Quality Service Charter  ghac-Centru tas-Sahha ta’ Floriana

Werrej

Dan ic-Charter

Drittijiet u aspettattivi

Kif tista' tikkuntattjana

Kunsiderazzjoni personali u rispett

Access ghas-servizzi

Access ghall-informazzjoni

Duwa u medicini

L-Ambjent tac-Centru tas-Sahha

Ir-rwol tieghek bhala pazjent/a

Il-Klinici li jaqghu taht dan ic-Charter

Nitghallmu minghandek

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz li tajniek

 

 

Dan ic-Charter

Dan ic-Charter jaghtik informazzjoni dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tieghek bhala pazjent meta taghmel vizta fic-Centru tas-Sahha taghna. Huwa mahsub ukoll bhala gwida ghas-servizzi li tista’ taghmel uzu minnhom fic-Centru tas-Sahha ta’ Floriana. GHal kull wiehed minn dawn is-servizzi ahna qed naghtu indikazzjoni tal-livell ta’ servizz li ghandek tistenna li tinghata. Jekk int thoss li nqasniek b’xi mod, qed nuruk x’passi ghandek tiehu biex twassal l-ilmenti tieghek. B'dan ic-Charter ahna qed nintrabtu li noffrulek servizz ta' kwalita`.

 

Drittijiet u aspettativi

F’dan ic-Charter ahna nirreferu ghad-drittijiet u l-aspettattivi tieghek. Int intitolat/a ghad-drittijiet tieghek kull hin u kullimkien fis-servizz kollu tas-sahha pubblika.

L-aspettattivi, minn naha l-ohra, huma l-livelli ta’ servizz li ahna nippruvaw nilhqu bl-ahjar mod li nistghu fic-Centru tas-Sahha ta’ Floriana. Jista' jkun hemm, xi kultnat, xi cirkustanzi eccezzjonali li jzommuna milli nilhqu dawn il-livelli.

 

Kif tista' tikkuntattjana

L-indirizz u n-numri tat-telefon taghna huma dawn:

 

Centru tas-Sahha ta' Floriana

Triq Frangisk Saver Fenech

Floriana VLT 14

 

Telefon: 21243314, 21244315, 21244340

Inti tkun tista’ tuza c-Centru tas-Sahha ta’ Floriana jekk tkun toqghod f’wahda minn dawn il-lokalitajiet:

 

Blata l-Bajda Floriana

Guardamangia Il-Hamrun

Hal Kirkop Hal Luqa

Il-Marsa L-Imqabba

L-Imriehel Tal-Pietà

Il-Qrendi Hal Safi

Hal Far l/o Zurrieq

Santa Venera Valletta

Iz-Zurrieq

F'kaz ta' emergenza, sintendi, kulhadd jista' jigi.

 

Kunsiderazzjoni personali u rispett

Nemmnu li inti ghandek tkun taf l-isem u l-grad ta' min qieghed jaghtik is-servizz. GHandek tistenna li l-istaff kollu jkun liebes karta ta' l-identita` li turi l-isem u l-grad fi hdan ic-Centru tas-Sahha.

Ghandek tistenna ukoll li l-istaff kollu jgib ruhu mieghek bl-ahjar mod possibbli. L-istaff kollu jaqdik b'kortesija u jirrispetta l-privatezza, id-dinjità, il-kultura, it-twemmin religjuz u l-istil ta’ hajja tieghek.

 

Access ghas-servizzi

Ghandek dritt li:

  • tigi kkurat/a skond il-htigijiet medici tieghek, mhux skond il-klassi socjali, il-kulur tal-gilda, is-sess, jew xi fattur iehor

  • tigi kkurat/a f'emergenza f'kull hin

  • taghti jew izzomm il-kunsens tieghek ghall-kura medika jew xi kura ohra.

Ghandek tistenna li ahna naghmluha facli ghal kulhadd li jinqeda mis-servizzi, inkluzi t-tfal, anzjani u nies bi bzonnijiet specjali.

Jekk joghgbok ifhem li mhux dejjem ikun possibbli ghalina li nzommu l-hinijiet ta’ l-appuntament, ghalkemm naghmlu mill-ahjar li nistghu. Hafna drabi jkollna nittrattaw emergenzi, mentri xi kazi ohra jkunu jehtiegu trattament li jiehu aktar fit-tul milli jkun mistenni.

 

Access ghall-informazzjoni

Ghandek dritt li:

  • tkun infurmat/a bis-servizzi disponibbli fic-Centru tas-Sahha ta’ Floriana. GHandek tistenna li tkun tista’ tikseb din l-informazzjoni facilment u din ghandha tkun ipprezentata b’mod konciz izda li jiftiehem malajr

  • tinghata spjegazzjoni cara dwar it-trattament li ahna nipproponu, inkluzi r-riskji involuti u liema alternattivi jezistu. Dan ghandu jghinek tiehu decizjoni dwar jekk taghmilx dan it-trattament jew le

  • ikollok kull informazzjoni fuqek merfugha b’mod kunfidenzjali

  • tinghata twegiba ghall-mistoqsijiet li taghmel fuq il-kundizzjoni tieghek.

 

Duwa u medicina

Ghandek id-dritt li tinghata duwa u medicini xierqa. Jekk id-dhul tieghek jaqa' f'certu kategorija, inti tista’ tkun intitolat/a ghall-Karta r-Roza. Din il-karta taghtik id-dritt li tikseb il-medicini tieghek b’xejn. GHal aktar informazzjoni staqsi fl-Ufficcju tas-Sigurtà Socjali fid-distrett tieghek.

