
tista' taghraf u tikkura infezzjonijiet mghoddija sesswalment (STIs)
waqt li tiggarantixxi kunfidenzjalita` assoluta. Tista' ccempel ghal
appuntament (m'hemmx bzonn ta' nota mit-tabib li jibaghtek) fl-iSptar
Boffa fuq tel 21 227 981 jew id-Dipartiment ghall-Promozzjoni
tas-Sahha fuq 21 231 466.
Pariri fuq l-HIV
Dan is-servizz
jinghata minn nies voluntiera u huwa disponibbli ghal dawk li
jitolbuh.Persuni affettwati direttament jew indirettament bl-HIV
jistghu jinghataw pariri personalment mid-Dipartiment. Ammont limitat
ta' counselling qabel u wara t-testijiet ta' l-HIV isir fid-Dipartiment.
Waqt il-hinijiet tax-xoghol hemm helpline kunfidenzjali fuq in-numru
21 231 466.
Id-Dipartiment u
l-Caritas ukoll imexxu servizz ta' counselling maghruf bhala
Xefaq. Tista' titlob dan is-servizz billi ccempel 21 245 358
(Caritas).
Ghajnuna ghal
organizzazzjonijiet mhux governattivi u gruppi self-help
Id-Dipartiment
jipprovdi ghajnuna lil organizzazzjonijiet mhux governattivi u gruppi
ta' self-help li jahdmu fil-qasam tas-sahha.
Klinici biex tieqaf
tpejjep
Inheggu lil dawk li
jridu jaqtghu t-tipjip biex japplikaw ghal dawn is-sessjonijiet, li
bhalissa qeghdin isiru f'hames Centri tas-Sahha. Dawn il-klinici
jitmexxew bla hlas. Helpline bit-telefon tithaddem matul
il-hinijiet ta' l-ufficcju fuq 21 231 247. Int tista' tapplika fuq
il-formola ta' l-applikazzjonijiet li tinkiseb mic-Centri tas-Sahha u
mic-Centru Taghrif dwar Sahhtek. Fi zmien xahar tircievi konferma ta'
l-appuntament tieghek.
Klinici biex tnaqqas
il-piz
Persuni b'piz zejjed
li jridu jonqsu u ghandhom bzonn ghajnuna professjonali jistghu
japplikaw biex jibdew jigu ghal dawn is-sessjonijiet ta' gruppi li
huma koordinati minn professjonisti kwalifikati. Mit-Tnejn sal-Gimgha
bejn it-8.00 a.m. u t-3.00 p.m. issib helpline fuq in-numru 21
242 862. L-applikazzjonijiet ikunu jistghu jinkisbu mic-Centru Taghrif
dwar Sahhtek skond il-programm imhejji mid-dipartiment. L-appuntament
tieghek jigi konfermat fi zmien xahar. Dawn is-sessjonijiet isiru
b'xejn.
Jekk
m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna
Hu importanti li
tkun sodisfatt/a bis-servizzi taghna. Jekk tahseb li ahna b'xi mod
inqasna milli naghtuk il-livell ta' servizz li ahna weghidnik int
tista' taghmel ilment. Ahna naraw l-ilmenti kollha ghaliex dawn
jghinuna biex intejbu s-servizzi taghna u ghaliex is-sodisfazzjon
tieghek hu essenzjali ghalina.
Jekk trid taghmel xi
lment, l-ahjar li l-ewwel tkellem lill-persuna li tkun ghenitek. Jekk
inti ma tkunx sodisfatt/a bir-rizultat tista' tigi jew tikteb lill-Customer
Care Unit f'dan l-indirizz:
Dipartiment
ghall-Promozzjoni tas-Sahha
1 Telgha
tal-Kurcifiss
Floriana CMR 02
Fi zmien tlett ijiem
minn meta nkunu rcevejna l-ilment tieghek, ghandek tircievi nota
minghandna li turi li l-ilment wasal. Twegiba shiha, imbaghad,
tirceviha fi zmien gimghatejn tax-xoghol minn mindu tkun ircevejt l-avviz.
Nitghallmu
minghandek
Ahna kontinwament
qed naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet
tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista'
jghinna ntejbu s-servizz taghna. Jekk joghgbok, aghtina l-kummenti
tieghek billi timla Feedback Form u thallihielna fil-kaxxa
tas-suggerimenti li ghamilna apposta fir-reception area.
Kull informazzjoni
f'dan il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa.
Informazzjoni aggornata tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit
u fuq il-website tad-Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Sahha.
Stampat April 2000
Marzu 2003
Ippublikat mic-Charter
Support Unit, OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampar, Stamperija
tal-Gvern
|