Quality Service
Charter ghad-Dipartiment ghall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita'
Werrej
Taghrif Generali
Servizz
tat-Telecare
Servizz
tal-Handyman
Assistenza lil Persuni bi Problemi ta Inkontinenza
Servizz ta Ghajnuna fid-Dar
Centri ta matul il-jum
Kartanzjan
Servizzi ohra
Taghrif Generali
F'dan id-dipartiment ahna nipprovdu ghajnuna fil-kommunità
lill-anzjani u persuni bdizabilità. Ahna nemmnu li hafna nies jippreferu ghajnuna
fdarhom stess minn ghajnuna moghtija fi djar residenzjali jew sptarijiet. Ahna
noffru:
- Servizz tat-Telecare
- Servizz tal-Handyman
- Assistenza lill-persuni bi problemi ta inkontinenza
- Servizz ta ghajnuna fid-dar
- Centri ta matul il-jum
- Kartanzjan
- servizzi ohra.
Fejn nista
nsibkom?
Ahna miftuhin mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00 a.m. sal-4.00 p.m.
fix-xitwa, u mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. fis-sajf. L-istaff taghna dejjem lest li
jghinek.
Inti tista tigbor formola ta l-applikazzjoni ghal dawn
is-servizzi minghand Servizz Anzjan, mill-ufficcji distrettwali tas-Sigurtà Socjali u
mill-Kunsilli Lokali. Jekk tippreferi tista ccemplilna u ahna nibaghtulek bil-posta
l-formoli li jkollok bzonn.
L-indirizz u n-numru tat-telefon taghna
huma:
Servizz Anzjan
475, Triq San Guzepp
Santa Venera HMR 18
Tel: 484112/5
Xservizz ghandi nistenna minn
ghandkom?
Meta tikkuntattjana jew tigi zzurna ghandek tistenna li ahna nzommu
kollox kunfidenzjali. L-istaff taghna ghandu l-impenn li:
- juri kortezija u gentilezza
- juri li jaghti kas u li jifhem
- juri rispett
- jkun car, ta ghajnuna u efficjenti meta
jaqdik.
Xnista naghmel meta jkolli xi lment jew
suggeriment?
Ahna nilqghu minn ghandkom kull rispons - kif ukoll l-ilmenti taghkom -
billi dan jghinna ntejbu l-livell tas-servizz taghna. Inti tista taghmel dan
billi:
- tiktbilna
- timla l-feedback form
- iccemplilna.
Ahna niggarantulek li nzommu kollox kunfidenzjali u nirrispettaw
il-privatezza tieghek.
Fkaz ta lment ahna nibaghtulek ircevuta fi zmien jumejn
ta xoghol; imbaghad ghandek tistenna li jkollok risposta fi zmien ghaxart ijiem
ta xoghol minn meta tkun intbaghtet l-ircevuta. Jekk ikun hemm xi dewmien ahna
nikkuntattjawk u ngharrfuk meta nkunu nistghu nibaghtulek twegiba shiha.
Jekk tkun trid taghmel xi lment bil-kitba ghandek tindirrizzah lil
Servizz Anzjan fl-indirizz ta hawn fuq.
Jekk tkun segwejt din il-procedura izda tibqa mhux sodisfatt/a
bir-rizultat tista tikteb lil:
Id-Direttur
Dipartiment ghall-Kura ta
l-Anzjani
469, Triq San Guzepp
Santa Venera HMR 18
Servizz
tat-Telecare
Xinhu dan is-servizz?
Ahna noffru s-servizz tat-Telecare flimkien mal-Maltacom. It-Telecare
jahdem billi jkollok telefon specjali (Lifeline) li jkun imqabbad mal-linja normali
tat-telefon. Jekk ikollok bzonn, tkun tista ssejjah ghall-ghajnuna billi taghfas
buttuna.
Il-Maltacom iddahhallek is-sett tat-telefon, u taghtik ukoll pendent
(apparat zghir bbuttuna fih li ggorru mieghek il-hin kollu meta tkun fid-dar).
Bhekk inti jkollok kuntatt dirett mac-Centru Telecare 24 siegha kuljum, sebat ijiem
fil-gimgha. Malli taghfas il-buttuna c-centru jinforma lil min ikollok bzonn (per ezempju
lil xi hadd mill-qraba, hbieb, xi hadd li jkollu c-cavetta tad-dar tieghek jew
tabib).
Min jista japplika ghal dan
is-servizz?
Nies anzjani u persuni bdizabilità jistghu japplikaw ghal dan
is-servizz li jinghata skond il-bzonn ta l-individwu. Huwa mehtieg li t-tabib
tieghek jaghtina xi informazzjoni dwar il-htigijiet medici u socjali tieghek biex ahna
nkunu nistghu nistabbilixxu l-urgenza tal-kaz.
