Quality Service Charter ghac-Centru ta' l-Ezamijiet f'Ghawdex

Werrej

Dan ic-charter

Kif tista' tikkuntattjana

Hinijiet tal-ftuh

Informazzjoni protetta

Is-servizzi taghna

Servizzi ghal persuni bi bzonnijiet specjali

Parir ghall-istudenti

Kif tista' tghinna

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Nitghallmu minghandek!

 

 

Dan ic-Charter

Ic-Centru ta' l-Ezamijiet f'Ghawdex jaghti numru ta' servizzi dirett lill-istudenti. Dan ic-Centru jipprocessa applikazzjonijiet ghall-ezamijiet, jippubblika rizultati ta' ezamijiet lokali pubblici u johrog certifikati. Dan ic-Centru jaghti wkoll access ghal sillabi u 'past papers' kif ukoll jaghti pariri lill-istudenti. Ahna nimmiraw li naghtu opportunitajiet indaqs lil kulhadd u ghalhekk isiru arrangamenti specjali ghal persuni bi bzonnijiet specjali.

 

Kif tista' tikkuntattjana

Inti tista' tikkuntattjana billi:

  • tigi personalment jew tiktbilna f'dan l-indirizz:

Centru ta' l-Ezamijiet

Triq Fortunato Mizzi

Victoria VCT 102

Ghawdex

  • ccemplilna fuq: 21556287, 21558341

  • tibaghtilna fax fuq: 21558326

  • tibaghtilna e-mail fuq: examsgozo@gov.mt

  • tidhol fuq il-website tad-Dipartiment: exams.gov.mt.

Meta tikkuntattjana, ghandek tistenna li:

  • naqduk fil-pront, b'edukazzjoni u b'rispett

  • nizgurawk li n-Notice Board tinzamm aggornata.

Meta tigi l-ufficcju taghna ghandek tistenna li:

  • naqduk f'ambjent nadif u li jilqghek

  • naqduk fi 15-il minuta.

Meta ccemplilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nirrisponduk fil-pront

  • nghidulek isimna.

Meta tibaghtilna e-mail, ghandek tistenna li ahna:

  • nibaghtulek risposta fi zmien gurnata tax-xoghol minn meta nircievu l-e-mail tieghek

  • nibaghtulek risposta fi zmien hamest ijiem tax-xoghol ghal kull korrispondenza ohra.

Meta titlob ghal appuntament, ghandek tistenna li ahna:

  • nibaghtulek appuntament bil-posta fi zmien hamest ijiem tax-xoghol minn meta nircievu t-telefonata tieghek.

Meta naghtuk xi informazzjoni, ghandek tistenna li ahna:

  • naghtuk informazzjoni korretta u l-izjed aggornata.

 

Hinijiet tal-ftuh

Ahna nkunu miftuhin mit-Tnejn sal-Gimgha f'dawn il-hinijiet:

1 ta' Ottubru - 15 ta' Gunju

7.15 am - 4.45pm

16 ta' Gunju - 30 ta' Settembru

7.00 am - 1.00 pm

 

Informazzjoni protetta

Informazzjoni personali moghtija hija protetta u tintuza skond l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data 2001.

 

Is-servizzi taghna

Applikazzjonijiet ghall-ezamijiet

Ghal-liema ezamijiet tista' napplika?

Inti tista' tapplika ghal dawn l-ezamijiet:

  • dawk mahruga minn skejjel barranin (University of London, Associated Examination Board AEB; London Chamber of Commerce, etc)

  • dawk mahruga minn skejjel Maltin (Matsec)

  • ezamijiet Lokali Pubblici (skrivani fis-Servizz Pubbliku); Ezamijiet ta' Intra-Service; Engine Drivers (Land); Licenzja A u B kif ukoll ezamijiet ohra li johorgu fil-Gazzetta tal-Gvern).

 

Kif nsir naf meta ghandi napplika?

Ahna ngharrfuk kif ghandek tapplika ghall-ezamijiet billi:

  • npoggu l-informazzjoni fin-Notice Board li tinsab fic-Centru

  • ninfurmaw fl-iskejjel kollha

  • nohorgu avvizi fuq l-istazzjonijiet tar-radio lokali

  • nohorgu avvizi fil-Gazzetta tal-Gvern

  • ninfurmaw lill-Kunsilli Lokali

 

Kif nista' napplika?

