|
Centru tas-Sahha – Ghawdex
Quality Service Charter
Werrej
Dan
ic-Charter
Kif
tista' tikkuntattjana
Hinijiet
tal-ftuh
Id-drittijiet
tieghek bhala pazjent
Is-servizzi
taghna
Treatment
Room
Klinika
tat-Tilqim
Servizz
ta' Tabib
X'tip
ta' servizz ghandek tistenna minghandna
Ir-responsabbiltajiet
tieghek bhala pazjent fic-Centru tas-Sahha
Jekk
m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna
Nitghallmu
minghandek
Dan ic-Charter
Fic-Centru tas-Sahha t’Ghawdex ahna naghmlu
mill-ahjar li nistghu sabiex niehdu hsieb is-sahha tar-residenti
ghawdxin kif ukoll tan-nies li jzuru l-gzira taghna. Dan ic-charter Ghandu
jservi bhala gwida ghas-servizzi taghna kif ukoll jispjegalek
id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tieghek bhala pazjent taghna.
B’dan ic-Charter ahna qed inweghduk li
naghtuk servizz ta’ kwalità.
Kif tista’
tikkuntattjana
Ic-Centru tas-Sahha jinsab ir-Rabat. L-indirizz u n-numru tat-telefon
huma dawn:
- Indirizz: Centru tas-Sahha tar-Rabat
Triq Enrico Mizzi
Victoria VCT 102
GHawdex
- Telefon: 21561541 / 21561542
Hinijiet tal-Ftuh
Ic-Centru tas-Sahha jkun miftuh mis-7.00 ta’
filghodu sat-8.00 ta’ filghaxija. Izda s-servizzi mhux kollha
jinghataw fl-istess hin. Jekk joghgbok hu nota ta’ dawn il-hinijiet.
Id-drittijiet
tieghek bhala pazjent/a
Bhala pazjent/a fic-Centru tas-Sahha taghna, inti
ghandek id-dritt li:
- tigi kkurat/a skond kif tehtieg klinikament, mhux skond il-klassi
socjali tieghek, il-kulur tal-gilda, is-sess, jew xi fattur iehor
- tinghata spjegazzjoni tat-trattament li nkunu se naghtuk kif ukoll
tar-riskji li jista’ jkun hemm jew alternattivi li jezistu biex
int tkun tista’ tiddeciedi jekk taghmilx jew le dan it-trattament
- tinghata preskrizzjoni ta’ medicini li jkunu ta’ siwi
ghall-kundizzjoni tieghek.
Is-servizzi taghna
Fic-Centru tas-Sahha naghtu dawn is-servizzi:
- Treatment Room
- Klinika tat-Tilqim
- Servizz ta’ Tabib
Treatment Room
X’inhu dan is-servizz?
Hemm ghadd ta’ servizzi ta’ kura li naghtu
fit-Treatment Room. Dawn jinkludu:
- Xi kazi ta’ emergenzi
- injezzjoni ta’ kuljum bl-insulina lill-pazjenti bid-dijabete
- testijiet u ezamijiet tad-demm
- dewwija ta’ griehi u bdil tal-faxex
- punti
- ghoti ta’ injezzjonijiet, ta’ antibijotici u vitamini
- ghoti ta’ nebuliser therapy (ghall-kura ta’
l-azzma).
Ahna naghtu dawn is-servizzi mit-Tnejn sal-Gimgha
bejn is-7.00 am u t-8.00 pm.
Attendenza
Biex tigi ghall-kura fit-treatment room, m’hemmx
bzonn ta’ appuntament, izda nhegguk sabiex tattendi fil-hinijiet li
haw imnizzla hawn taht:
- bdil ta’ faxex: 7:30 am sal-5 pm
- testijiet u ezamijiet tad-demm: 7:30 am sa nofsinhar
- servizzi ohrajn: 7:00 am sat-8:00 pm.
Meta tigi t-treatment room ghandek
bzonn
iggib mieghek:
- referenza minghand tabib sakemm ma tkunx gejt invistat/a mit-tabib
tac-Centru tas-Sahha stess
- il-programm ta’ l-insulina jekk inti dijabetiku/a
- formola mimlija mit-tabib jekk ikunu qed isiru investigazzjonijiet
tad-demm.
Dewmien
Ghandek tistenna illi tabib jew infermier jarak fi
zmien 15 –il minuta. Jista’ jkun hemm xi cirkustanzi mhux tas-soltu
li jzommuna milli nilhqu dan il-ghan.
Klinika tat-Tilqim
X’inhu dan is-servizz?
Huwa fl-interess tieghek li
tizgura li int u wliedek
titlaqqmu skond l-iskeda avzata mid-Divizjoni tas-Sahha. Ahna naghtu
dan is-servizz mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.30 am u l-11:00 am.
Attendenza
It-titqib kollu jsir b’appuntament. Biex taghmel
appuntament cempel fuq 21562295. Titqib lit-tfal u dak it-titqib li hu
rrakkomandat mid-Dipartiment lil persuni li huma f’riskju jinghata b’xejn.
