|
Quality Service Charter
ghall-iStudji Post-Sekondarji
Werrej
Dan
ic-Charter
Kif
tista' tikkuntattjana
X'ihnuma
s-Servizzi li jaqghu taht dan ic-Charter
Jekk
ma tkunx sodisfatt/a bis-servizz taghna
Ghandna
bzonn nisimghu minghandek
Dan
ic-Charter
It-Taqsima ghall-Edukazzjoni
Vokazzjonali u zvilupp ta’ Programmi taqa’ fi hdan id-Dipartiment
ghall-iStudji Post Sekondarji u Edukazzjoni ghall-Adulti. Wahda
mill-funzjonijiet taćna hija li nipprovdu informazzjoni ćal dawk
l-istudenti li behsiebhom ikomplu l-istudji taghhom wara li jispiccaw
l-iskola sekondarja. Barra minn hekk f’din it-Taqsima, ukoll,
nilqću u nipprocessaw applikazzjonijiet ghall-korsijiet post-sekondarji.
Dan ic-Charter huwa l-weghda taghna
lejk. Fih taghrif dwar kif tikseb l-informazzjoni dwar il-korsijiet
kollha li joffru l-istituzzjonijiet post-sekondarji tal-Gvern, u fih
ukoll il-livell ta’ servizz li int ghandek tistenna minćandna meta
tapplika ćal xi kors minn dawn imnizzla hawn taht:
- Sec u Matsec
- Agrikoltura, Ortikultura u Tghammir ta’
Annimali
- Inginerija Elettrika u Mekkanika
- Inginerija ta’ Vetturi
- Xaghar u Sbuhija
- Kura tas-Sahha
- Edukazzjoni Pre-School
Iktar taghrif jinsab fil-prospectus
tal-korsijiet post-sekondarji li bghatnilek. Kopji ta’ dan
il-prospectus tkun tista’ tiksibhom ukoll mit-Taqsima
ghall-Edukazzjoni Vokazzjonali u Zvilupp ta’ Programmi, f’ufficcju
numru 325 fid-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni.
Kif
tista’ tikkuntattjana
Id-Dipartiment taghna jinsab
il-Floriana u int tista’
- tigi personalment jew tikteb lit-
Taqsima ghall-Edukazzjoni
Vokazzjonali u Zvilupp ta’ Programmi
Dipartiment ghall-iStudji
Post-Sekondarji u Edukazzjoni ghall-Adulti
Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni
Floriana CMR 02
Il-hinijiet tal-ftuh taghna huma:
- Fix-xitwa (l-1el ta’Ottubru sal-15 ta’ Gunju)
mit-tnejn sal-gimgha mit-7:45 am san-12.30 pm u mis-1:15 pm
sal-5:15 pm
- Fis-sajf (is-16 ta’ Gunju sat-30 ta’
Settembru) mit-tnejn sal-gimgha mis-7:30 am sas-1:30 pm
X’inhuma
s-Servizzi li jaqghu taht dan ic-Charter?
Informazzjoni
Bhala student/a int ghandek id-dritt li tinghata, b’xejn,
informazzjoni shiha u tajba li permezz taghha tkun tista’ tiddeciedi
liema kors tkun se ssegwi. Meta tispicca l-hames sena ta’ l-iSkola
Sekondarja, ahna nibaghtulek:
- Prospectus tal-korsijiet Post-sekondarji
- Formola (bi tliet kopji) ta’ l-applikazzjoni.
Jekk joghgbok aqra sew it-taghrif li jkun fih dan
il-prospectus qabel ma timla l-applikazzjoni tiećek. It-taćrif ikun
jikkonsisti f’dettalji dwar:
- il-korsijiet, l-ghanijiet taghhom u l-kwalifika
li tiehu meta tispicca
- x’ikollok bzonn biex tidhol ghal kors u fuq
liema bazi jinghazlu l-istudenti
- dati ta’ laqghat ta’ informazzjoni li jkunu
se jigu organizzati
- kif jigu ppublikati r-rizultati
- applikazzjonijiet minn studenti barranin
- skemi ta’ apprendistar TAS/ESTS
- ghotjiet ta’ manteniment ghal studenti
Post-Sekondarji
Jekk ghal xi raguni ma tircevix il-prospectus, jew
tixtieq xi kopja ohra, int tista’ tikseb kopja
- Mill-website taghna www.education.gov.mt
- mid-dipartiment taghna billi tistaqsina
nibaćtulek wiehed bil-posta
- mill-kunsilli lokali
L-ghazla ta’ l-istudji tieghek hija importanti.
Ghalhekk ahna norganizzaw ukoll laqghat informatiivi kemm
ghall-istudenti kif ukoll ghall-genituri taghhom fl-iskejjel u
istituzzjonijiet li joffru dawn il-korsijiet post-sekondarji.
L-istazzjon televiziv Education 22, li hu mmexxi
mid-Dipartiment taghna, ixandar ukoll informazzjoni dwar dawn
il-korsijiet.
