Kunsill Sportiv Ghawdex Quality Service Charter

Werrej

Min ahna

Dan ic-Charter

Kif tista' tikkuntattjana

Hinijiet tal-ftuh

Kif tista tissieheb

Hlas ta' shubija

Is-servizzi li noffru

Servizz ta' ibbukjar

Servizz ta' hostel

Kif tista tghinna

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Nitghallmu minghandek!

 

Min ahna

Fil-Kumpless Sportiv Ghawdex, ahna nippruvaw nilhqu l-oghla livell f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ attivitajiet sportivi, opportunitajiet ta’ kwalita` fl-isports u nippromwovu hajja aktar b’sahhita. Ahna nassiguraw ukoll li inti tgawdi minn opportunitajiet ugwali fl-isport, ikollok access ghal kull forma ta’ sport u rikreazzjoni attiva, u tiehu sehem f’esperjenzi socjali pozittivi. Il-weghda taghna hi li nservu l-membri kollha tal-kommunita` billi nipprovdu facilitajiet sportivi. Ahna kontinwament inkunu involuti ma’ Assocjazzjonijiet Sportivi lokali biex intejbu l-abilitajiet u l-kompetenza ta’ l-atleti lokali.

Dan ic-Charter

F’dan ic-Charter ghandek issib taghrif dwar is-servizzi u facilitajiet sportivi li noffru u l-livell ta’ servizz li behsiebna nilhqu u li ghandek tistenna minghandna. Jghidlek ukoll x’ghandek taghmel jekk inti tkun trid li s-servizz taghna jinbidel jew jitjieb. Ahna regolarment niccekkjaw u nfittxu li ntejbu l-kwalita` ta’ servizz ghall-klijenti taghna skond l-istandards tal-Quality Service Charter. B’dan ic-Charter ahna qed nintrabtu li naghtuk servizz ta’ kwalita`.

 

Kif tista’ tikkuntattjana

Tista’ taghmel kuntatt maghna billi:

  • tigi personalment jew tikteb f’dan l-indirizz:

Kumpless Sportiv Ghawdex

Triq l-Ewropa

Victoria

Ghawdex VCT 103

Meta tigi fil-Kumpless Sportiv Ghawdex, ghandek tistenna li:

  • naqduk fil-pront, b’edukazzjoni u b’rispett
  • nilqghuk f’ambjent nadif , komdu u attrezzat.

Meta ccemplilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nirrisponduk fil-pront
  • nghidulek isimna u l-grad taghna.

Meta tiktbilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nibaghtu nota fi zmien gurnata tax-xoghol
  • nibaghtu nota fi zmien jumejn tax-xoghol dwar korrispondenza ohra li nircievu.

Meta nipprovdu informazzjoni u meta tissellef materjal mill-Librerija tal-Kumpless Sportiv ghandek tistenna li ahna:

  • naghtuk l-aktar informazzjoni aggornata u korretta
  • naghtuk twegiba shiha u preciza kemm jista’ jkun
  • nipprovdulek informazzjoni stampata dwar l-iskeda ta’ Attivitajiet Sportivi kif ukoll l-Istandards dwar l-Imgieba mir-reception.

Ahna noffru wkoll servizz ta’ pay phone u vending machines.

 

Hinijiet tal-Ftuh

Ahna nkunu miftuhin mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 ta’ filghodu sad-9.00 ta’ filghaxija. Is-Sibt, inkunu miftuhin bejn it-8.00 ta’ filghodu u s-6.00 ta’ filghaxija.

Fil-Hdud u festi pubblici, ahna nkunu miftuhin mit-8.00 ta’ filghodu sal-5.00 ta’ filghaxija. Izda, ahna nkunu maghluqin fl-Ewwel tas-Sena, fil-Gimgha l-Kbira, fil-Ghid, fil-15 ta’ Awissu – l-festa ta’ Santa Marija u fil-Milied.