Ghal certu titqib ghas-safar hemm xi hlas xi jsir.
Meta tigi l-Klinika tat-Tilqim ghandek
bzonn iggib
mieghek:
- kopja tac-certifikat tat-twelid ta’ ibnek / bintek jekk qed
iggib ’l ibnek / bintek Ghall-ewwel tilqima
- ir-record card tieghek tat-titqib biex
inzommuha
aggornata.
Dewmien
Jekk tigi l-klinika b’appuntament tinqeda
mill-ewwel. Jekk m’Ghandekx appuntament tistenna illi tabib jew
infermier jarak fi zmien 15 -il minuta. Jista’ jkun hemm xi
cirkustanzi mhux tas-soltu li jzommuna milli nilhqu dan il-Ghan.
Servizz ta’ Tabib
X’inhu dan is-servizz?
It-tabib taghna:
- jarak ghal xi kundizzjoni li jista’ jkollok
- jaghmillek check up jekk tkun ilek tliet snin milli tara
t-tabib tieghek
- jaghmillek testijiet bla hlas jekk it-tabib personali tieghek
jahseb li ghandek bzonn
- jibghatek ghand konsulent jekk t-tabib personali tieghek ihoss li
ghandek bzonn
- jibghatek ghal servizzi ohra tas-sahha jekk t-tabib personali
tieghek ihoss li ghandek bzonn
Attendenza
Ahna naghtu dawn is-servizzi mit-Tnejn sas-Sibt
mit-8.00 am sat-8.00 pm. Wara t-8.00 ta’ filghaxija dan is-servizz
jinghata mit-taqsima tal-Casualty fl-Isptar Generali t’Ghawdex.
Meta tigi ghand it-tabib ghandek
bzonn iggib
mieghek:
- il-karta ta’ l-identita’
- il-personal treatment card
Dewmien
Ghandek tistenna illi tabib jarak fi
zmien 30
minuta. Jista’ jkun hemm xi cirkustanzi mhux tas-soltu li jzommuna
milli nilhqu dan il-ghan.
X’tip
ta’ servizzi ghandek
tistenna minghandna
Meta zzur ic-Centru tas-Sahha t’Ghawdex ghandek
tistenna li:
- naghtukom kura f’ambjent nadif u minghajr periklu
- niffacilitaw l-access ghas-servizzi taghna kemm ghat-tfal, nies
anzjani, u nies b’dizabilita’ kemm fizika kif ukoll mentali
- naghtu prijorità lil dawk il-persuni li jkollhom il-Karta ta’
l-Identita’ Specjali.
Ghandek tistenna wkoll li l-istaff kollu, kemm
it-tobba kif ukoll l-infirmiera:
- jilbsu karta ta’ identità
- jifhmu s-sitwazzjoni tieghek
- jkunu edukati
- jfehmuk b’mod car kull servizz li noffrulek
Ir-responsabiltajiet
tieghek bhala pazjent/a fic-Centru tas-Sahha
Inti tista’ tghinna naghtuk servizz ahjar u
efficjenti billi:
- tkun edukat/a u ta’ ghajnuna ma’ l-istaff taghna kollu
- taghtina l-informazzjoni kollha d-dettalji
ezatti u korretti meta
ahna nitolbuk dan
- tkun puntwali ghall-appuntament tieghek
- tinfurmana jekk ma tkunx ser tattendi ghall-appuntament tieghek
- taghti kaz l-igjene ta’ persuntek qabel ma tigi ghal
vizta
- tigi inti stess fic-centru tas-sahha meta jkun possibbli minflok
ma’ tistaqsi lit-tabib taghna biex jigi d-dar
- tigi ghal certifikati ta’ mard dak in-nhar stess li timrad.
Jekk
m’intix sodisfatt/a bis-servizz taghna
Jekk tahseb li ahna b’xi mod inqasna milli naghtuk
il-livell ta’ servizz li ahna weghidnik f’dan ic-Charter jekk
joghgbok ikteb lin-Nursing Officer fuq l-indirizz li gej
Nursing Officer
Centru tas-Sahha Victoria
Triq Enrico Mizzi
Victoria, VCT 102
Ghawdex
Fi zmien jumejn tax-xoghol minn meta nkunu rcevejna
l-ilment tieghek, ghandek tircievi nota minghandna li turi li l-avviz
wasal. Twegiba shiha, imbaghad, tircevieha fi zmien 10 ijiem tax-xoghol
minn mindu tkun ircevejt l-avviz.
Nitghallmu
minghandek
Ahna kontinwament qed naGhmlu hilitna biex
nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk
nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista’ jghina ntejbu s-servizz
taghna. Jekk joGhgbok, tina l-kummenti tieGhek billi timla feedback
form u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghamilna apposta
fir-reception desk tac-Centru tas-Sahha.
Kull informazzjoni f’dan il-fuljett hija korretta
sakemm morna ghall-istampa. Informazzjoni aggornata tinsab fuq
il-website tac-Charter Support Unit.
Novembru 2001
Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampar, Stamperija tal-Gvern
Imla l-Feedback Form
|