Quality Service Charter ghall-Ufficcju ghall-Awtentikazzjoni tad-Dokumenti

Introduzzjoni

Is-servizz taghna

X’ghandek tistenna minghandna

Hinijiet tal-ftuh

Il-feedback tieghek

Ilmenti  

Introduzzjoni

Dan ic-Charter huwa gwida ghall-Ufficcju ghall-Awtentikazzjoni tad-Dokumenti li jinsab fi hdan il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin.  Fih issibu taghrif dwar is-servizz li nipprovdu u l-livell ta’ servizz li lejh qeghdin nimmiraw.

Is-servizz taghna

L-ghan taghna huwa li naqduk fi zmien qasir u li naghtuk servizz ta’ kwalita’ kull meta tkun trid li ssir awtentikazzjoni tad-dokumenti tieghek.

 Ahna nivverifikaw l-awtenticita’ ta’:

  • dokumenti li trid tibghat barra minn Malta

  • dokumenti li rcevejt minn barra.

Ahna ghandna database ta’ firem ta’ tobba avukati, nutara u kummissarji ghal guramenti, tradutturi u ohrajn.

Id-dokument li tixtieqna nawtentikaw dejjem irid ikun iffirmat.  Ahna nivverifikaw l-awtenticita’ tad-dokument tieghek billi nqabblu l-firma fuqu ma’ dik li hemm fid-database taghna.  Jekk ma jkollniex firma partikolari nibaghtuk ghand persuna li qieghda fuq dan ix-xoghol, u li tpoggi fil-vicinanzi ta’ l-ufficcju taghna.  Dan biex noholqu l-inqas inkonvenjenza possibbli ghalik.

Meta nkunu certi mill-awtenticita’ tal-firma, naghtuk certifikat.  Dan il-process m’ghandux jiehu izjed minn hames minuti, dejjem jekk il-firma fuq id-dokument tkun qieghda fid-database taghna.

 Ikollok thallas Lm2 ghal kull dokument.

X’ghandek tistenna minghandna

Meta tigi fl-ufficcju taghna ibqa cert li:

  • nittrattawk b’kortezija u b’rispett

  • naqduk f’dak li tixtieq fl-inqas hin possibbli

  • nkunu cari u ta’ ghajnuna

  • nirrispondu ghall-mistoqsijiet  u l-ilmenti tieghek malajr kemm jista’ jkun.

 Min-naha tieghek tista’ tghinna naghtuk servizz ahjar bill:

  • ggib mieghek id-dokument li tixtieq li ssir awtentikazzjoni taghhom

  • tghidilna kemm il-dokument tixtieq li jigu awtentikati u tindika fejn f’kull dokument tixtieq li jitpogga s-sigill.

Hinijet tal-ftuh

Ahna nifthu ghall-pubbliku mit-Tnejn sal-Gimgha f’dawn il-hinijiet:

Mit-8.30a.m. sas-2.00p.m. (bejn l-1 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Gunju)

Mit-8.30a.m. sa nofsinhar (bejn is-16 ta’ Gunju u t-30 ta’ Settembru).

Ghal izjed informazzjoni cempel fuq 21 222788.

Il-feedback tieghek

Jekk ma tkunx sodisfatt bis-servizz li tajnik nitolbuk tigi tkellimna minnufih jew tikkuntattjana permezz ta’ ittra, telefonata jew fax.  Tista’ wkoll timla l-Feedback form li ssib fl-ufficcju taghna u tibghatielna bil-posta.  Permezz tal-kummenti tieghek insiru nafu kif nistghu naqduk ahjar.

Ilmenti

Huwa importanti ghalina li tohrog kuntent bis-servizz taghna.  Kull ilment jinghata l-attenzjoni shiha taghna.

 Jekk ma hrigtx sodisfatt, l-ahjar huwa li l-ewwel tkellem lill-persuna li qdietek.  Jekk xorta ma tkunx kuntent bir-rizultat, tista’ tigi fl-ufficcju taghna jew tiktbilna f’dan l-indirizz:

 Ufficcju ghall-Awtentikazzjoni tad-Dokumenti

Taqsima tal-Protokoll

Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio

Triq il-Merkanti

Valletta CMR 02

 

Ahna nibaghtulek acknowledgement fil-pront u tircievi twegiba shiha fi zmien hmistax.

 

                                                                                                                                    Lulju 1999 

Mejju 2002