|
Quality Service Charter ghal
Partecipazzjoni f'Korsijiet ghall-Adulti u ta' Filghaxija
Werrej
Dan
ic-Charter
Kif
tista' Tikkuntattjana X'ihnuma
s-servizzi li jaqghu taht dan ic-Charter? Ghal
iktar informazzjoni X'ghandek
tiftakar Kif
taghmel ilment Ghandna
bzonn nisimghu minghandek!
Dan
ic-Charter
It-Taqsima ghal
Edukazzjoni Tul il-Hajja taghmel parti mid-Dipartiment ta’ l-iStudji
Post-Sekondarji u Edukazzjoni ghall-Adulti. Ix-xoghol ta’ din
it-Taqsima hu li thaddem u tipprovdi korsijiet edukattivi,
vokazzjonali u kulturali ghal nies ta’ kull eta’ u minn kull qasam
tal-hajja.
Din it-Taqsima
taghmilha possibbli ghal kulhadd biex ikun jista’ jizviluppa u
jtejjeb il-kapacitajiet tieghu, izid it-talenti jew snajja tieghu,
jitghallem kapacitajiet cgodda jew itejjeb il-livell ta’ hajja
tieghu permezz ta’ edukazzjoni dejjiema u korsijiet varji.
Dan ic-Charter huwa
l-weghda taghna lejk. Fih ghandek issib informazzjoni fuq il-livell ta’
servizz li ghandek tistenna li ntuk meta int tapplika ghall-korsijiet
ta’ l-adulti u ta’ filghaxija organizzati minna.
Ghal iktar
informazzjoni, jekk joghgbok irreferi ghall-Prospectus tal-korsijiet
ghall-Adulti u ta’ filghaxija. F’dan ic-Charter hekk iktar
dettalji dwar kif tista’ tikseb kopja ta’ dan il-prospectus.
Kif
tista' tikkuntattjana
Id-dipartiment taghna
jinsab il-Floriana. Int tista’:
- tigi personalment jew tiktbilna f’dan
l-indirizz
Taqsima
ghall-Edukazzjoni Dejjiema
Dipartimenti ta’
l-iStudji Post-Sekondarji u Edukazzjoni ghall-Adulti
DiviZjoni ta’ l-Edukazzjoni
Floriana CMR 02
Il-hinijiet tal-ftuh
taghna huma hekk:
- fix-xitwa (mill-1el ta’ Ottubru
sal-15 ta’ Gunju) mit-Tnejn sal-Gimgha mit-7:45 am san-12:30 am
u mis-1:15 pm sal 5:15 pm
- fis-sajf (mis-16 ta’ Gunju sat-30
ta’ Settembru) mit-Tnejn sal-Gimgha mis-7:30 am sas-1:30 pm
X’inhuma
s-servizzi li jaqghu taht dan ic-Charter?
Korsijiet ghall-Adulti
Ahna noffru ghazla
kbira ta’ korsijiet li ghandhom jolqtu interessi varji. Il-korijiet
ivarjaw minn dawk akkademici, li jkopru kwazi s-suggetti kollha
mghallma fl-iskejjel sekondarji, ghal dawk ta’ elettriku u
mekkanika, kif ukoll suggetti kulturali u ta’ passatemp.
Il-korsijiet
ghall-Adulti u ta’ filghaxija jibdew f’Ottubru u jispiccaw f’Mejju
hlief ghal dawk il-korsijiet li jwassluk ghal ezami ta’ barra. F’dan
il-kaz il-kors jispicca malli jsir l-ezami, f’Gunju. Il-lezzjonijiet
isiru darba jew darbtejn fil-gimgha wara l-5 ta’ filghaxija u huma
mfassla b’tali mod illi int tkun tista’ tattendi ghal aktar minn
kors wiehed. Ikun hemm, izda, lezzjonijiet zejda ghal teorija u
prattika ghal certu suggetti. Nitolbuk tifhem illi l-korsijiet
jinfethu biss jekk kemm il-darba jkun hemm l-ghalliema kif ukoll bizzejjed
partecipanti.
Dawn il-lezzjonijiet
isiru f’numru ta’ skejjel ta’ l-iStat, f’postijiet kemm jista’
jkun centrali f’Malta u Ghawdex. Ghandna wkoll skejjel tad-Drama,
Arti u Muzika u dalwaqt inkunu nistghu noffru distant learning
courses.
Kif ghandek napplika?
Il-formoli ta’
l-applikazzjoni jinkisbu mid-dipartiment u minn kull kunsill lokali.
Tista’ wkoll tnizzel il-formola mill-website taghna http://www.education.gov.mt/edu/studies_adult.htm
Tista’ tibghat
l-applikazzjoni ghall-korsijiet ghall-adulti bejn is-27 ta’
Awissu u l-14 ta’ Settembru bejn it-8:30 am u nofsinhar. Tista’
tapplika billi:
- ccempel fuq 235 356
- timposta l-formola f’dan l-indirizz
Sezzjoni ta’
l-Edukazzjoni ghall-Adulti u Korsijiet ta’ Filghaxija
Ufficju nru. 327,
Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni
Floriana CMR 02
- tibghat l-applikazzjoni bil-fax fuq
numru 251 476/239 842
- thalliha ma’ l-Ufficcju taghna
tal-Customer Care.
Ahna nhegguk tapplika
minn fuq it-telefon. Fil-fatt Zidna n-numru ta’ linji tat-telefon
biex int tkun tista’ tinqeda ahjar.
