Quality Service Charter ghat-Taqsima ta' l-Anzjani u Persuni bi Bzonnijiet Specjali - Ghawdex

 

Werrej

Dan ic-Charter

Kif nista' nikkuntattjakom?

X’servizz ghandi nistenna minn ghandkom?

Servizz ta’ Telecare

Servizz tal-handyman

Assistenza lil Persuni bi Problemi ta’ Inkontinenza

Servizz ta’ Ghajnuna fid-Dar

Centru ta’ matul il-jum

Meals on Wheels

Applikazzjonijiet ghal Karta ta' l-Identitą Specjali ghal Persuni b'Dizabilitą

Jekk ma nkunx sodisfatt/a bis-servizz taghkom

Nista nghaddilkom suggeriment?

 

 

Dan ic-Charter

Bhala Taqsima ta' l-Anzjani u Persuni b'Dizabilita' fid-Dipartiment tal-Customer Services, Ministeru ghal Ghawdex, ahna noffru ghajnuna fil-komunitą lil persuni anzjani u dawk bi bzonnijiet specjali.

Ahna nifhmu illi meta persuna tibda’ tikber, ikollha bzonn ghajnuna kontinwa sabiex tkompli tghix hajja attiva, b’sahhitha u indipendenti. Dan jigri wkoll fil-kaz ta’ persuni b'dizabilita'. Huwa ghalhekk li ahna noffru dawn is-servizzi bi standards ta’ kwalitą:

  • Servizz tat-Telecare
  • Servizz ta’ Handyman
  • Assistenza lil persuna bi problemi ta' inkontinenza
  • Servizz ta’ ghajuna fid-dar
  • Centri ta’ matul il-jum
  • Meals on Wheels
  • Karta ta’ identitą specjali ghal persuni b'dizabilita'

 

Kif nista' nikkuntattjakom?

Ahna nkunu miftuhin mit-Tnejn sal-Gimgha bejn is-7.30a.m. u nofsinhar. u s-Sibt bejn is-7.30a.m. u l-12.00p.m. Jekk tasal wasla sa l-ufficcini taghna jew iccemplilna, wahda mir-rapprezentanti taghna ghas-servizz lill-klijenti tkun lesta biex tghinek u taghtik formoli ta’ applikazzjoni ghas servizzi kollha mnizzla f’dan ic-Charter.

 

L-indirizz taghna u n-numri tat-telefon huma:

Taqsima Anzjani u Persuni bi Bzonnijiet Specjali,

Dipartiment tal-Customer Services,

Pjazza San Frangisk

Rabat VCT102, Ghawdex

Tel: 21557662, 21563043

 

X’servizz ghandi nistenna minn ghandkom?

Meta tikkuntattjana jew tigi zzurna ghandek tistenna li ahna:

 

  • nippruvaw nifhmuk f’kull kaz
  • nkunu edukati u ta’ ghajnuna
  • nirrispettawk
  • nkunu cari u ta' ghajnuna fl-imgiba taghna mieghek
  • naghtuk attenzjoni immedjata f’kull hin.

Int ghandek tistenna wkoll li nzommu kunfidenzjalitą shiha sakemm ma tghidilniex inti.

 

Servizz ta’ Telecare

X’ihnu dan is-servizz?

Ahna noffru s-Servizz tat-Telecare flimkien mal-Maltacom PLC. It-Telecare jahdem billi ninqdew b'telefon specjali (Lifeline) kkonnettjat ma' linja normali tat-telefon. Jekk ikollok bzonn, tkun tista’ ssejjah ghall-ghajnuna billi taghfas buttuna.

Maltacom PLC tistalla l-apparat tat-telefon u taghtik ukoll pendent (apparat ckejken b'buttuna li zzommu fuqek il-hin kollu meta tkun id-dar). B'hekk ikollok kuntatt dirett mac-Centru tat-Telecare 24 siegha kuljum. Malli taghfas il-buttuna c-Centru jgharraf lil persuna li tkun indikajt inti li jkollok bzonn xi ghajnuna (wiehed mill-qraba, hbieb, xi hadd li jkollu c-cavetta ta' darek, it-tabib jew ghajnuna ohra) bl-emergenza.

Min jista' japplika ghal dan is-servizz?

Nies anzjani u persuni b’dizabilitą li huma registrati jistghu japplikaw biex jircievu s-servizz. Igbor formola ta’ l-applikzaajoni mill-ufficcji taghna, imlieha, u ghaddieha li t-tabib tieghek. Huwa necessarju illi t-tabib tieghek jaghtina taghrif dwar il-higijiet medici u socjali tieghek biex inkunu nistghu nistabbilixxu l-urgenza tal-kaz.

