Quality Service Charter ghat-Taqsima Kontroll tad-Drogi

Werrej

Min ahna

Kif tista' tikkuntattjana

Hinijiet tal-ftuh

Informazzjoni protetta

Is-servizzi taghna

X'tip ta' servizz ghandek tistenna minn ghandna

Kif tista' tghinna

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

 

Min ahna

Fit-Taqsima tal-Kontroll tad-Drogi ahna ngeddu control cards li jkunu skadew u nohorgu dawk godda. Dawn il-control cards iservu biex jigi kkontrollat l-uzu ta' narkotici jew sustanzi psikotropici skond il-ligi. Kemm it-tobba kif ukoll l-ispizjara huma marbutin bil-ligi li jirregistraw fuq dawn il-control cards l-ammont ta' narkotici jew sustanzi psikotropici li jigu mqassma.

F'dan ic-charter ghandek issib taghrif dwar is-servizzi li noffru u l-livell ta' servizz li bihsiebna nilhqu u li ghandek tistenna minghandna. Fic-charter nghidulek ukoll x'ghandek taghmel jekk tixtieqna nbiddlu jew intejbu s-servizz taghna b'xi mod. B'dan ic-charter ahna qed nintrabtu li naghtuk servizz ta' kwalitą.

 

Kif tista' tikkuntattjana

Inti tista' tikkuntattjana billi:

  • tigi personalment jew tiktbilna f'dan l-indirizz:

Drug Control Unit

3B Triq Zekka

Valletta VLT 11

  • ccemplilna fuq: 21245490
  • tibghatilna fax fuq: 21250081.

Meta tigi l-ufficcju taghna ghandek tistenna li ahna:

  • naqduk fil-pront, b'edukazzjoni u rispett
  • nilqghuk f'ambjent nadif u li jilqghek.

Meta ccemplilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nirrisponduk fil-pront
  • nghidulek isimna.

 

Hinijiet tal-ftuh

Ahna nkunu miftuhin mit-Tnejn sal-Gimgha f'dawn il-hinijiet:

1 ta' Ottubru - 15 ta'gunju

8.00 a.m. - 3.00 p.m.

16 ta' Gunju - 30 ta' Settembru

7.30 a.m. - 2.30 p.m.

 

Informazzjoni Protetta

Informazzjoni personali pprovduta hija protetta u tintuza skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.

 

Is-servizzi taghna

Ahna nipprovdu dawn is-servizzi:

Hrug ta' control cards

Biex tinhariglek control cardgdida jinhtieg li ggib mieghek:

  • applikazzjoni mimlija u ffirmata mit-tabib tieghek. Ismek, l-etą, in-numru tal-karta ta' l-identitą, flimkien ma’ l-isem, l-indirizz u n-numru tar-registrazzjoni tat-tabib ghandhom jigu mnizzla fuq il-formola
  • ir-ricetta l-hadra ffirmata minn tabib
  • il-karta ta' l-identitą jew il-passaport tieghek.

Ahna:

  • nohorgulek il-control card fi zmien hames minuti. Dan jghodd kemm-il darba inti tipprovdilna d-dettalji kollha mehtiega.

Tigdid ta' control cards

Il-control card tiggedded darba fis-sena skond l-iskeda ta' hawn taht sakemm il-kartuna ma tindikax mod iehor.

XAHAR

LOKALITĄ

31 ta' Dicembru

Birzebbuga, Gudja, Ghaxaq, Isla, Paola

31 ta' Jannar

Birgu, Bormla, Fgura, Marsaskala, Santa Lucija, Zabbar, Zejtun

28 ta' Frar

Marsa, Qormi, Safi, Zebbug, Zurrieq

31 ta' Marzu

Gozo, Rabat, Sliema, Siggiewi

30 ta' April

Balzan, Lija, Mellieha, Naxxar, San Pawl il-Bahar

31 ta' Mejju

Gharghur, Kalkara, Mosta, Swieqi

30 ta' Gunju

Dingli, Iklin, Pembroke, Marsaxlokk

31 ta' Lulju

Burmarrad, Floriana, Mdina, St. Andrews

31 t'Awissu

Gzira, Mtarfa, Luqa, Ta' Xbiex, Guardamangia

30 ta' Settembru

Birkirkara, Hamrun, Msida, Pieta`, Santa Venera, Valletta

31 ta' Ottubru

Attard, Mgarr, San Gwann, Tarxien

30 ta' Novembru

Kirkop, Mqabba, Qrendi, San Giljan

Ikollok bzonn iggib mieghek:

  • l-applikazzjoni mimluja u ffirmata mit-tabib tieghek. Ismek, l-etą, in-numru tal-karta ta' l-identitą, kif ukoll isem it-tabib, l-indirizz tieghu u n-numru tar-registrazzjoni tieghu ghandhom jitnizzlu wkoll fuq il-formola
  • il-control card skaduta
  • ir-ricetta l-hadra ffirmata minn tabib (jekk ma tkunx uzajt il-control card matul is-sena ta' qabel)
  • il-karta ta' l-identitą jew il-passaport tieghek.

Ahna:

  • nohorgulek control card imgedda fi zmien hames minuti. Dan jghodd kemm-il darba inti tipprovdilna d-dettalji kollha mehtiega.