Kemm jiswa dan is-servizz?
Il-hlas ghal dan is-servizz ikopri l-kera ta l-apparat li jigi
installat. Dan ivarja skond l-apparat li inti tkun tehtieg.
Il-hlas jinghadd mal-kera li tkun inkluza fil-kont tat-telefon normali.
Cempel lil Servizz Anzjan ghall-prezzijiet kurrenti.
Tajjeb tkun taf li r-rati huma diga ssussidjati, izda hemm kazi fejn
il-kera tat-Telecare ma tithallasx. GHal aktar informazzjoni cempel lil Servizz Anzjan,
jew lic-Centru Telecare fuq 483600/1.
Xjigri wara li
napplika?
Ahna nibaghtulek ircevuta ta l-applikazzjoni tieghek fi zmien
gimgha. Wara jkollna bzonn niltaqghu biex naraw il-bzonnijiet tieghek.
Matul din il-laqgha ahna:
- naghmlu kuntratt ibbazat fuq l-informazzjoni li tkun tajtna
- nitolbuk id-dettalji ta xi persuni li inti tkun tixtieq li c-Centru Telecare
jikkuntattja fkaz ta emergenza.
Imbaghad il-Maltacom tinstallalek l-apparat
Xghandi nkun naf aktar dwar is-servizz tat-Telecare?
Biex il-Maltacom tkun tista tinstalla l-apparat ikollok bzonn
plakka ta 13-il amp qrib ta fejn tkun trid li s-sett jigi installat.
Jekk ikollok xi hsara fis-sett tat-Telecare jekk joghgbok ikkuntattja
lic-Centru Telecare fuq 483601, 24 siegha kuljum.
Servizz tal-Handyman
Xinhu dan is-servizz?
Ahna nghinu lill-anzjani u persuni bdizabilità billi niehdu
hsieb xi xoghlijiet zghar ta manutenzjoni u tiswijiet fid-dar.
Min jista japplika?
Persuni l fuq minn 60 sena u individwi registrati bhala persuni
bdizabilità jistghu jircievu dan is-servizz.
Hemm xi hlas ghal dan is-servizz?
Inti ma thallasx l-ispejjez tax-xoghol tal-handyman jekk:
- int persuna anzjana li ghandek il-karta r-roza
- int registrat/a bhala persuna bdizabilità
Madanakollu inti xorta jkollok bzonn thallas ghal xi materjal li
jkollok bzonn.
Jekk inti ma tidholx fxi wahda minn dawn il-kategoriji jkollok
thallas ukoll l-ispejjez tax-xoghol. GHandek issib dettalji dwar il-hlas fil-formola
ta l-applikazzjoni. Ir-rati taghna huma kollha ssussidjati.
Ghal aktar informazzjoni cempel lis-Servizz tal-Handyman fuq
242725/6.
Xjigri ladarba nkun applikajt?
Il-handyman icempillek biex jaghtik appuntament, u jigi biex
jaghmillek ix-xoghol fi zmien hamest ijiem mit-talba tieghek. Ahna naghtu priorita` lil
kazi ta emergenza.
Fil-kaz li jinqala xi haga li minhabba fiha l-appuntament ma jkunx
jista jinzamm, ahna ncemplulek biex naghmlu appuntament iehor.
Meta jitlesta x-xoghol inti ghandek thallas lill-handyman
ta l-ispejjez tax-xoghol u/jew tal-materjal mixtri, jekk ikun hemm. Dejjem ara li
tinghata rcevuta.
Assistenza lil Persuni bi Problemi ta Inkontinenza
Xinhu dan is-servizz?
Ahna nipprovdu hrieqi lil persuni bi problemi ta inkontinenza
permezz ta zewg skemi. Skema A hija ghal persuni bdizabilità li ghandhom
inqas minn sittin sena. Skema B hija ghall-anzjani.
Jekk inti persuna bdizabilità li ghandek il-karta ta
l-identità specjali mahruga mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni bDizabilità, inti
jkollok dritt ghal numru limitat ta hrieqi bxejn. Dan l-ammont ikun deciz
skond id-daqs tal-hrieqi li jkollok bzonn, imma ma jistax jaqbez il-112 fix-xahar.
Jekk inti persuna anzjana inti tista tixtri l-hrieqi bi prezz
issussidjat, skond kemm ikollok bzonn. Biex tkun taf il-prezzijiet bhalissa, jekk joghgbok
ikkuntattja lil Servizz Anzjan, jew direttament lill-ufficcjal inkarigat fuq 484846.
Kif nista napplika?