Tfigh ta’ applikazzjonijiet
Ahna nilqghu applikazzjonijiet bejn it-tnejn u
l-gimgha ta’ l-ahhar gimgha ta’Awissu fl-iskola primarja
tal-Floriana bejn it-8:30 u nofsinhar. Jekk joghgbok ara li timla
l-applikazzjoni tajjeb qabel ma tipprezentaha lill-istaff, biex b’hekk
kemm int kif ukoll l-istudenti l-ohra kemm jsta’ jkun ma jkollkomx
taghmlu hin twil tistennew. Ara wkoll li timla t-tieni u t-tielet
preferenza, li ćandhom naturalment ikunu relatati ma’ dawk
is-suggetti li int studjajt jew li tixtieq tkompli tistudja. Int
ghandek ukoll iggib:
- ic-certifikati tieghek kollha (originali)
- fotokpoji tac-certifikati originali
- certifikati ta’ edukazzjoni sekondarja u/jew
certifikat generali ta’ edukazzjoni
- certifikat ta’ tluq mill-iskola
- il-karta ta’ l-identita’
- 2 ritratti, tad-daqs ta’ dawk ghall-passaport
Nizzel ismek u l-indirizz fuq l-envelop li jkun
mehmuz ma’ l-applikazzjoni u aghti dan l-envelop ukoll ma’
l-applikazzjoni.
Jekk joghgbok ftakar li l-applkazzjoni ma tistax
tintbaghat bil-posta.
Meta johorgu r-rizultati tar-resits, ahna nohorgu
sejha ohra ghall-applikazjonijiet fejn ikun ghad fadal xi postijiet f’dawk
il-korsijiet li ma jkunux ghadhom imtlew.
Meta tibghat applikazzjoni – l-iStandards
taghna
Meta inti tigi taghti l-applikazzjoni tieghek
fl-iskola primarja tal-Floriana, int ghandek tistenna li:
- tinqeda fi 30 minuta. Jekk joghgbok zomm quddiem
ghajnejk li jista’ jkun hemm xi kazi fejn l-istudent/a jkollu/ha
xi diffikulta’ u ghalhekk indumu ftit iktar biex nipprocessaw
l-applikazzjoni tieghu/taghha
- li l-istaff taghna jkun edukat u ta’ ghajnuna f’kull
hin
Jekk ikollok bzonn xi parir waqt l-ilquć ta’
l-applikazzjonijiet, ikun hemm prezenti numru ta’ ćalliema
tal-guidance. Biss jekk joghgbok zomm quddiem ghajnejk illi jekk
ikollok bzonn tbiddel xi dettalji jew titlob xi parir specifiku
lill-ghalliema tal-guidance, int imbaghad ikollok terga’ toqghod
wara l-kju`; dan biex l-ohrajn ma jdumux jistennew ghal xejn.
Mal-hitan ikun hemm sinjali u avvizi cari li juruk
il-kju` li tkun trid toqghod fih.
Kif tista’ tghinna
Int tista’ tghinna ntuk servizz ta’ kwalita’ u
tnaqqas il-hin li int u haddiehor tkunu tridu tistennew fil-kju`
billi:
- timla sew id-dettalji kollha fuq il-formola ta’
l-applikazzjoni qabel ma tigi biha
- taghzel suggetti li ghandhom x’jaqsmu mal-kors
jekk int qed taghzel wiehed mill-korsijiet li ghandhom in-numru 1,
2, 3, 4, 6, 30, 45, 46, 47, 48, 49 jew 51
- tkun zgur li tnizzel it-tieni u t-tielet
preferenza tieghek fuq l-applikazzjoni
- ggib mieghek id-dokumenti kollha li tenhtieg
- ssegwi s-sinjali li jindikawlek liema kju trid
izzomm.
Publikazzjoni tar-rizultati
Wara li l-applikazzjonijiet ikunu gew mahduma, ahna
nippublikaw ir-rizultati. Meta naghmlu dan, ahna se nzommu dawn
l-istandards:
- niggarantixxu trasparenza fil-process ta’
l-ghazla ta’ l-istudenti billi nippublikaw il-kriterji li fuqhom
tkun giet ibbazata l-ghazla
- nippublikaw ir-rizultati fi 11-il gurnata
tax-xoghol minn meta jaghlaq iz-zmien ta’ l-applikazzjonijiet
- jekk ikollok xi mistoqsija dwar kif inkunu
wasalna ghar-rizultat tieghek, inwegbuk u nispjegawlek bil-miktub
fi zmien 5 ijiem tax-xoghol minn meta tkun ghamilt il-mistoqsija
tieghek.
Jekk
ma tkunx sodisfatt/a bis-servizz taghna
Jekk tahseb illi ahna ma lhaqniex il-livell ta’
servizz li ahna weghidna fis-servizzi li jaqghu that dan ic-charter,
int tista’ tikteb lil:
Id-Direttur
Dipartiment ghall-istudji Post-Sekondarji u
Edukazzjoni ghall-Adulti
Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni
Floriana CMR 02
Fi zmien jumejn minn meta jasal l-ilment, ghandek
tircievi nota li tindikalek li l-ilment tieghek ikun wasal, u twegiba
shiha fi zmien 10 ijiem tax-xoghol minn din in-nota.
Ghandna
bzonn nisimghu minghandek!
Ahna kontinwament qed naghmlu hilitna biex
nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk
nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista’ jghinna ntejbu
s-servizz taghna. Jekk joghgbok, tina l-kummenti tieghek billi timla
fedback form u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghamilna
apposta fl-ufficcju tal-Customer care tad-dipartiment taghna.
Kull informazzjoni f’dan il-fuljett hija korretta sakemm morna
ghall-istampa. Informazzjoni aggornata tinsab fuq il-website
tad-Dipartiment.
Awwissu 2001
Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM
Stampar, Stamperija ta-Gvern
Fotografija, DOI
|