Servizz bil-posta

It-tigdid jew hrug ta' control cards jista' jsir ukoll permezz tal-posta. Jekk taghzel li taghmel uzu minn dan is-servizz, ibghat id-dokumenti kollha lit-Taqsima u nibaghtulek kollox lura bil-posta. M'ghandekx bzonn tibghat il-karta ta' l-identitą.

Ahna:

  • nibaghtulek il-control card tieghek bil-posta fi zmien jumejn tax-xoghol minn meta nkunu rcevejna l-applikazzjoni tieghek f'dan l-ufficcju.

Tibdil ta' control cards mitlufa jew imqatta'

Jekk tkun tlift jew tqattghatlek il-control card, inti jkollok bzonn tigi fl-ufficcju taghna u tiehu gurament bi hlas, biex tinhariglek control card gdida. Ikollok bzonn iggib mieghek ukoll l-istess dokumenti li tkun trid bhal meta tkun ser tapplika ghal control card gdida.

Ahna:

  • nohorgulek il-kartuna mgedda tieghek fi zmien hames minuti. Dan jghodd kemm-il darba inti tipprovdilna d-dettalji kollha mehtiega.

Control cards ghal tfal taht l-etą u persuni b'dizabilitą mentali

Control cards ghal tfal taht is-sittax-il sena jew ghall-persuni b'dizabilitą mentali jistghu jingabru mill-genituri jew mit-tutur taghhom. F'dan il-kaz il-genitur jew tutur ikollu/ikollha bzonn igib/iggib mieghu/maghha l-karta ta' l-identitą kif ukoll dik ta' l-applikant, flimkien mad-dokumenti mehtiega.

In-numru tal-karta ta' l-identitą tal-genitur jew tat-tutur ghandu jitnizzel fin-naha ta' fuq tal-control card u tkun immarkata bi stilla.

Ahna:

  • nohorgulek il-kartuna mgedda tieghek fi zmien hames minuti. Dan jghodd kemm-il darba inti tipprovdilna d-dettalji kollha mehtiega.

Control card ghal terzi persuni

Jekk ma tistax tigi personalment biex tapplika jew iggedded il-control card u ma tridx tuza l-posta, tista' tibghat lil xi hadd f'ismek. Ikun hemm bzonn li din il-persunaggib maghha l-karta ta' l-identitą taghha kif ukoll tieghek jew il-passaport flimkien mad-dokumenti l-ohra mitluba aktar 'l fuq.

Ahna:

  • nohorgulek il-kartuna mgedda tieghek fi zmien hames minuti. Dan jghodd kemm-il darba inti tipprovdilna d-dettalji kollha mehtiega.

 

X'tip ta' servizz ghandek tistenna minghandna

Meta tigi t-Taqsima tal-Kontroll tad-Drogi, inti ghandek tistenna li:

  • nirrispettaw il-kunfidenzjalita` u d-dinjita` tieghek f'kull hin
  • naqduk fil-pront, b'edukazzjoni u rispett
  • ikollok kull informazzjoni fuqek merfugha b’mod kunfidenzjali
  • naghmluha facli ghal kulhadd li juza s-servizzi taghna
  • nibaghtulek nota ta' l-ilmenti li tkun bghattilna fi zmiengurnata tax-xoghol minn meta nkunu rcevejna l-ilment tieghek

 

Kif tista' tghinna

Inti tista' tghinna naghtuk servizz ahjar billi:

  • tkun edukat/a u ta' ghajnuna ma' l-istaff taghna kollu
  • taghtina l-applikazzjoni tieghek bl-informazzjoni mitluba, mimlija korretta u cara minghand it-tabib tieghek
  • ggib mieghek il-karta ta' l-identita' tieghek, u jekk tkungejt f’isem haddiehor iggib ukoll il-karta ta' l-identitą tal-pazjent ukoll
  • ggib mieghek il-control card il-qadima meta tigi biex iggeddidha
  • ggib mieghek il-karta l-hadra li jkun imliha t-tabib tieghek meta tigi biex taghmel control card ghal ewwel darba jew jekk ma tkunx uzajt il-kartuna tieghek ghall-aktar minn sena
  • taghtina l-informazzjoni u d-dokumenti kollha mehtiega.

 

Jekk m'intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Jekk tixtieq tressaq ilment, ahna nissuggerixxu li bhala l-ewwel pass tkellem lill-persuna li tkun qdietek. Jekk ma tkunx sodisfatt, tista' taghmel ilment formali. Inti tista' tikteb f'dan l-indirizz:

Principal Health Inspector

Taqsima tal-Kontroll tad-Drogi

3B, Triq Zekka

Valletta

Ahna ngharrfuk fi zmien jumejn tax-xoghol li rcevejna l-ilment tieghek u nibaghtulek twegiba shiha fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol.

Jekk ma tkunx sodisfatt bl-investigazzjoni, tista' tikteb:

Manager Health Inspector

37/39 Triq d'Argens

Msida MSD 05

Inti tista' taghmel l-ilment tieghek, suggeriment jew tistaqsi mistoqsija billi taghmel access ghall-Customer Care System fuq www.servizz.gov.mt.

Kull informazzjoni f'dan il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Izjed informazzjoni tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit u fuq dik tal-Ministeru tas-Sahha ta' l-Anzjani u l-Kura fil-Komunitą.

 

 

L-ewwel pubblikazzjoni 2000

Ottubru 2004

 

Ippubblikat mic-Charter Support Unit, OPM

http://www.servicecharters.gov.mt

Stampar, Stamperija tal-Gvern

 

 

 

0