Jekk trid tista tibghat lil xi hadd biex japplika fismek
kemm il-darba din il-persuna ggib maghha l-karta ta l-identità tieghek. Fuq
il-formola t-tabib ghandu jindika li inti ghandek problemi ta inkontinenza. Jekk
qieghed tapplika taht Skema A jkollok bzonn iggib mieghek il-karta ta l-identità
specjali mahruga mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni bDizabilità.
Xjigri wara li napplika?
Jekk tapplika taht Skema A, kull xahar Servizz Anzjan jibghatlek voucher
abjad li tkun tista ssarrfu fi hrieqi matul dak ix-xahar.
Jekk tapplika taht skema B (anzjani), ahna naghtuk karta hadra fi zmien
gimgha mill-applikazzjoni tieghek. Din tintitolak ghal hrieqi ssussidjati. Il-karta
l-hadra tibqa tiswa ghal sentejn.
Kif naghmel uzu minn dan is-servizz?
Inti tista tigbor il-hrieqi mic-centri tat-tqassim taghna. Ahna
ninfurmawk bil-posta dwar il-hinijiet tal-ftuh u l-post fejn jinsabu dawn ic-centri
tat-tqassim. Jekk ikollok bzonn aktar informazzjoni cempel lil Servizz Anzjan jew
lill-ufficcjal inkarigat fuq 484846.
Xirrid naghmel jien meta nuza dan is-servizz?
Inti ghandek tinfurmana minnufih bkull bidla li tista
taffettwa l-applikazzjoni tieghek ghal dan is-servizz. Per ezempju meta:
- tibdel l-indirizz
- jinbidel id-daqs tal-hrieqi li jkollok bzonn tuza
- tinbidel il-kwantità ta hrieqi li jkollok bzonn
- ma jkollokx aktar bzonn is-servizz.
Servizz ta
Ghajnuna fid-Dar
Xinhu dan is-servizz?
Dan is-servizz hu mahsub biex jghin lill-klijenti anzjani u persuni
bdizabilità sabiex ikunu aktar indipendenti fi djarhom.
Is-servizz ta ghajnuna fid-dar jinkludi:
- hasil ta l-art (kamra tas-sodda, kamra tal-banju u kcina)
- tfarfir hafif ta l-ghamara fdawn il-kmamar
- servizzi ohra (bhal qadi, xiri, gbir ta medicina).
Normalment is-servizz jinghata ghal saghtejn fil-gimgha, izda
jista jkun hemm kazi fejn jinghataw aktar sighat skond il-bzonn. GHal aktar
informazzjoni cempel lis-Servizz ta Ghajnuna fid-dar fuq 494690.
Min jista jiehu dan is-servizz?
Din l-iskema hija miftuha ghal persuni ta l fuq minn 60
sena u persuni bdizabilità, izda d-decizjoni tkun fid-diskrezzjoni tal-Bord
ta l-Allokazzjoni.
Xjigri wara li napplika?
Fi zmien sebat ijiem minn meta nircievu l-applikazzjoni ahna ncemplulek
biex inkunu nistghu nitkellmu fuq l-applikazzjoni tieghek.
Wara li nkunu zorniek ahna nipprezentaw rapport lill-Bord ta
l-Allokazzjoni ta l-Ghajnuna fid-Dar, li jiltaqa kull gimghatejn.
Fi zmien tlett ijiem mid-decizjoni tal-Bord ahna ninfurmawk jekk tkunx
ser tinghata servizz.
Jekk l-applikazzjoni tieghek tintlaqa ahna ncemplulek biex
nirrangaw l-ewwel appuntament tieghek ma l-Assistenta Socjali Kazwali.
Xghandi nkun naf aktar dwar dan is-servizz?
Dan is-servizz jinghata bi hlas. Biex tistaqsi dwar il-prezz
tas-servizz bhalissa, cempel lil Servizz Anzjan jew lill-Ufficcjal Inkarigat fuq 494690
jew 441311 ext. 257.
Minn zmien ghal zmien ahna naghmlu zjajjar fid-djar biex naraw
il-kwalità tas-servizz li jkun qieghed jinghata mill-Assistenta Socjali Kazwali.
Ahna ninfurmawk bit-telefon meta l-helper ma tkunx se tigi.
Ahna nircievu bl-akbar kunfidenzjalità kull ilment li jista
jkollok dwar il-helper. Ftakar illi int ghandek kull dritt li tirrifjuta l-helper
tieghek kemm-il darba jkollok raguni valida.
Centri ta matul il-jum
Xinhu dan is-servizz?
