Quality  Service Charter tat-Taqsima tat-Toroq – Ghawdex

Introduzzjoni

Is-servizzi taghna

L-istandards taghna

Il-feedback tieghek

Introduzzjoni

Fit-Taqsima tat-Toroq ta’ Ghawdex nimmiraw lejn l-oghla livelli possibbli kull meta nigu biex nibnu jew nirrangaw xi triq principali.  Ahna naghmlu l-ahjar taghna biex nizguraw li t-toroq ewlenin ta’ Ghawdex ikunu lixxi, neqsin mill-periklu, imdawwla sew u mizmuma tajjeb.

Is-Servizzi Taghna

It-Taqsima tat-Toroq tiehu hsieb:

·         Il-manutenzjoni  tat-toroq, li tinkludi xoghol ta’ patching, resurfacing u bini mill-gdid kif ukoll tiswija ta’ potholes u ta’ hsarat ohra fl-ucuh  tat-toroq u tal-bankini

·         Il-manutenzjoni strutturali tas-central strips u r-roundabouts

·         It-tiswija ta’ hitan tas-sejjieh tal-Gvern fit-toroq principali

·         It-twahhil u l-manutenzjoni ta’ sinjali tat-toroq u road markings fit-toroq kollha (dan ix-xoghol isir ukoll fuq toroq sekondarji fuq talba tal-Kunsilli Lokali)

·         l-ghoti  ta’ ismijiet lir-roundabouts principali sabiex iservu ta’ landmarks

·         l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ dawl dekorattiv fit-toroq principali.

L-iStandards Taghna

Il-haddiema taghna jispezzjonaw regolarment it-toroq principali kollha u d-dwal li jkun fihom.  Jekk ahna nonqsu milli naghmlu dan f’xi wahda mit-toroq ta’ Ghawdex, jekk joghgbok, gharrafna minnufih. Ikkuntattjana jekk tinduna b’xi hsara jew xi periklu iehor fit-triq.

Ahna nibaghtu lil xi hadd mill-haddiema taghna sabiex jara xi tkun il-problema u niehdu hsieb li nsewwu l-hsara fi zmien 48 siegha.  Jekk il-hsara tkun konsiderevoli, hemm mnejn ix-xoghol idum izjed.  Jekk trid, tista’ ccemplilna biex naghtuk stima ta’ kemm ghandu jdum biex jitlesta x-xoghol.

Tista’ wkoll tirraporta xi hsara fid-dawl gewwa triq principali.  Ahna nghaddu t-talba tieghek lill-Korporazzjoni ta’ l-Enemalta u niehdu hsieb li tittiehed azzjoni fuqha.

Meta nkunu se nibdew xi xoghol estensiv f’xi triq, ahna niehdu hsieb li ninfurmaw lil dawk ir-residenti li jkunu joqghodu fl-inhawi minn qabel permezz ta’ sinjali, avvizi fuq in-notice board tal-Kunsill Lokali u fejn ikun possibbli, nibaghtu wkoll avvizi bil-posta lir-residenti.  Ahna npoggu sinjali cari f’postijiet prominenti, li jkunu jinkludu l-isem tal-progett, in-numri tat-telefon taghna, l-isem u n-numru tat-telefon tal-kuntrattur kif ukoll id-data ta’ meta x-xoghol ghandu jitlesta.  Fuq kollox, ahna naghmlu l-ahjar taghna biex innaqqsu kemm jista’ jkun l-inkonvenjenza lir-residenti u biex inlestu xoghlna saz-zmien miftiehem.

Il-Feedback Tieghek

Ahna nilqghu kull kumment, suggeriment, jew ilment li jista’ jkollok ghaliex dawn jghinuna biex intejbu s-servizz taghna.  Tista’ taghtina l-feedback tieghek billi:

  • ·     tikkuntattja l-officer-in-charge gewwa x-Xewkija Mustering Site, Triq is-Sannat, Xewkija fuq 21 556422 ext. 145

  • ·     tikkuntattja l-officer-in-charge gewwa t-Taqsima tat-Toroq, Works Branch, By the Bastion Road, Victoria fuq 21 554040 jew 21 556422

Tista’ wkoll tasal wasla sa l-ufficcji taghna mit-Tnejn sal-Gimgha f’dawn il-hinijiet:

  • ·     mis-7.00 a.m. sal-12.15 p.m. u mis-1.15 p.m. sal-4.30 p.m. (bejn l-1 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Gunju)

  • ·     mis-6.30 a.m. sas-1.30 p.m. (bejn is-16 ta’ Gunju u t-30 ta’ Settembru)

 Jekk int ressaqt ilment ahna niehdu hsieb naghtuk risposta bil-miktub fi zmien 4 granet tax-xoghol.  Jekk ma tkunx sodisfatt bir-risposta, tista’ tirreferi l-kaz tieghek lid-:

Direttur

Dipartiment tal-Progetti u Zvilupp

Pjazza San Frangisk

Victoria, Ghawdex

 Tel. no.: 21 561482

 Fax. no.: 21 556472 

                                                                                                                                    Lulju 1999