Jekk tbati minn xi wiehed minn ghadd ta' kundizzjonijiet kronici specifici, ghandek ukoll id-dritt li tiehu l-medicini tieghek b’xejn. Dawn il-kundizzjonijiet huma mnizzla f’lista maghrufa bhala Skeda V. It-tabib tieghek jista' jaghtik parir dwar dan.

 

L-ambjent tac-Centru tas-Sahha

Ghandek issib postijiet fejn tistaqsi ghal taghrif u tabelli li juruk kif tasal fil-post li tixtieq. GHandek tistenna li tigi kkurat/a f’ambjent komdu, nadif u hieles mill-periklu.

 

Ir-rwol tieghek bhala pazjent/a

Ahna l-hin kollu nfittxu li ntejbu l-kwalità tas-servizz taghna. Hemm ghadd ta’ affarijiet li inti tista’ taghmel sabiex tghinna naghtuk servizz ahjar. Jekk joghgbok ftakar biex:

  • iggib mieghek id-dokumenti li jkollok bzonn. Per ezempju, il-karta ta’ l-identità tieghek, il-Karta r-Roza jew il-karta ta’ l-Iskeda V jekk tkun trid tiehu medicini b’xejn, ricetti, karta li biha jibaghtek it-tabib jekk ikun baghtek fi klinika ohra u xi record cards li jistghu jaghtuk xi klinici

  • iggib mieghek u turi ID cards specjali li jintitolawk ghall certu privileggi (per ezempju 'Karta Anzjzn' 75+ ghal persuni ta' 75 sena u aktar, il-karta s-safra tal-persuni bi bzonnijiet specjali jew il-Care Workers' Identification Card li tkun mahruga mid-Dipartiment ghall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita`)

  • lit-tabib tieghek taghtih id-dettalji kollha dwar il-kundizzjoni tieghek, xi mard li seta’ kellek, meta ddahhalt l-isptar drabi ohra, x’medicini tkun qed tiehu, xi allergiji li jkollok u kull haga li ghandha x’taqsam ma’ sahhtek

  • tghid lit-tabib tieghek b’xi bidliet mhux mistennija fil-kundizzjoni tieghek

  • terga’ tistaqsi lit-tabib tieghek jekk ma tkunx fhimtu sew fuq x’ghandek taghmel

  • issegwi l-pjan ta’ kura li jissuggerilek it-tabib tieghek

  • ma tigix minghajr appuntament (kemm-il darba ma tkunx gejt ghal xi servizz li ma jkunx jehtieg appuntament)

  • izzomm l-appuntamenti u, meta ma tkunx tista’, gharraf lic-Centru tas-Sahha jew klinika

  • terfa' r-responsabbiltà ta’ ghemilek jekk tirrifjuta xi kura jew jekk ma ssegwix l-istruzzjonijiet tat-tabib tieghek.

 

Nitghallmu minghandek

Ahna kontinwament qed naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista' jghinna ntejbu s-servizz taghna.

Jekk trid ittina xi suggeriment jew tikkummenta, inti tista':

 

  • timla feedback form u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti

  • tibghatilna fax fuq 21 23 99 93

  • tikteb lill-:

 

Id-Direttur

Dipartiment tal-Kura Primarja

7, Harper Lane

Floriana VLT 14

 

Il-formoli tas-servizzi/lmenti jinkisbu mir-reception area u minn kull klinika tac-Centru tas-Sahha.

 

Il-Klinici li jaqghu taht dan ic-Charter

Klinika tal-Agopuntura

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Ghajnuna partikolari ghat-trattament ta' ugigh u skumdita` akuta u kronika. GHajnuna wkoll fil-kura ta' kundizzjonijiet ohra bhall-vizzju ta' l-alkohol u t-tipjip.

Jistghu jirreferuk ghal dil-klinika tabib tac-Centru tas-Sahha, it-tabib privat tieghek jew tabib mill-isptar.

 

Jekk joghgbok cempel ic-Centru tas-Sahha biex taghmel appuntament.

Il-klinika tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u nhar ta' Sibt mit-8.00 a.m. sal-11.30 a.m.

Int ghandek tistenna li:

tinghata programm ta' terapija ta' sessjoni jew izjed

kull sessjoni ddum minn nofs siegha sa siegha

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn 15-il minuta fuq il-hin ta' l-appuntament tieghek.

Klinika tad-Dentistrija ghall-Adulti

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Check-ups tas-snien b'xejn

tindif u lostrar b'xejn

qlugh ta' snien b'xejn

mili temporanju b'xejn

kura ta' emergenza.

 

Jekk ghandek il-Karta r-Roza, tiehu wkoll dawn is-servizzi b'xejn:

mili permanenti b'xejn

trattament ta' konservazzjoni.

 

Kazijiet ta' dentaturi u prostetici jigu rriferuti fl-Isptar San Luqa.

Dil-klinika hija ghall persuni ta' 16-il sena jew ikbar. M'hix mehtiega karta ta' riferiment.

 

Jekk joghgbok cempel ir-reception desk tac-Centru tas-Sahha ghal appuntament.

Il-klinika hija miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u nhar ta' Sibt mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.