Jekk tixtieq tapplika
ghal xi wiehed mill-korsijiet li jkun hemm fic-Centri f’Ghawdex,
igbor applikazzjoni mill-Ufficcju ta’ l-Edukazzjoni, Rabat, Ghawdex.
Meta tkun imlejtha, l-applikazzjoni tista’ thalliha fl-istess
indirizz. Fl-ahhar ta’ Awissu ahna nirreklamaw fuq ir-radju u
fil-gazzetti li jkunu fethu l-applikazzjonijiet. L-iStazzjon televiZiv
immexxi mid-dipartiment taghna, l-Education 22 ixandar ukoll
informazzjoni dwar il-korsijiet ta’ Edukazzjoni ghall-Adulti.
Meta tapplika - l-iStandards taghna
Meta tapplika ghal xi
kors, ghandek tistenna li ahna:
- nibaghtulek nota ta’
registrazzjoni fi Zmien jumejn tax-xoghol minn meta tkun ghamilt
l-applikazzjoni tieghek
- nkunu edukati u ta’ ghajnuna f’kull
hin
- nidentifikaw irwiehna billi nilbsu
uniformi u karti ta’ identita’
Meta tapplika billi
ccempel fuq in-numru 235 356, ghandek tistenna li ahna:
- nwiegbu t-telefonata tieghek wara
tliet cempiliet
- nkunu edukati u ta’ ghajnuna f’kull
hin
Jekk ma jkunx hemm post
ghal dak il-kors li tkun ghazilt ahna nibaghtu nghidulek, fi zmien
jumejn tax-xoghol, illi ismek tpogga fuq lista ta’ stennija. Jekk
jitbattal xi post, ahna nibaghtulek nota ta’ registrazzjoni, hekk
kif ikun imiss lilek.
X’ihnu l-hlas
ghall-korsijiet?
Kif tibghat
l-applikazzjoni, ahna niprocessawha u nibaghtulek nota ta’
registrazzjoni bl-informazzjoni kollha. Int tista’
- tiehu din in-nota f’xi fergha
tal-Bank of Valetta hew HSBC u thallas hemmhekk jew
- tibghat cekk f’isem id-Direttur
Generali, DiviZjoni ta’ l-Edukazzjoni.
- tibghatilna n-nota ta’ direct
debit li ssib fuq in-naha t’isfel tan-nota ta’
registrazzjoni
Jekk joghgbok ftakar
illi jekk int ma thallasx fi zmien 7 ijiem minn meta tircievi n-nota
ta’ registrazzjoni, l-applikazzjoni tieghek taqa’ awtomatikament.
Ghal lista shiha ta’
prezzijiet tal-korsijiet ghall-Adulti, jekk joghgbok irreferi
ghall-Prospectus ta’ l-Edukazzjoni ghall-Adulti.
Ghal
iktar informazzjoni
Bhala student ghandek
id-dritt li tikseb, b’xejn, informzzjoni shiha dwar il-korsijiet li
tista’ taghzel minnhom. Tista’ tistaqsi dwar dawn il-korsijiet
billi tigi d-dipartiment taghna jew iccemplilna fuq 226 012 jew 251
476. Il-prospectus ta’ l-Edukazzjoni ghall-Adulti u korsijiet ta’
Filghaxija jista’ jinkiseb
- mid-dipartiment
- minn fuq il-website http/www.education.gov.mt/edu/studies_adult.htm
- mill-kunsilli lokali kollha
- mill-libreriji tad-distrett.
Informazzjoni dwar
il-korsijiet li jsiru Ghawdex tinghata mill-ufficjal inkarigat fuq
in-numru tat-telefon 562 433.
X’ghandek
tiftakar
Tista’ tghinna ntuk
servizz ta’ kwalita’ jekk:
- tapplika kmieni u tevita li thalli
ghall-ahhar gurnata jew tnejn
- ma tapplikax ghal xi kors li tkun
diga attendejt ghalih qabel
- turi edukazzjoni u kortesija ma’
l-istaff taghna
- taghtina kull informazzjoni li ahna
nkunu nehtiegu
Kif
taghmel ilment
Jekk tahseb li ahna b’xi
mod inqasna milli ntuk il-livell ta’ servizz li ahna weghidnik f’dak
li ghandu x’jaqsam mas-servizzi nkluzi f’dan ic-Charter, jew jekk
b’xi mod ma tkunx sodisfatt/a bis-servizz taghna, jekk joghgbok
ikteb lil:
Assistent Direttur
Taqsima
Ghall-Edukazzjoni Dejjiema
Dipartiment
ghall-iStudji Post-Sekondarji u Edukazzjoni ghall-Adulti
DiviZjoni ta’ l-Edukazzjoni
Floriana CMR 02
Fi zmien tlitt ijiem
tax-xoghol minn meta nkunu rcevejna l-ilment tieghek, ghandek tircievi
nota minghandna li turi li l-ilment tieghek ikun wasal. Twegiba shiha,
mbaghad, tirceviha fi zmien 10 ijiem tax-xoghol minn meta tkun
ircevejt in-nota.
Ghandna
bzonn nisimghu minghandek!
Ahna kontinwament qed
naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet
tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista’
jghinna ntejbu s-servizz taghna. Jekk joghgbok, tina l-kummenti
tieghek billi timla fedback form u thallihielna fil-kaxxa
tas-suggerimenti li ghamilna apposta fl-ufficcju tal-Customer Care
tad-dipartiment taghna.
Kull informazzjoni f’dan
il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Taghrif aggornat
jinsab fuq il-website tad-dipartiment.
Awwissu 2001
Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM
Stampar, Stamperija tal-Gvern
Fotografija, DOI
Imla
il-Feedback Form
|