 

Kif tista’ tissieheb

Tista’ tissieheb maghna billi tigi fir-reception tal-Kumpless Sportiv, fejn ahna nitolbuk li timla formola ta’ applikazzjoni. Ma ndumux izjed minn hames minuti biex ahna nirregistrawk bhala membru, u inti ghandek tistenna li fi zmien 4 t’ijiem tax-xoghol tircievi l-biljett tas-shubija.

 

Hlas ta’ Shubija

Ghall-persuna wahda, l-hlas annwali tas-shubija huwa ta’ €11.65 , filwaqt li l-hlas ghall-familja huwa ta’ €18.63. Studenti taht it-tmintax –il sena ma jhallsux il-hlas ta’ shubija meta jipprezentaw il-biljett taghhom li juri li huma studenti.

Jekk joghgbok ftakar li kull biljett tas-shubija jiskadi fil-31 ta’ Dicembru u jkun irid jigi mgedded.

 

Is-servizzi li noffru

Facilitajiet Sportivi

Is-Sala Principali, ghandha kapacita’ ta’ 1750 siggu u art ta’ l-injam li ghandha wisa’ ta’ 21.8 metri u tul ta’ 44 metri. Hawnhekk, dawn id-dixxiplini sportivi jistghu jigu ipprattikati u jintlaghbu:

  • Basketball
  • Volleyball
  • Handball
  • Netball
  • Badminton
  • 5-a-side futsal
  • Karate
  • Kick-Boxing
  • Spirit Combat
  • Yoga
  • Aerobics.

Il-Gymnasium, li huwa attrezzat b’art ta’ l-injam, huwa mghammar ghal keep fit.

L-iSquash Court, li wkoll huwa mghammar b’art ta’ l-injam, jista’ jintlaghab l-iSquash. Ma’ genb dan il-court hemm post fejn jintlaghab it-Table Tennis. Il-facilitajiet ta’ barra jinkludu zewg tennis courts, volleyball court u basketball court.

Meta tkun qed tipprattika dan l-isport, inti ghandek tistenna li ahna:

  • naghtuk ghajnuna fil-pront u nkunu edukati mieghek f’kull hin
  • naraw li l-post fejn hemm l-attivita’ tieghek huwa addattat
  • nipprovdulek toilets nodfa u kmamar fejn tbiddel xierqa
  • niccekjaw regolarment it-taghmir sportiv.

Jekk joghgbok ifhem li din is-sala tintuza wkoll ghal diversi attivitajiet u ghalhekk jista’ jaghti l-kaz li xi drabi certu attivitajiet sportivi ma` jkunux jistghu jsiru. Izda, ahna ninfurmawkom minn qabel dwar dan kif ukoll meta intom tkunu tistghu tigu fi granet ohra biex tilghabu u tipprattikaw l-isport taghkom.

 

Servizz ta’ Ibbukkjar

Kulhadd jista’ jippartecipa u jipprattika d-dixxiplini sportivi msemmija hawn fuq. Inti tista’ taghmel dan billi taghmel kuntatt maghna, jew tigi personalment jew iccempel, u tibbukkja mil-lanqas jumejn qabel u taghtina d-dettalji tieghek, dettalji tal-biljett ta’ shubija u liema sport inti tixtieq tipprattika. Ahna mill-ewwel nikkonfermaw jekk hemmx post. Tistghu tibbukkjaw mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 ta’ filghodu sas-1.00 ta’ wara nofsinhar hlief fil-festi pubblici.

Jekk inti membru, m’hemmx ghalfejn li thallas. Fil-kaz li inti ma tkunx membru, dawn il-prezzijiet japplikaw:

Is-Sala Principali (sessjonijiet ta’ training u kompetizzjonijiet): €11.65 ghal 90 minuta jew inqas

Badminton, Squash u Tennis €4.66 kull Court

Table Tennis €2.33 ghal 60 minuta jew inqas

Meta inti tkun qed torganizza attivita’ socjali jew kulturali u tkun tixtieq li tuza l-Kumpless Sportiv bhala post, il-hlas huwa ta’ 232.94  kuljum jew €11.65 kull siegha.