 

Servizz ta' emergenza huwa pprovdut fil-Hdud u Festi Pubblici mid-9.00 a.m. sa nofsinhar.

Int ghandek tistenna li:

tinghata appuntament ghal check-up fi zmien hamest ijiem

tinghata appuntament ghall-mili fi zmien gimghatejn

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn 20 minuta fuq il-hin ta' l-appuntament tieghek

c-check-up tieghek ma jdumx aktar minn kwarta

procedura ta' mili tieghek ma ddumx aktar minn tliet kwarti

tinghata appuntament ta' igjene tal-halq wara vizta ghand id-dentist.

 

GHandek tistenna wkoll li:

tinghata appuntament ma' l-igjenista tal-halq fi zmien hamest ijiem

kull sessjoni ma ddumx aktar minn nofs siegha.

 

Jekk ikollok bzonn:

X-ray, tintbaghat id-Dipartiment Dentali tal-Outpatients' fl-Isptar San Luqa

trattament specjalizzat, tintbaghat ghand konsulent dentali fl-Isptar

tintbaghat fi klinika tal-qalb fl-Isptar San Luqa biex isirlek antibiotic cover qabel xi intervent dentali jekk tkun tbati minn xi kundizzjoni tal-qalb.

Klinika tat-Tqala u Ginekologija

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Testijiet biex tigi stabbilita tqala (mhemmx bzonn ta' appuntament)

ezamijiet ta' waqt it-tqala

smear tests

ezamijiet ta' ginekologija

pariri dwar ippjanar tal-familja

riferiment ghal servizzi fl-isptar fejn mehtieg

ezamijiet ta' wara t-twelid.

Tista' taghmel uzu mis-servizzi taghna jekk tkun toqghod fl-inhawi li jaqghu taht ic-Centru tas-Sahha ta' Floriana (ara pagna 2).

 

GHandek dritt li tircievi kura ta' wara t-twelid bejn sitta u tmien gimghat wara l-hlas.

 

Jekk ghadek m'ghalaqtx it-18-il sena u m'intix mizzewga, trid tigi akkumpanjata mit-tutur legali tieghek.

Il-klinika taghna tkun miftuha nhar ta' Tlieta bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m.

 

Jekk joghgbok cempel il-klinika nhar ta' Tlieta bejn il-11.00 a.m. u s-1.00 p.m. biex taghmel appuntament.

Int ghandek tistenna li:

tinghata appuntament fi zmien erba' sa sitt gimghat

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn nofs siegha fuq il-hin ta' l-appuntament tieghek.

Klinika tad-Dijabete

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Ezami u monitoring ta':

zokkor fid-demm

l-urina tieghek (ghal proteina, zokkor, acetone)

il-pressjoni tieghek

il-piz tieghek

investigazzjonijiet ohra li t-tabib jista' jhoss li huma necessarji.

Tista' taghmel uzu minn dawn is-servizzi jekk tkun irreferut/a mill-klinika tad-dijabete fl-Isptar San Luqa.

 

F'kazijiet godda, int ghandek tircievi l-appuntament bil-posta. L-appuntament ta' follow-up isiru meta tmur ghal vizta.

Il-klinika tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha. L-infermiera jibdew jaghmlu t-testijiet necessarji fit-7.45 a.m. u t-tabib jibda jinvizta l-pazjenti fid-9.30 am.

Int ghandek tistenna li:

appuntamenti f'din il-klinika jsiru mit-tabib skond il-htigijiet klinici

infermier ghandu jarak fi zmien kwarta mill-hin ta' l-appuntament tieghek.

 

Wara l-vizta tieghek, nistghu naghtuk:

parir fuq id-dieta partikulari li ghandek izzomm

preskrizzjoni ta' injezzjonijiet ta' l-insulina.

 

Darba f'sena ghandek tistenna li nibaghtuk ghand specjalista ta' l-ghajnejn u/jew tas-saqajn kif ukoll ghall-ezamijiet tad-demm ta' rutina. Nistghu nibaghtuk ukoll fi klinika ohra ghal mizien ta' prevenzjoni jew kura ta' kumplikazzjonijiet.

Servizz ta' Tabib

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Konsultazzjoni ghal xi kundizzjoni li jista' jkollok

check-up jekk tkun ilek tliet snin milli tara t-tabib tieghek

testijiet bla hlas li t-tabib li jarak jahseb li jkunu mehtiega

riferiment ghand konsulent meta t-tabib tieghek ihoss li jkun mehtieg

riferiment ghal servizzi ohra tas-sahha skond kif it-tabib tieghek jahseb li hemm bzonn.

Kazijiet urgenti u ta' emergenza jinghataw prijorita`.

 

Talbiet ghal vizti d-dar f'kazijiet li m'humiex urgenti jigu milqugha skond id-diskrezzjoni tat-tabib.

 

Jekk ghandek bzonn jarak tabib id-dar, jekk joghgbok cemplilna qabel id-9.00 a.m. u aghtina dawn id-dettalji:

l-isem u l-eta' tieghek

l-indirizz korrett b'direzzjonijiet cari

in-numru tat-telefon tieghek

informazzjoni fuq il-kundizzjoni tieghek.

 

Jekk tehtieg li t-tabib jigi d-dar jara t-tifel/tifla, prezenti mal-marid ghandu jkun hemm adult, l-ahjar wiehed mill-genituri, meta jigi t-tabib.