  • tigbor formola ta' applikazzjoni mic-Centru jew tistampaha minn fuq il-website

  • tigbor applikazzjonijiet ghall-ezamijiet ta' l-iskola mill-iskejjel stess

  • thalli l-applikazzjoni tieghek fic-Centru. Tista' wkoll tibghat lil haddiehor f'ismek. Ara li tkun imlejt sew l-applikazzjoni u ffirmajtha

  • naghtuk ircevuta temporanja wara li tkun tajtna l-applikazzjoni tieghek

  • meta tapplika ghall-ezamijiet pubblici lokali, nitolbuk biex iggib mieghek dokumenti ohra bhalma huma certifikat ta' kondotta mahrug mill-pulizija, karta tar-rizultati ta' l-ezamijiet, karta ufficcjali ta' l-identita' tieghek u xi informazzjoni ohra relatata li tkun mitluba fil-harga ghall-applikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern

  • ikollok bzonn iggib mieghek il-karta ufficcjali ta' l-identità tieghek biex toqghod ghall-ezami. Jekk inti ma ghandekx wahda, jekk joghgbok ghidilna. Ikollna bzonn minghandek ritratt daqs ta' passaport (li jkun iccertifikat u identifikat tajjeb), biex b'hekk inkunu nistghu nohorgulek karta ta' l-identità li tista' tintuza waqt l-ezamijiet.

 

X'jigri wara li tapplika?

Ezamijiet ta' skejjel lokali u barranin

Fi zmien sitt ijiem tax-xoghol minn meta tkun tajt l-applikazzjoni tieghek, nibghatulek invoice fejn ikollok miktub l-ammont li trid thallas ghall-ezami. Jekk joghgbok iccekkja sew id-dettalji fuq l-invoice. Ghandek tikkuntattja lic-Centru kemm-il darba ma tircevix l-invoice fiz-zmien stipulat.

Inti tista' thallas fi kwalunkwe fergha ta' l-HSBC jew il-Bank of Valletta fi zmien gimgha. Hu l-invoice mieghek. Tinghatalek ricevuta mill-bank hekk kif thallas.

Ikollok bzonn il-karta ta' l-identita' tieghek fil-gurnata ta' l-ezami.

Ma tistax idahhal il-mobile phone fis-sala ta’ l-ezamijiet.

 

Access ghas-sillabi u past-papers ta' l-ezamijiet

Kif ghandi nirreferi ghas-sillabi u l-past-papers?

Meta tigi c-Centru, tista' taghti daqqa t'ghajn lejn is-sillabi ta' kwalunkwe suggett. Tista' taghmel uzu wkoll minn librerija li fiha riferenza ghal-'past papers' ta' l-ezamijiet.

 

Rizultati

Ahna nippubblikaw ir-rizultati ta' l-ezamijiet lokali pubblici. Dawn jitwahhlu man-Notice Board li tinsab fic-Centru fl-istess gurnata li jkunu nhargu f'Malta.

 

Nista' napplika ghal revizjoni tal-karta ta' l-ezami?

Jekk ma tkunx sodisfatt bir-rizultat tieghek, tista' titlob lil Bord ta' l-Ezamijiet biex issirlek revizjoni tal-karta ta' l-ezami. Meta tigi fic-Centru nuruk pass pass kif ghandek taghmel. Il-procedura tvarja skond il-Bord li jiggverna l-ezamijiet.

Dan is-servizz jinghata bi hlas, u dan jigi rifondut lilek kemm-il darba li jinghatalek grad aktar gholi.

 

Certifikati

Liema certifikati nista' ngib mic-Centru?

Inti tista' tigbor certifikati kemm ta' skejjel lokali kif ukoll dawk barranin mic-Centru.

 

Kif inkun naf meta nista' nigbor ic-certifikati?

Ahna nwahhlu l-informazzjoni fuq in-Notice Board fic-Centru u navzaw lill-iskejjel sabiex jgharrfuk meta tista' tigbor ic-certifikat/i. Ikun hemm ukoll avvizi fuq ir-Radju u fil-Gazzetti.

Ikollok bzonn tiehu mieghek il-karta ta' l-identita' u n-nota tar-rizultat biex tkun tista' tigbor ic-certifikat/i. Il-genituri tieghek jistghu jigbru f'ismek ic-certifikat/i tieghek kemm-il darba jgibu maghhom il-karta ta' l-identita' tieghek u taghhom flimkien man-nota tar-rizultati. Ikun jinhtieg li jiffirmaw formola ta' l-ircevuta tac-certifikat/i tieghek.

