Quality Service Charter tal-Librerija
Pubblika ta Ghawdex
Werrej
Introduzzjoni
Kif
tinqeda bis-servizzi taghna
Il-hjinijiet
tal-ftuh
Is-servizzi
taghna
Servizz ta riferenza
Servizz ta
internet u uzu ta materjal awdjo-viziv
Sessjonijiet Nghidu Storja
Zjajjar fil-librerija
Wirjiet
Kif
tista tikkuntattjana
Aghtina
l-feedback tieghek
Introduzzjoni
Fil-Librerija Pubblika ta Ghawdex
ghandna kollezzjoni estensiva ta xoghlijiet ta riferenza. Ahna nigbru u niehdu
hsieb il-pubblikazzjonijiet, il-kotba, il-perjodici u l-gazzetti kollha li johrogu f'Malta
u Ghawdex. Ghandna wkoll kollezzjoni ta kotba u pubblikazzjonijiet ohra li gew
ippublikati barra minn Malta.
Ahna nhossuna kburin b'mod partikulari
bil-kollezzjoni taghna tal-Melitensia. Fil-librerija taghna ghandek issib ix-xogholijiet
kollha li gew ippublikati fil-gzejjer Maltin
mill-1925 'il hawn, kif ukoll xi xoghlijiet ohra aktar bikrija. Ghandna wkoll gabra
ta tezijiet u dissertazzjonijiet ta studenti Ghawdxin.
Kif Tinqeda bis-Servizzi Taghna
Fil-librerija taghna ghandek issib staff
ta l-affari tieghu, imharreg sewwa u li jilqghek u li huwa lest li jghinek
fil-htigijiet tieghek biex taghmel ricerka jew tikseb xi taghrif.
It-tabella ta l-avvizi
fil-librerija taghna zzommok infurmat dwar l-attivitajiet taghna. Nipprovdu wkoll taghrif
dwar opportunitajiet ta impjiegi u dwar korsijiet ta tahrig li jigu mnedija
fMalta u Ghawdex.
M'ghandekx bzonn biljett ta shubija
biex tinqeda bis-servizzi taghna. Tista tinqeda bil-materjal kollu ta
riferenza minghajr ebda hlas.
Il-Hinijiet
tal-ftuh
Il-hinijiet tal-ftuh taghna
huma:
·
Mit-Tnejn sal-Gimgha mis-7.30
a. m. sas-1.30 p. m.
·
Is-Sibt mis-7.30 a. m. sas-1.00
p. m.
·
L-Erbgha mis-2.00 p. m.
sas-6.00 p. m. (Bejn l-1 ta Ottubru u l-31 ta Mejju).
Tista wkoll tikkuntattjana
kif gej:
Librerija Pubblika ta Ghawdex
Triq Vajringa
Victoria VCT 105
Ghawdex
Is-Servizzi
Taghna
Ahna nipprovdu dawn
is-servizzi:
·
Servizz ta Riferenza
Tista tinqeda bil-katalgu elettroniku
taghna biex issib il-materjal li tehtieg. Itlob ghal fuljett dwar kif tuza s-sistema. Jekk
ma tistax issib l-informazzjoni li trid, jew tehtieg min imexxik fir-ricerka tieghek,
tista titlob lill-membri ta l-istaff taghna fir-reception biex
jghinuk.
Kull tliet xhur nohorgu lista tal-kotba li
nkunu akkwistajna ghal-librerija. Itlob kopja lill-istaff fir-reception. Jista wkoll
ikollok access ghall-materjal disponibbli fil-libreriji pubblici varji madwar Malta u
Ghawdex permezz tal-katalgu elettroniku.
Jekk
id-dokument li tkun trid jista
jinkiseb biss mill-Bibljoteka Nazzjonali ta Malta, ingibulek kopja fuq microfilm.
Naghmlu kuntatt mal-Bibljoteka dak in-nhar stess li taghmel it-talba.
Noffru wkoll sistema ta self ta
kotba bejn librerija u ohra permezz ta l-Universita ta Malta. Jekk tkun
trid ktieb mill-Universitą, mur ghand tar-reception u aghmel it-talba tieghek billi timla
l-biljett li jinghatalek. Aghtih lill-istaff taghna fir-reception u ahna nghaddu t-talba
tieghek lill-Universitą fi zmien gurnata tax-xoghol. Nibaghtu ngharrfuk li l-materjal
wasal fi zmien gurnata tax-xoghol minn meta
nircevuh mill-Universitą.