Is-servizz taghna ta' tabib jinghata fuq bazi ta' 24 siegha kuljum. M'hemmx bzonn ta' appuntament.

 

Jekk tinhtieg ricetta ta' rutina ghal medicina b'xejn inti mitlub li tigi c-Centru tas-Sahha mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 a.m. sal-5.00 p.m. u nhar ta' Sibt mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.

 

Jekk ghandek bzonn certifikat tal-mard inti mitlub li tigi mit-8.00 a.m. sal-11.00 a.m. kemm-il darba ma tkunx tahdem bix-shift, f'liema kaz jinhariglek certifikat f'kull hin li int tkun xoghol.

Int ghandek tistenna li:

tinghata kura medika kull hin f'emergenza

jarak it-tabib f'darek jekk il-kundizzjoni tieghek ma tippermettix li inti tigi fic-Centru tas-Sahha

tinghata preferenza fil-kju jekk ikollok karta specjali, bhal:

*Kartanzjan 75+

*il-karta s-safra ta' Persuni bi bzonnijiet Specjali

*il-karta ta' identita` ta' Care Workers' (mahruga mid-Dipartiment tal-Kura ta' l-Anzjani).

Klinika ta' Screening ghall-Glawkoma

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Screening tests ghall-glawkoma.

Tista' taghmel uzu minn dan is-servizz billi ccempel ic-Centru tas-Sahha biex taghmel appuntament. M'hix mehtiega karta ta' riferiment.

 

L-iscreening huwa mahsub ghal:

persuni ta' 45 sena jew ikbar

persuni ta' 35 sena jew ikbar li jbatu mid-dijabete

persuni ta' 35 sena jew ikbar u li ghandhom fil-familja min hu marid bid-dijabete u/jew glawkoma.

Il-klinika tkun miftuha nhar ta' Erbgha mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Int ghandek tistenna li:

tinghata appuntament ghall-iscreening fi zmien xahar jew xahrejn

t-test m'ghandux idum aktar minn kwarta

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn kwarta fuq il-hin ta' l-appuntament tieghek.

Klinika tat-Tilqim

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Tilqim kontra mard li jittiehed.

Mhux mehtieg appuntament. Tilqim ghat-tfal skond l-iskeda ta' tilqim kif ukoll tilqim rakkomandat mid-Dipartiment ghal dawk in-nies meqjusa li huma f'riskju jinghataw b'xejn. Jista' jintalab xi hlas ghal tilqim li jinghata ghall-ivvjaggar.

 

Dawn li gejjin huma intitolati ghal servizz b'xejn:

trabi tat-twelid (skond l-iskeda tat-tilqim)

tfal ta' l-iskola (koordinati mis-Servizzi tas-Sahha fl-Iskejjel)

dawk li jiehdu d-droga fil-vina

pazjenti b'mard kroniku

impjegati fis-servizzi tal-kura tas-sahha

missjunarji u voluntiera f'pajjizi ta' riskju gholi

emofilijaci

persuni li jkollhom bzonn servizz ta' screening.

 

Tfal li jitilfu t-tilqima ghal Epatite B u MMR mill-iskola jistghu jiehdu t-tilqima fil-klinika.

 

Bhala genitur jew tutur legali, inti responsabbli biex tiehu 'l uliedek ghat-tilqim skond l-eta`, kif specifikata fl-iskeda mahruga mid-dipartiment.

 

Tinsiex iggib mieghek ir-record card tat-tilqim ghall-infermiera biex toggornaha. Jekk qed iggib 'l uliedek ghall-ewwel tilqima, jekk joghgbok gib mieghek kopja tac-certifikat tat-twelid taghhom.

 

Jekk taghzel li tlaqqam lit-tfal tieghek privatament, jekk joghgbok gharraf lid-Dipartiment.

Il-klinika tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u nhar ta' Sibt bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar.

Int ghandek tistenna li:

tinghata parir tajjeb fuq it-tilqim li ghandek bzonn.

Klinika ta' Konsulta Medika

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Konsulta medika.

Tista' taghmel uzu mis-servizzi taghna jekk inti tkun referut ghal konsulta medika minn tabib tac-Centru tas-Sahha jew minn tabib privat.

Il-klinika tkun miftuha nhar ta' Erbgha mit-8.30 a.m. sa nofsinhar u nhar ta' Gimgha mit-8.30a.m. sal-11.00 a.m.

Int ghandek tistenna li:

tinghata appuntament ghal kaz gdid fi zmien xahar

tinghata appuntament ghal follow-up kif ordnat mit-tabib skond il-htiega klinika

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn 20 minuta mill-hin ta' l-appuntament tieghek.

Klinika ta' Skeda V

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Medicini b'xejn ghal kura/kontroll tal-kundizzjonijiet kroniki kif elenkati fi Skeda V ta' l-Att dwar is-Sigurta` Socjali.

 

 

Tista' taghmel uzu mis-servizzi taghna jekk tkun referut mit-tabib tac-Centru tas-Sahha jew tabib privat.

 

Jekk joghgbok cempel ir-reception desk ghal appuntament.

 

Karti ta' l-iSkeda V mahruga mid-Dipartimenti tal-Kirurgija, Ginekologija, Oftalmologija u Psikjatrija fl-Isptar San Luqa jistghu jiggeddu biss mill-istess dipartiment u ma jistghux jiggeddu fic-Centru tas-Sahha.