Kemm jiswa dan is-servizz?

Il-hlas ghal dan is-servizz ikopri l-kera ta’ l-apparat li jigi installat. Dan ivarja skond l-apparat li inti tkun tenhtieg.

 

Apparat mehtieg

Kera ghal 3 xhur

Lifeline b’kontroll rimot wiehed

 €6.99

Lifeline b’kontroll rimot mghammar b’active cord

 €7.25

Lifeline b’2 kontrolli rimoti

 €8.15

Lifeline b’2 kontrolli rimoti mghammra b’active cords

€9.32

Dawn ir-rati jithallsu mal-kont tat-telefon.  Ir-rati msemmija huma diga ssusidjati.  Jekk inti ghandek il-Karta r-Roza, ma thallasx kera ghat-telecare imma ghat-telefon biss.

 

X'jigri wara li napplika?

Fi zmien 5 ijiem ta' xoghol minn meta tkun gibt lura l-formola tieghek ghandna, ahna nigu d-dar tieghek biex inzuruk. Matul din iz-zjara ahna:

  • nfasslu kuntratt ibbazat fuq it-taghrif li tkun tajtna,
  • nitolbuk dettalji dwar xi persuni li tkun tixtieq li c-Centru tat-Telecare jikkuntattja f'kaz ta' emergenza.

Fi zmien 15 -il gurnata ta' xoghol miz-zjara fid-dar, il-Maltacom tistallalek l-apparat tat-telefon. Membru mill-istaff taghna mbaghad izurek fi zmien 20 gurnata ta' xoghol minn dik id-data biex naraw li ma xi diffikulta fl-uzu ta' l-apparat.

X'ghandi nkun naf izjed dwar is-Servizz tat-Telecare?

Biex tal-Maltacom ikunu jistghu jistallaw l-apparat, ikun mehtieg li jkollok plakka ta' 13-il amp fil-post fejn tkun tridhom jistallawh.

Jekk ikollok xi hsara fis-sett tat-Telecare, jekk joghgbok ikkuntattja lic-Centru tat-Telecare fuq 21483601, 24 siegha kuljum.

 

Servizz tal-Handyman

X’inhu dan is-Servizz?

Ahna naghtu dan is-Servizz f'hidma flimkien mal-Unit tal-Bini u l-Manutenzjoni (C.M.U.). Il-handyman jista' jaghmel wiehed jew aktar minn dawn ix-xoghlijiet:

  • xoghol fl-injam
  • tibjid
  • tiswija ta' hsarat fis-sistema ta' l-ilma
  • tiswija ta' hsarat fis-sistema tad-dawl
  • irrangar fid-dar f'kaz fejn wiehed ma jkunx jista' jmur min-naha ghal ohra bil-kumditą.

Min jista' japplika ghal dan is-servizz?

Nies anzjani u persuni b’dizabilitą li huma registrati jistghu japplikaw biex jircievu s-servizz. Biex tapplika tista’ tigi l-ufficcji taghna jew iccemplilna. Ahna nitolbuk informazzjoni dwar liema tip ta' xoghol tehtieg kull darba li jkollok bzonn dan is-servizz.

Kemm jiswa dan is-servizz?

Fil-kaz li ghandek il-karta r-roza u inti wkoll pensjonant, jew int persuna b'dizabilitą registrata u toqghod wahdek, inti tkun ezentat/a milli thallas l-ispejjez tax-xoghol ghas-Servizz tal-handyman. Inti xorta jibqaghlek thallas l-ispejjez tal-materjal.

Jekk inti ma taqax taht wahda mill-kategoriji ta' hawn fuq, ikollok thallas ukoll l-ispejjez tax-xoghol. Issib id-dettalji dwar spejjez fil-formola ta' l-applikazzjoni.

X'jigri wara li napplika?

Wiehed mill-handymen jikkuntattjak minnufih biex jiltaqa' mieghek halli taraw xi bzonnijiet ghandek. Jghidlek ukoll dwar l-ispejjez tal-materjal mehtieg sabiex int tkun tista’ tqabbdu biex jixtrihom f'ismek. Il-handyman jaghmel ix-xoghol mehtieg fi zmien 48 siegha minn meta tkun ghamilt it-talba tieghek.

Malli jitlesta x-xoghol inti ghandek thallas lill-handyman ta’ l-ispejjez tax-xoghol u tal-materjal jekk ikun hemm. Kun cert/a li jaghtik ircevuta fiskali.