 

X'jigri jekk titlef ic-certifikat?

Jekk titlef ic-certifikat mahrug minn skola barranija, ahna nkunu nistghu norhorgulek wiehed provizorju. Kull ma trid taghmel hu li tigi c-Centru u:

  • taghtina d-dettalji ta' l-ezami

  • tinsiex iggib mieghek il-karta ta' l-identita'.

Ahna:

  • nohorgulek certifikat provizorju fi zmien tmint ijiem tax-xoghol minn meta tkun ghamilt it-talba

  • naghtuk ic-certifikat minghajr hlas.

Jekk tkun trid li tbiddel ic-certifikat mitluf jew misruq ma certifikat originali, tkun trid tikteb lil Bord ta' l-Ezamijiet koncernat. Ahna nibaghtu t-talba tieghek f'ismek. Ghal dan isir xi hlas li jvarja skond il-Bord koncernat.

 

Servizzi ghal persuni bi bzonn specjali

X'arrangamenti jistghu jsiru ghal persuni bi bzonn specjali?

Ahna nistghu naghmlu arrangamenti specjali ghal persuni bi bzonnijiet specjali. Ahna naghmlu mill-ahjar biex tinghatalek attenzjoni specjali sabiex tkun moqdi bl-ahjar mod possibbli.

Jekk joghgbok infurmana bil-bzonnijiet tieghek meta tigi tapplika ghall-ezamijiet. Ikollna bzonn naraw certifikat minghand tabib tieghek fejn jindika l-bzonnijiet specjali tieghek.

 

Parir lill-istudenti

Ahna nkunu dejjem ghad-disposizzjoni taghkom meta jkun jinhtieg il-parir taghna. Ahna nzuru wkoll skejjel sekondarji biex inwasslu informazzjoni. Ahna nwiegbu mistoqsijiet li taghmlulna u niggwidawkom kif tippreparaw lilkom infuskom ghall-ezamijiet.

 

Kif tista' tghinna

Inti tista' tghinna naghtuk servizz ahjar billi:

  • tkun edukat/a u ta' ghajnuna ma' l-istaff taghna kollu

  • ggib mieghek il-karta ta' l-identita' meta tigi c-Centru

  • timla l-formoli ta' l-applikazzjonijiet b'mod car u b'ittri kbar

  • taghtina informazzjoni minghajr zbalji u aggornata meta tkun qed timla l-formola ta' l-applikazzjoni

  • taghtina kull informazzjoni u dokumenti ohra relevanti meta dawn jigu mitluba

  • tapplika ghall-ezamijiet fil-hin

  • taqra sew l-istruzzjonijiet ta' l-ezamijiet kif ukoll it-timetable mibghuta lilek

  • taqra l-informazzjoni li tinsab fuq in-Notice Board tac-Centru.

 

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Jekk tahseb li ahna b'xi mod ma lhaqniex il-livell ta' servizz imwieghed u trid taghmel ilment, tista' tikteb f'dan l-indirizz:

 

L-Ufficcjal inkarigat

Centru ta' l-Ezamijiet

Triq Fortunato Mizzi

Victoria VCT 102

Ghawdex

 

Jew tibghat email fuq: examsgozo@gov.mt

Ahna ngharrfuk fi zmien hamest ijiem tax-xoghol li rcevejna l-ilment tieghek u nibghatulek twegiba fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol.

Inti tista' taghmel l-ilment tieghek, suggeriment jew tistaqsi mistoqsija billi taghmel access ghal Customer Care System fuq www.servizz.gov.mt.

 

Nitghallmu minghandek!

Ahna kontinwament qed naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista' jghinna ntejbu s-servizz taghna. Jekk joghgbok, aghtina l-kummenti tieghek billi timla feedback form u tpoggieha fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghamilna apposta fl-ufficcju taghna, jew tibghata bil-posta.

Kull informazzjoni f'dan il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Aktar informazzjoni tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit u fuq dik tal-Ministeru ghall-Ghawdex.

 

L-ewwel pubblikazzjoni Gunju 1999

Awissu 2004

 

 

 

Ippubblikat mic-Charter Support Unit, OPM

http://www.servicecharters.gov.mt

Stampar, Stamperija tal-Gvern