 

Jekk ghadek tmur il-Klinika fil-Medical Outpatients fl-Isptar San Luqa fuq bazi regolari, il-consultant tieghek ghandu johroglok u jgeddidlek il-Karta tieghek ta' l-iSkeda V fil-Medical Outpatients u mhux iggeddidha fic-Centru tas-Sahha

Il-klinika tkun miftuha nhar ta' Erbgha mill-12.15 p.m. sas-1.00 p.m. u nhar ta' Gimgha mill-11.15 a.m. sas-1.00 p.m.

Int ghandek tistenna li:

tinghata appuntament ghal kaz gdid fi zmien gimgha

applikazzjonijiet godda isiru fi zmien 4 gimghat

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn 30 minuta fuq il-hin ta' l-appuntament tieghek.

 

Appuntamenti ghal tigdid tal-kartuna jistghu jiehdu aktar zmien. B'danakollu, xorta tibqa' intitolat biex tinghata medicini bla hlas sakemm jinhargulek id-dokumenti godda.

 

GHandek tistenna wkoll li consultant physician jiggudika t-talba tieghek ghal jekk intix intitolat u jaghti bidu ghall-procedura mehtiega biex tinhariglek karta ta' l-iSkeda V li tintitolak ghal medicini b'xejn. Ma tkunx tista' tigbor il-medicini bla hlas qabel ma tircievi d-dokumenti.

Klinika ta' l-ECG

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Recording ta' l-electrocardiogram.

Int intitolat biex tintbaghat fil-klinika ta' l-ECG mit-tabib tieghek li jrid jimla nota ta' referenza (DH22), jew mit-tabib tac-Centru tas-Sahha li jrid jimla formola ta' talba ghall-ECG mahruga mic-Centru stess.

 

L-ECG's jittiehdu biss bl-appuntament minbarra f'kazijiet ta' emergenza.

 

Jekk joghgbok cempel ir-reception desk tac-Centru tas-Sahha biex taghmel appuntament.

Il-klinika tkun miftuha kull nhar ta' Erbgha bejn is-7.30 a.m. u s-2.00 p.m.

Int ghandek tistenna li:

tinghata appuntament fi zmien gimgha

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn 15-il minuta fuq il-hin ta' l-appuntament tieghek

wara li jsirlek l-ECG, konsulent mediku jara u jirrapporta l-ECG tieghek fi zmien gimgha.

 

Klinika ta' l-Oftalmija

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Kura ghall-ghajnejn.

Tista' tintbaghat f'din il-klinika mit-tabib tieghek, sew privat kif ukoll tac-Centru tas-Sahha. Tista' wkoll tintbaghat mill-klinika tad-dijabete. Tfal ta' l-iskola jistghu jintbaghtu mis-Servizzi tas-Sahha fl-Iskejjel.

 

Biex taghmel appuntament, ghandek bzonn biljett ta' riferenza. Jekk joghgbok cempel lir-reception tac-Centru tas-Sahha ghal appuntament.

 

Biex tkun intitolat ghal nuccali b'xejn, int mitlub li taghtina l-Formola r-Roza valida mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali. Il-Formola r-Roza u requisition jintbaghtu mbaghad l-Isptar San Luqa u lill-kuntrattur li jipprovdi n-nuccalijiet. F'kaz fejn il-frame li taghzel int ma jkunx wiehed minn dawk li jaghti d-Dipartiment tas-Sahha, inti jkollok thallas id-differenza.

Il-klinika tkun miftuha t-Tnejn, it-Tlieta u nhar ta' Hamis kull hmistax mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m.

Int ghandek tistenna li:

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn 15-il minuta fuq il-hin ta' l-appuntament tieghek

jaghmlulek ezami ta' l-ghajnejn u tal-vista ma kull appuntament

sessjonijiet ta' ezami u trattament idumu bejn 5 u 10 minuti

jekk ghandek il-Karta r-Roza, tkun intitolat ghal nuccali b'xejn mahrug mid-Dipartiment tas-Sahha

tircievi avviz li jghidlek meta ghandek tigbor in-nuccali mic-Centru tas-Sahha.

 

 

Spizerija

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Provvista ta' medicina.

Jekk toqghod fl-inhawi li jaqghu taht ic-Centru tas-Sahha ta' Floriana (ara pagna 2) u int intitolat ghal medicina b'xejn, ahna naghtuk provvista ghal xahrejn, minbarra fil-kazi ta' sedattivi/trankwillanti u dawk l-oggetti li ma jkunux preskritti fuq bazi regolari.

 

Jekk ikollok il-Karta/Formola r-Roza jew il-Karta ta' l-iSkeda V (Karta Safra), int tkun eligibbli ghal medicini b'xejn.

 

Il-medicini ma jistghux jinghataw lill-persuni taht is-sittax-il sena.

 

Jekk tkun se ssiefer u jkollok bzonn provvista ta' aktar minn xahrejn tal-medicini tieghek, ikollok bzonn permess specjali.

 

Medicini bhal antibijotici li jkunu mehtiega urgenti ma jinghatawx jekk ir-ricetta ma jkollhiex id-data ta' dakinhar stess jew l-aktar gurnata qabel. Ir-ricetti l-hodor huma validi ghal xahar biss mid-data ta' meta jinhargu.