 

Assistenza lil Persuni bi Problemi ta’ Inkontinenza

X’ihnu dan is-servizz?

Ahna nipprovdu hrieqi lil persuni bi problemi ta' inkontinenza permezz ta' zewg skemi. Skema A hija ghal persuni bi bzonnijiet specjali taht is-60 sena. Skema B hija ghal persuni anzjani.

Kemm jiswa dan is-servizz?

Jekk inti ghandek 'il fuq minn 60 sena, inti intitolat/a ghal sussidju ta' 0.07 kull harqa fuq il-ghadd ta' hrieqi mehtiega. Jekk ikollok Karta ta' l-Identitą Specjali mahruga mill-Kummissjoni Nazzjonali, Persuni b'Dizabilitą, inti tiehu ghadd limitat ta' hrieqi b'xejn. L-ammont jiddependi fuq il-qies tal-hrieqi mehtiega, kif hawn imnizzel hawn taht:

  • hrieqi ta’ daqs B,C 112 fix-xahar
  • hrieqi ta’ daqs M 98 fix-xahar
  • hrieqi ta’ daqs D, E, F 84 fix-xahar

Kif nista' napplika?

Jehtieglek tigbor il-formola apposta mill-ufficcju taghna. Jekk ikollok bzonn is-servizz tista' tibghat lil xi hadd minflokok sakemm din il-persuna ggib il-Karta ta' l-Identita' tieghek. Tkun tehtieg li tabib jiffirmalek il-formola, inkella jkollok bzonn certifikat mediku ttimbrat ufficcjalment u li juri li inti tbati bl-inkontinenza. Jekk tkun qieghed tapplika taht Skema A ikollok bzonn iggib ukoll il-Karta ta' Identitą Specjali mahruga mill-Kummissjoni Nazzjonali, Persuni b'Dizabilitą.

X'jigri wara li napplika?

Jekk tkun qed tapplika taht Skema A, il-Kummissjoni Nazzjonali, Persuni b'Dizabilitą f'Malta kull xahar tibghatlek voucher abjad li tkun tista' tibdlu mal-hrieqi matul it-tielet u r-raba' gimgha ta' kull xahar.

Jekk tkun qed tapplika taht Skema B meta taghtina l-applikazzjoni naghtuk il-karta hadra li tintitolak biex tircievi s-sussidju.

Kif naghmel uzu minn dan is-servizz?

Il-hrieqi ghandhom jingabru mic-centru tat-tqassim taghna. Ninfurmawk bil-posta dwar il-hinijiet tal-ftuh u l-lokalitą tac-cenru tat-tqassim. Jekk ikollok bzonn aktar informazzjoni tista’ ccempel Servizz Anzjan fuq 21553218 jew 21561668.

X'inhuma l-obbligi tieghi bhala klijent/a tas-servizz?

Ghandek tibghat tgharrafna minnufih b'kull bidla li tista' taffettwa l-pozizzjoni tieghek bhala klijent/a intitolat/a ghas-servizz. Per ezempju, jekk:

  • bdilt l-indirizz
  • tehtieg qies jew kwantitą differenti ta’ hrieqi
  • m’ghandekx bzonn dan is-servizz aktar.

 

Servizz ta’ Ghajnuna fid-Dar

X’ihnu dan is-servizz?

Ahna noffru dan is-servizz sabiex nghinukom halli tkunu aktar indipendenti f'darkom u ntukom ghajnuna domestika u personali. L-Assistenti Socjali Kazwali jghinukom f’:

  • il-hasil ta' l-art tal-kmamar fejn toqghodu (kamra tas-sodda, kamra tal-banju, kcina)
  • it-tfarfir tal-ghamara f'dawn il-kmamar;
  • servizzi ohra (bhal qadi, xiri, gbir ta’ medicini).

Is-servizz jista' jinghata ghal minn saghtejn sa 12-il siegha fil-gimgha. Jekk ikollok bzonn aktar sieghat ghidilna u ahna nghaddu t-talba lill-Bord ta' l-Allokazzjonijiet tal-Ghajnuna fid-Dar.

Min jista' japplika ghal dan is-servizz?

Dan is-servizz noffruh ghal persuni ‘l fuq minn 65 sena u persuni b’dizabilitą skond id-decizjoni tal-Bord ta' l-Allokazzjonijiet. Biex tapplika jekk joghgbok asal wasla sa l-ufficcju taghna biex tigbor formola li fiha jkun hemm ukoll rapport mediku li jrid jimtela mit-tabib personali tieghek.

Kemm jiswa dan is-servizz?