Ic-Centri ta matul il-jum huma mahsuba sabiex int tibqa
kemm jista jkun attiv/a fis-socjetà. Dawk li jattendu jigu mhegga jippartecipaw
fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet. Dawn ivarjaw minn dawk edukattivi, socjali, fizici u
kreattivi, ghal hargiet li jsiru kull xahar. Ic-Centri ta matul il-jum minbarra li
jservu ta mezz sabiex l-anzjani ma jhossuhomx wehidhom u maqtughin mis-socjetà,
jistghu jkunu wkoll ta ghajnuna ghall-qraba u ghal dawk li jiehdu hsieb l-anzjani.
Bhalissa dawn ic-Centri jinsabu
gewwa Birkirkara, Dingli, Hamrun, Mtarfa, Qormi, Sliema, Zejtun u Zurrieq.
Min jista japplika?
Persuni li ghandhom aktar minn 60 sena jistghu japplikaw, imma
jista jkun hemm kazijiet ohra li jigu kkunsidrati.
Tinghata prijorità lil persuni
anzjani li jghixu wehidhom, dawk li mhumiex involuti fxi attivitajiet socjali,
u lil dawk il-persuni li jbatu minn xi kundizzjonijiet fejn ikun perikoluz ghalihom li
jqattghu hin twil wehidhom.
Kif nista napplika?
Inti tista tapplika billi tigi fxi wiehed minn dawn
ic-centri jew billi tigbor applikazzjoni kif imsemmi aktar l fuq. GHal dan
is-servizz inti tkun mitlub/a thallas xi haga zghira fix-xahar. GHal aktar informazzjoni
cempel lil Servizz Anzjan jew lill-ufficcjal inkarigat fuq 482063.
Xjigri ladarba napplika?
L-ufficcjal inkarigat mic-Centru ta matul il-jum koncernat
icempillek fi zmien gimgha mill-applikazzjoni tieghek.
Kartanzjan
Matul is-sena li fiha taghlaq 60 inti tircievi l-Kartanzjan bil-posta
minghand Servizz Anzjan jew il-kunsill lokali. Meta taghlaq 75 sena ghandek tircievi
Kartanzjan specjali bil-posta.
Il-Kartanzjan tintitolak ghal rohs fcerti hwienet u fuq servizzi
partikulari. Ghal aktar informazzjoni cempel lil Servizz Anzjan jew lil Kartanzjan fuq
484527.
Jekk il-Kartanzjan tintilef jew titgharraq inti tista titlobna
nibaghtulek wahda gdida.
Servizzi ohra
Meals on Wheels
Il-Maltese Cross Corps jipprovdi lill-anzjani u persuni
bdizabilità ikla shuna fdarhom. Bi prezz issussidjat inwasslulek kuljum ikla
li tkun tikkonsisti fi tliet platti.
Inti tista tapplika jew ghand Servizz Anzjan, jew ghand
il-Maltese Cross Corps fdan l-indirizz:
17, Flat 8, Sidonia Flats
Triq Santa Monika
Guardamangia MSD 07
Tel: 230181
Tnaqqis fir-rata tat-telefon
Inti tista tapplika ghal skont fuq il-kera tat-telefon jekk
ghandek il-Kartanzjan u l-karta r-roza. Ma hemm l-ebda skont fuq it-telefonati.
Jekk joghgbok ftakar li t-telefon ghandu jkun registrat fismek,
ghandu jkun installat fir-residenza principali tieghek u juza linja residenzjali (mhux ta'
hanut jew ufficcju).
Inti tista tapplika ghal dan is-servizz ghand Servizz Anzjan u
ahna ninfurmaw lill-Maltacom. Nitolbukom tifhmu li Servizz Anzjan ma jistax jiggarantixxi
li l-applikazzjoni tigi pprocessata malajr ghaliex dan huwa servizz ipprovdut
mill-Maltacom.
Djar Residenzjali u r-Residenza San Vincenz de Paul
Ghalkemm ahna naghmlu hilitna kollha biex nipprovdu servizzi
fil-kommunità li jghinu lill-anzjani jibqghu jghixu fdarhom, hemm kazi meta jkun
hemm bzonn li l-individwu jidhol fdar ta l-anzjani, jew fir-Residenza San
Vincenz de Paul.
Id-djar residenzjali jinsabu gewwa Bormla, Gzira, Floriana, Mosta,
Msida, Mtarfa u Zejtun.
Fir-Residenza San Vincenz de Paul jiehdu hsieb persuni anzjani bi
problemi ta mobilità u li jinhtiegu aktar kura u attenzjoni.
Huwa possibbli wkoll li tapplika ghal residenza temporanja
fir-residenza San Vincenz de Paule. Dan huwa maghruf bhala Respite Service.
Ikkuntattja lil Servizz Anzjan kemm ghal aktar informazzjoni kif ukoll
biex tapplika.
April 2000
|