 

Xi oggetti specjali jkollhom jittiehdu mill-Isptar San Luqa billi ma jinhaznux fl-Ispizerija taghna.

 

M'ghandekx tigi biex tigbor il-medicini tieghek aktar kmieni minn tlett ijiem qabel id-data miktuba jekk ikollok tiehu provvista ta' xahar, u mhux aktar minn gimgha qabel id-data miktuba jekk ikollok tiehu provvista ta' xahrejn.

L-Ispizerija tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha mit-7.45 a.m. sas-1.30 p.m. u nhar ta' Sibt mit-7.45 a.m. sa nofsinhar.

Int ghandek tistenna li:

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn 30 minuta biex tinqeda

tiehu medicini f'isem tliet persuni ohra, li wahda minnhom tista' tkun int stess. Ikollok tmur fit-tarf tal-kju jekk ikollok bzonn iggib il-medicini ghar-raba' persuna.

 

Jekk ma jkollniex xi oggetti f'din l-ispizerija, ghandek tistenna wkoll li:

tkun tista' tigbor dawn l-oggetti mill-Outpatients' Dispensary ta' l-Isptar San Luqa jew minn Centru tas-Sahha iehor

jekk tippreferi tistenna sakemm ikollna, tinghata formola specjali 'biex tigbor' u ma jkollokx bzonn tistenna fil-kju meta tigi biex tigbor dan l-oggett.

 

 

Klinika ta' l-Fizjoterapija

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Ezamijiet u trattamenti ta' problemi ta' ugigh fil-muskoli u fl-ghadam.

Tista' taghmel uzu mis-servizzi taghna jekk int tkun referut minn tabib tac-Centru tas-Sahha jew mid-Dipartiment tal-Fizjoterapija fl-Isptar San Luqa. It-tabib privat tieghek jista' jibaghtek biss ghal korrimenti fil-ghaksa.

 

Biex tigi jrid ikollok appuntament. Jekk inti gejt referut minn tabib mic-Centru tas-Sahha jew tabib privat tieghek, jekk joghgbok ftiehem fuq appuntament mal-fizjoterapista. Jekk baghtuk mill-Isptar San Luqa, jirrangawlek huma stess ghal appuntament. L-arrangamenti ghal appuntament ta' follow-up isiru direttament mal-fizjoterapista skond kif ikun mehtieg.

Il-klinika tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha bejn is-7.30 a.m. u t-3.00 p.m. u nhar ta' Sibt kull hmistax bejn is-7.30 a.m. u n-12.30 p.m.

Int ghandek tistenna li:

l-fizjoterapisti taghna jezaminaw u jikkuraw il-kundizzjoni tieghek biex jizguraw l-ahjar rizultati possibli. B'danakollu, xorta wahda ma jistax jigi garantit rimedju komplet.

tinghata spjegazzjoni cara ta' xi trattament li jista' jkollok bzonn taghmel id-dar u x'istruzzjonijiet ghandek issegwi

appuntamenti ghal pazjenti li jintbaghtu direttament mic-Centru tas-Sahha isiru fi zmien 10 ijiem

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn 15-il minuta fuq il-hin ta' l-appuntament tieghek.

Klinika ta' l-Podologija

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Trattament ghal kundizzjonijiet fis-sieq, bhal nefha mal-gog tas-subgha l-kbir tas-sieq, kallijiet, problemi tad-dwiefer u ta' l-gharqub.

 

GHal trattament aktar specjalizzat ghandek mnejn tigi referut fid-Dipartiment tad-Podologija fic-Centru tas-Sahha ta' Birkirkara, bhal ma huma t-tnehhija ta' dwiefer u ghazz.

Biex taghmel uzu minn dil-klinika ghandek bzonn ta' appuntament. M'hix mehtiega karta ta' riferiment. Jekk joghgbok cempel ir-reception desk ghal appuntament.

Din il-klinika tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u nhar ta' Sibt mit-8.00 a.m. san-12.30 p.m.

Int ghandek tistenna li:

tinghata appuntament ghal kaz gdid fi zmien gimgha

tinghata appuntament ta' follow-up skond il-htiega klinika

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn 20 minuta fuq il-hin ta' l-appuntament tieghek

sa fejn hu possibli jarak l-istess podologu ghall-appuntament tieghek ta' follow-up

jsirlek qtugh tad-dwiefer tas-swaba tas-saqajn ta' rutina jekk tbati mid-dijabete jew ghandek xi problemi ta' cirkulazzjoni fis-saqajn.

Klinika ta' Servizz Dentali ghall-Iskejjel

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Servizz Dentali li jaghti informazzjoni u parir fuq l'kura dentali hija provduta fl'iskejjel Pubblici, Privati u tal'Knisja.  

Tinghata:
• Struzzjonijet fuq l'Igiene Orali
• Informazzjonifuq id -Dieta
• Informazzjoni fuq il'Fluoride
• informazzjoni kontra tipjip
• Management u Prevenzjoni ta' Trauma Dentali
• Prevenzjoni ta'  Acid Erosion
•  l'importanza ta' Check Ups Dentali regulari
• Servizzi Dentali provduti fis'Settur Pubbliku

Surveys Nazzjonali fuq L'Oral Healthisiru ukoll min din is'sezzjoni.

 

 

 

Kull tip ta kura dentali li jinkludu:

check-ups

qlugh ta' snien

mili tas-snien

braces.