 

Servizz ta’ Hostel

Il-Kumpless Sportiv joffri wkoll servizz ta’ hostel lin-nurseries sportivi, assocjazzjonijiet sportivi kemm lokali u barranin. Ahna nistghu nilqghu sa 20 persuna bil-prezz ta’ 5.82  kull lejl kull persuna.

Inti tista’ tibbukkja l-facilitajiet tal-hostel billi taghmel kuntatt maghna u tghaddilna ittra minghand l-assocazzjoni li qed taghmel it-talba. Inti ghandek tistenna li ahna ninfurmawk jekk hemmx post fi zmien jumejn tax-xoghol.

Int ghandek tistenna li l-kmamar ikunu ppreparati sew u nodfa mal-wasla taghkom.

 

Kif tista’ tghinna

Inti tista’ tghinna naghtuk servizz ta’ kwalita’ billi:

  • tkun edukatca u tikkoopera ma’ l-istaff taghna
  • tipprovdilna informazzjoni korretta u aggornata
  • tipprovdilna informazzjoni u dokumenti mehtiega meta ahna nistaqsu ghalihom
  • tilbes hwejjeg apposta ta’ l-isports meta tkun qed taghmel uzu mill-facilitajiet
  • tiehu hsieb l-ambjent, l-ghamara u l-apparat sportiv.

Ahna ma nissuggerixxux li intom thallu l-affarijiet personali taghkom mitluqa ‘l hemm u ‘l hawn mall-Kumpless Sportiv. Ghalkemm naghmlu ghassa kontinwa minhabba l-hsara li tista’ ssir, ahna ma naccettawx responsabilita’ ta’ affarijiet personali taghkom li jkunu ntilfu jew gratilhom xi hsara.

Ahna wkoll nissuggerixxu li intom tistaqsu ghall-kopja ta’ l-Istandards dwar l-Imgieba mir-reception.

 

Jekk m’intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Fil-Kumpless Sportiv Ghawdex, huwa ta’ pjacir ghalina li noffru s-servizzi u l-facilitajiet. Izda, minn zmien ghall-iehor, jistghu jigru xi problemi. Meta dan jigri, ahna nipprovdu spjegazzjoni shiha u rimedju effettiv u malajr. Jekk, wara li tkun tkellimt ma’ xi hadd mill-istaff taghna, inti xorta thoss li m’intix sodisfatt u xorta ghadek tahseb li ahna ma zammejniex l-livell ta’ standard ghal dawn is-servizzi, inti tista’ tikteb lill-Kumpless Sportiv Ghawdex f’dan l-indirizz:

  • Head

Kumpless Sportiv Ghawdex

Triq l-Ewropa

Victoria

Gozo VCT 103

Ghandek tircievi nota fi zmien gurnata tax-xoghol u risposta shiha fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol minn meta tkun intbaghtet in-nota.

Inti tista’ taghmel l-ilment tieghek, taghmel suggeriment jew tistaqsi mistoqsija billi taghmel access ghall-Customer Care System fuq www.servizz.gov.mt

 

Nitghallmu minghandek!

Ahna kontinwament qed naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista’ jghinna ntejbu s-servizzi taghna. Jekk joghgbok, tina l-kummenti u s-suggerimenti tieghek billi timla feedback form u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghamilna fl-ufficcju taghna.

Kull informazzjoni f’dan il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Informazzjoni aggornata tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit u fuq il-website tal-Ministeru ghall-Ghawdex.

Mejju 2003

 

Ippubblikat mic-Charter Support Unit, OPM

http:ccwww.servicecharters.gov.mt

Stampar, Stamperija tal-Gvern

Fotografija, DOI