Il-hlas ghal dan is-servizz huwa:

  • 2.33 fil-gimgha ghal persuni wehidhom
  • €3.49 fil-gimgha ghal koppji mizzewga

X'jigri wara li napplika?

Fi zmien jumejn wara li tkun gibt lura l-formola, nigu nzuruk f'darek biex naraw jekk intix eligibbli li tinghata dan is-servizz. Jekk ma nsibukx id-dar, nergghu nigu. Jekk nibqghu ma nsibukx, incemplulek biex naghmlu appuntament.

Imbaghad niktbu rapport u nipprezentawh lill-Bord ta' l-Allokazzjonijiet tal-Ghajnuna fid-Dar li jiltaqa' darba kull hmistax. Fi zmien 5 ijiem ninfurmawk kif ikun iddecieda l-Bord fuq jekk ghandekx tircievi s-servizz jew le. Jekk l-applikazzjoni tieghek tintlaqa', incemplulek biex naghmlu l-ewwel appuntament tieghek ma’ l-Assistenta Socjali Kazwali biex tigi tghinek.

Jekk il-kaz tieghek huwa urgenti, naraw il-bzonnijiet tieghek dak in-nhar stess meta tapplika. Jekk il-kaz ikun genwin, tibda’ tircievi s-servizz ta’ ghajnuna fi zmien 48 siegha.

Jekk tapplika ghal servizz gdid jew tkun trid zieda ta' sighat wara li tkun iddahhalt l-isptar, l-istharrig isir qabel ma tintbaghat id-dar. Is-servizz jibda jinghata minn dak in-nhar li tintbaghat id-dar.

X’ghandi nkun naf aktar dwar dan is-servizz?

  • naghmlu zjarat f'darek biex nistharrgu l-kwalitą ta' servizz li tkun qed tinghata mill-Assistenta Socjali Kazwali.
  • ngharrfuk bit-telefon meta l-helper ma tkunx tista' tigi.
  • nircievu l-ilmenti taghkom dwar il-helpers b'kunfidenzjalitą stretta. Ftakar li inti ghandek id-dritt li tilqa' ghandek jew tirrifjuta l-helper tieghek.

 

Centru ta’ matul il-jum

X’inhu dan is-servizz?

Ic-Centr ta’ matul il-jum huwa mahsub sabiex int tibqa’ kemm jista’ jkun attiv/a fis-socjetą ghawdxija. Huma wkoll mezz sabiex inzommukom il-boghod minn mard li jaghmilkom izjed dipendenti fuq il-familji taghkom.

Ahna noffru dan is-servizz bl-ghajnuna tal-Caritas (Ghawdex) u tal-kunsilli lokali tar-Rabat, Xewkija, Ghajnsielem, Qala, Sannat, Gharb, Ghasri, Zebbug, Fontana, San Lawrenz u Munxar.

Programm ta’ attivitajiet

Is-servizzi u l-attivitajiet li naghtu mic-Centri ta’ matul il-jum huma mahsuba biex jipprovdu ghajnuna fizika, emozzjonali, socjali u spiritwali. Ahna nghinukom izzommu l-interessi tieghek kif ukoll ninkoragguk issib ohrajn godda. Ahna nipprovdu:

  • trasport minn u lejn ic-Centru
  • breakfast u ikla ta’ nofsinhar
  • servizz ta’ parrukkier bi prezz sussidjat
  • servizz ta’ talkingbook bl-ghajnuna tal-Librerija Pubblika
  • diskussjonijiet edukattivi
  • attivitajiet barra u hrug ta’ rikreazzjoni ta’ spiss.

Fic-Centru ta’ sikwit jattendu wkoll tabib, nurse, u podologu.

Min jista' japplika ghal dan is-servizz?

Jekk inti persuna anzjana li toqghod fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq tista’ tikkuntattja il-Kunsill Lokali ta’ fejn toqghod jew ic-Centru stess:

Dar San Guzepp

Triq l-Imgarr

Ghajnsielem

Tel: 21565891

Tista tapplika fl-ufficcji taghna. Ir-registrazzjoni hija b’xejn izda ghall-attendenza trid thallas 2.33  (Lm1 ) li tinkludi breakfast, ikla ta’ nofsinhar u attivitajiet.

 

Meals on Wheels

Tista’ tircievi ikla kuljum f’darek li ahna nipprovdu bl-ghajnuna tal-:

  • Ministeru ghal Ghawdex
  • Hbieb tal-Morda u l-Anzjani
  • Moviment Azzjoni Socjali (Ghawdex).