 

Dan is-servizz huwa ghat-tfal:

taht is-16-il sena li jghixu fl-inhawi li jaqghu taht ic-Centru tas-Sahha ta' Floriana (ara pagna 2)

li jintbaghtu minn dentisti mic-Centri tas-Sahha kollha u klinici privati.

 

Tfal li ghalqu s-16-il sena u li ghadhom qed jircievu kura, jkomplu jircievu din il-kura sakemm titlesta.

 

Kazi dentali ta' emergenza jigu ttrattati fil-klinika dentali ghall-iskejjel jew fil-klinika dentali tac-Centru tas-Sahha tal-lokal taghhom.

 

Tfal li jkunu qed jigu fil-klinika ta' servizz dentali ghall-iskejjel jridu jkunu akkumpanjati minn adult ta' 'l fuq minn 18-il sena inkella t-trattament ma jistax jinghata.

 

Kazijiet ta' emergenza dentali huma mitluba li kemm jista' jkun jigu filghodu kmieni. Dan ihaffef l-affarijiet f'kaz li jinqalghu kumplikazzjonijiet waqt il-kura.

 

Jekk joghgbok gharraf lil-klinika ta' servizz dentali (tel 21230826, 21233558) jekk ma tkunx tista' tigi ghall-appuntament.

Il-klinika tkun miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha mis-7.30 a.m. sas-2.30 p.m. u nhar ta' Sibt mis-7.30 a.m. sas-1.00 p.m.

 

Il-klinika specjalizzata tal-konsulent ortodontiku tkun ghas-servizzi kull nhar ta' Gimgha.

Int ghandek tistenna li:

tinghata appuntament ghal check-up u qlugh fi zmien gimgha jew gimghatejn

tinghata appuntament ghal procedura ta' mili fi zmien tmien gimghat

tinghata appuntament ghal ippjanar tat-trattament ortodontiku (Klinika tar-Registratur) fi zmien tmien gimghat

tinghata appuntament mal-igjenista fi zmien gimgha

c-check-up tieghek ma ddumx aktar minn 10 minuti

procedura ta' mili tieghek tiehu bejn ½ siegha sa siegha

tinghata appuntament ghal kaz gdid fi zmien gimgha

il-pazjenti maghzula biex jarahhom il-konsulent ortodontiku mill-Ingilterra jitpoggew fuq waiting list

tfal li ghadhom qed jircievu trattament ortodontiku issirilhom il-vizta kull sitt gimghat.

Klinika Patologika tas-Speech Language

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Ezamijiet, dijanjozi, pronjozi u preparazzjoni ta' programmi ta' kura dwar problemi ta' komunikazzjoni.

Patologi f'dan il-qasam jaraw sew tfal kif ukoll adulti.

Il-klinika hija miftuha mit-Tnejn sal-Gimgha bejn is-7.30 a.m. u t-3.30 p.m.

Din il-klinika ghandha Quality Service Chater taghha. Jekk joghgbok cempel id-Dipartiment Patologiku ta' l-iSpeech Language fuq in-numru tat-telefon 21230822 ghal aktar informazzjoni.

Treatment Room

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Trattament ta' emergenzi

injezzjoni ta' l-insulina ta' kuljum lill-pazjenti bid-dijabete

testijiet u ezamijiet tad-demm

dewwija ta' griehi u tibdil tal-faxex

punti (hjata ta' feriti)

ghoti ta' injezzjonijiet fuq ricetta ta' tabib

ghoti ta' nebuliser therapy (ghall-kura ta' l-azzma).

Tista' taghmel uzu mis-servizzi taghna jekk tkun toqghod fl-inhawi li jaqghu taht ic-Centru tas-Sahha ta' Floriana (ara pagna 2). F'kaz ta' emergenza kulhadd jista' jattendi.

 

Inheggukom biex tmorru fit- Treatment Rooms f'hinijiet specifici kif indikat hawn taht:

*6.30am-7.30am - injezzjonijiet ta' l-insulina

*7.15am-9.00am - testijiet u ezamijiet tad-demm (b'appuntament biss)

*7.30am-8.15am - kazijiet specjali (is-Sibt biss)

*10.00am-7.00pm - tibdil ta' faxex, dewwija ta' griehi, qtugh tal-punti u injezzjonijiet.

 

It-Treatment Room ma tipprovdix dawn is-servizzi barra mill-hin indikat hlief b'arrangamenti specjali ma' l-istaff.

It-Treatment Room hija miftuha 24 siegha kuljum.

 

Inhegguk biex ma tigix ghall-faxxex qabel l-10.00 a.m. jew wara s-7.00 p.m.

Int ghandek tistenna li:

tabib u infermier ikunu dejjem disponibbli

c-Centru tas-Sahha jittratta l-bicca l-kbira ta' kazi ta' emergenza. Inti ghalhekk mitlub li tmur fit-Treatment Room tac-Centru tas-Sahha u mhux fid-Dipartiment ta' l-Emergenza ta' l-Isptar

ma jkollokx bzonn tistenna aktar minn nofs siegha ghal servizzi ohra li m'ghandhomx bzonn appuntament.

Testijiet u investigazzjonijiet tad-demm

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Ezamijiet u testijiet tad-demm.

Tista' tigi rriferut ghat-test tad-demm mit-tabib tieghek, mit-tabib/ konsulent mic-Centru tas-Sahha jew minn xi dipartiment mill-Isptar San Luqa.