Nistghu wkoll nfittxu materjal li jkollu
x'jaqsam mal-progett jew ir-ricerka tieghek. Kellimna gurnata tax-xoghol
minn qabel biex
tghidilna xi jkollok bzonn. Nigbrulek u nhejjulek il-materjal rilevanti kollu li nkunu
sibna.
Tista titlobna fotokopji ta
kwalunkwe materjal. Trid timla formola u tircevi l-kopji dik il-gurnata stess. Ikollok
thallas €0.14i l folja ghal fotokopji ta manuskritti jew gazzetti u €0.12 l folja ghal fotokopji ta kotba jew perjodici.
·
Servizz
ta' Internet u uzu ta materjal awdjo-viziv
Fil-librerija taghna noffru servizzi
ta Internet. Tista taghmel uzu minn dan is-servizz fil hinijiet tal-ftuh
taghna. Nissuggerixxu li tibbukkja gurnata qabel.
Ghandek issib ukoll materjal awdjo-viziv.
Ghandna video-tapes u CD-ROMs li tista tuza skond il-htiega. Ibbukkja 3 ijiem
qabel biex ma tohrogx disappuntat. Jekk trid tista tibbukkja
bit-telefon.
·
Sessjonijiet
Nghidu Storja
Ahna norganizzaw sessjonijiet Nghidu
Storja bil-ghan li nsahhu d-drawwa tal-qari fit-tfal minn eta zghira. Dawn
is-sessjonijiet isiru bejn Ottubru u Mejju kull nhar ta Erbgha mill-4.00 p. m.
sal-5.00 p. m.
Tfal bejn it-tmienja u l-hdax-il sena huma
mistiedna li jattendu.
·
Zjajjar
fil-librerija
Ahna ninkoraggixxu lill-iskejjel biex
jorganizzaw zjajjar fil-librerija taghna. Dawk kollha li jzuruna ghall-ewwel darba
jittiehdu fuq dawra zghira mal-librerija.
·
Wirjiet
Minn zmien ghal zmien intellghu wirjiet fuq
temi varji li jinkludu xoghljiet ta awturi Maltin. Ninfurmawk dwar dawn il-wirjiet
permezz tal-media u b'kartelluni li jitwahhlu fl-iskejjel, Dipartimenti tal-Gvern u fuq
it-tabella ta l-Avvizi fil-librerija stess.
Kif Tista Tghinna
Inti tista tghinna
billi:
-
tuza l-materjal tal-librerija
battenzjoni
-
tirritorna l-materjal
tal-librerija kollu li tkun issellift fil-hin
-
thalli xi basktijiet li jkollok
fir-reception
-
zzomm is-skiet fil-librerija
-
thalli l-materjal kollu li tkun
uzajt ma l-istaff fir-reception qabel ma titlaq
-
tkun gentili ma l-istaff
taghna.
Aghtina l-Feedback Tieghek
L-istaff taghna jixtieq jisma xi
kummenti jew proposti li jista jkollok. Jekk
ikollok xi suggerimenti dwar xiri ta kotba godda, ghidilna bihom. Ahna nilqghu
s-suggerimenti kollha u ngharrfuk bir-rizultat fil-pront.
Is-sodisfazzjon shih tieghek huwa essenzjali
ghalina. Ahna niflu l-ilmenti kollha ghaliex jghinuna ntejbu s-servizz taghna. Jekk tkun
trid tressaq ilment, jekk joghgbok kellem lill-istaff taghna jew imla l-Feedback Form mehmuza ma dan
ic-Charter. Tista wkoll iccempel jew tibghatilna ittra, fax jew e-mail.
Nibaghtu ngharrfuk li nkunu rcivejna
l-ilment tieghek fil-pront u jkollok twegiba shiha fi zmien 3 ijiem tax-xoghol.
Inti
tista' taghmel l-ilment tieghek, suggeriment jew tistaqsi mistoqsija
billi taghmel access ghas-Sistema tal-Customer Care fuq www.servizz.gov.mt
Kull
informazzjoni f'dan il-fuljett hija korretta sakemm morna
ghall-istampa. Izjed informazzjoni tinsab fuq il-website tac-Charter
Support Unit.
L-ewwel
pubblikazzjoni Lulju 1999
Novembru
2003 |