L-ikla tikkonsisti fi tliet platti u l-prezz taghha huwa sussidjat ghal Lm1. Tista’ tapplika fl-ufficcji taghna, il-Kunsill Lokali ta’ fejn toqghod jew fil-kumpless MAS li jinsab Ghajnsielem.

 

Applikazzjonijiet ghal Karta ta' l-Identitą Specjali ghal Persuni b'Dizabilitą

 

Kif ghandi napplika?

Jekk inti ghandek xi dizabilitą, tista’ tapplika ghal Karta ta' l-Identitą Specjali mahruga mill-Kummissjoni Nazzjonali, Persuni b'Dizabilitą. Tista’ tigbor formola ta' l-applikazzjoni mill-ufficcji taghna u jkun mehtieg li timtela minn tabib.

Ikollok bzonn timla kwestjonarju (lista ta' mistoqsijiet) mahrug mill-Kummissjoni. Il-ghan ta' dan il-kwestjonarju hu biex il-Kummissjoni tigbor taghrif shih halli tkun tista' ggib 'il quddiem opportunitajiet indaqs ghal kulhadd, tippjana sewwa s-servizzi u tqieghed is-servizzi ghad-dispozizzjoni ta' kulhadd.  L-istaff taghna jista' jghinek timla' dan il-kwestjonarju.

X'jigri wara li napplika?

Meta taghtina l-formola ta' l-applikazzjoni tieghek, l-ufficcju taghna jghaddiha lill-Kummissjoni Nazzjonali, Persuni b'Dizabilitą f'Malta. Fi zmien 3 gimghat il-Kummissjoni tibghatlek il-Karta ta’ l-Identitą Specjali tieghek. B’din il-Karta, inti tista’:

  • ma thallasx it-Taxxa tat-Triq fuq il-vettura tieghek
  • ma thallasx il-Licenzja tat-Triq
  • tinghata spazju "Parkegg Riservat/Tipparkjax Hawn" quddiem id-dar fejn toqghod
  • tinghata Sticker Blu - "Permess ghall-Parkegg Persuni b'Dizabilitą"
  • servizz ta' Ghajnuna Specjali (Pariri u/jew ghajnuna finanzjarja).

Ahna nibaghtu l-applikazzjonijiet kollha ghas-servizzi fuq imsemmija lill-Kummissjoni Nazzjonali, Persuni b'Dizabilitą. Ikunu huma li jiddeciedu jekk intix eliggibli ghal xi servizz partikolari jew le. Jekk ikollok xi problemi dwar l-applikazzjoni tieghek, inti ghandek tikkuntattja l-Kummissjoni f'dan l-indirizz:

 

Kummissjoni Nazzjonali, Persuni b'Dizabilitą

Centru Hidma Socjali

Sta. Venera HMR 18

Malta

Tel. 21487789 / 21448521 /21245952 / 21441311 / 2 / 3

Fax: 21484609

 

Jekk ma nkunx sodisfatt/a bis-servizz taghkom

Jekk tahseb li ahna ma lhaqniex il-livell ghas-servizz li ahna weghdna fis-servizzi li jaqghu taht dan ic-Charter, inti tista’ tikteb lil:

Id-Direttur

Taqsima ta' l-Anzjani u Persuni bi Bzonnijiet Specjali

Dipartiment tal-Customer Services,

Pjazza San Frangisk

Rabat, VCT 102

Ghawdex

Fi zmien jumejn tax-xoghol minn mindu jasal l-ilment, ghandek tircievi nota li tindikalek li l-ilment tieghek ikun wasal, u twegiba shiha fi zmien 10 ijiem tax-xoghol minn din in-nota.

Jekk ghamilt hekk imma xorta ghadek mhux sodisfatt/a bir-risposta taghna, tista’ tikteb lill:

Segretarju Permanenti

Ministeru ghal Ghawdex

Pjazza San Frangisk

Rabat, VCT 102

Ghawdex

 

Nista' nghaddilkom suggeriment?

Ahna kontinwament qed naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista’ jghinna ntejbu s-servizz taghna. Jekk joghgbok, tina l-kummenti tieghek billi timla feedback form u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghamilna apposta fir-Reception Area taghna. Nassigurawk li inzommu kunfidenzjalitą shiha.

 

Kull informazzjoni f’dan il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Izjed informazzjoni tinsab fuq il-website tac- Charter Support Unit.

 

Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM

http:www.servicecharters.gov.mt

Stampar, Stamperija ta-Gvern

Fotografija, DOI

 

                                                                                                                                                                            

 L-ewwel pubblikazzjoni:  Mejju 1999

Jannar 2002