 

Ikollok bzonn formola apposta li tinhariglek mit-tabib li jibaghtek.

 

Ikun mehtieg appuntament, ghalhekk jekk joghgbok dejjem cempel ic-Centru tas-Sahha qabel ma tigi.

 

Jekk se tattendi ghal appuntament ghall-ezami tad-demm jew xi ezami iehor tal-laboratorju, dejjem ghandek tkun zgur li jkollok il-formoli apposta mimlija kif suppost mit-tabib li jkun baghtek.

 

Tobba privati jistghu jibaghtuk biss ghal certi testijiet. It-tabib privat tieghek ghandu jkun jaf ghal liema testijiet jista' / tista' jibaghtek / tibaghtek.

Inhegguk biex ma tigix minghajr appuntament jekk tkun tehtieg ezami tad-demm jew ta' l-urina.

Int ghandek tistenna li:

tinghata appuntament fi zmien hamest ijiem.

Well Baby Clinic

Servizzi

Eligibilita` u dhul

Hinijiet tal-ftuh

X'ghandek tistenna

Iccekkjar u zamma ta' record ta' l-izvilupp tat-trabi u pariri fuq it-tilqim u n-nutriment.

Wara l-hlas, tintbaghat f'din il-klinika mill-Post-Natal Ward mill-Isptar San Luqa. Jekk it-tarbija tieghek tkun twieldet fi klinika privata jew sptar privat, xorta wahda tista' ccempel ic-Centru tas-Sahha ghal appuntament.

 

Vizti ta' rutina huma necessarji meta t-trabi jkollhom dawn l-etajiet:

6 -8 gimghat

8 xhur

18-il xahar.

 

GHandek bzonn appuntament biex tattendi ghal dawn il-vizti. Kellem lill-istaff tal-klinika nhar ta' Tlieta biex taghmel appuntament. L-ezami ta' meta jkollhom 6-8 gimghat normalment ikun ibbukkjat fl-istess gurnata ta' l-ezami ta' wara l-hlas ta' l-omm.

 

Tghinna hafna jekk iggib mieghek il-'Baby's Book' li jaghtuk mill-Post Natal Ward. GHall-ewwel vizta gib mieghek ukoll certifikat tat-twelid tat-tarbija tieghek.

Din il-klinika tkun miftuha nhar ta' Tlieta mis-7.30 a.m. sat-3.00 p.m.

 

Il-genituri jistghu jigu jiznu lit-trabi taghhom kull nhar ta' Tlieta bejn nofsinhar u s-2.00 p.m.

Int ghandek tistenna li:

tinghata appuntament fi zmien gimgha.

 

Jekk it-tarbija tieghek tehtieg ezamijiet regolari, ghandek tistenna li jistidnuk tattendi l-klinika aktar ta' spiss.

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz li tajniek

Jekk ghandek taghmel xi lment dwar is-servizzi taghna, l-ahjar li l-ewwel tkellem lin-nies li pprovdew is-servizz, in-nursing officer jew l-ufficjal mediku anzjan fic-Centru tas-Sahha jew min jigi warajhom. Dan hu l-mod li bih jigu solvuti hafna mill-kwistjonijiet.

Jekk trid tibqa’ ssegwi l-kwistjoni, tista’ tipprezenta lment formali. Jekk joghgbok ikteb lill-Principal Medical Officer f'dan l-indirizz:

 

Dipartiment tal-Kura Primarja

7, Harper Lane

Floriana VLT 14

 

Ahna ninvestigaw dak li jkun gara u nohorgu rapport li jaghti spjegazzjoni ta’ kif qeghdin nittrattaw il-kaz tieghek.

Ghandek tistenna li tinghata rcevuta ta’ l-ilment tieghek fi zmien sebat ijiem. Nippruvaw li nirrangaw il-kwistjoni malajr kemm jista’ jkun. GHandek tistenna li tircievi rapport fuq il-kaz tieghek fi zmien xahar.

Cirkustanzi eccezzjonali jistghu jzommuna milli naghtuk twegiba sodisfacenti saz-zmien stipolat. F’dan il-kaz il-Principal Medical Officer jaghtik spjegazzjoni tar-ragunijiet tad-dewmien u jindika meta ghandek tircievi twegiba shiha.

Jekk ma tkunx sodisfatt bir-rapport ta’ l-ilment ta’ l-ufficjal, u specjalment jekk l-ilment tieghek jinvolvi gudizzju kliniku, tkun tista’ tirreferi l-kwistjoni lid-Direttur, Kura Primarja.

Jekk tibqa’ ma tkunx sodisfatt b’dak li jirrizulta mill-ilment tieghek, tkun tista’ tiehu l-kwistjoni quddiem l-Ombudsman. Tista’ tindirizza wkoll is-suggerimenti u l-ilmenti tieghek lill-Customer Care Service tal-Ministeru tas-Sahha, li mbaghad jghaddihomlna.

Ahna niehdu l-ilmenti tieghek bis-serjeta` u naghmlu mill-ahjar li nistghu biex nissodisfawk fil-kwistjoni.

Kull informazzjoni f'dan il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Informazzjoni aggornata tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit.

 

L-ewwel pubblikazzjoni Gunju 1999

 

Novembru 2002

 

 

Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM

http://www.servicecharters.gov.mt

Stampar, Stamperija tal-Gvern