Quality Service Charter ta' l-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika

Werrej

Min ahna

Il-Prodotti Taghna

Kif tasal ghandek l-informazzjoni

Min jaghtina d-data

Il-bzonnijiet tieghek

Servizz ta’ Kwalita’

Id-Data Shop  

Irridu Naqduk Ahjar

Min ahna

L-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) hija l-agenzija ufficcjali ta’ l-istatistika f’Malta.  Il-missjoni taghna hi li nipprovdu lill-Parlament, lill-Gvern, u lill-komunita’, l-informazzjoni dwar statistika li jkollhom bzonn.  L-ghan taghna hu li naghtu l-ahjar servizz possibbli  billi nizguraw li l-informazzjoni li tinghata tkun oggettiva, issir fi zmien qasir u  taghmel tajjeb ghall-htigijiet tal-gurnata.  Ahna nikkommettu ruhhna li nharsu l-kunfidenzjalita’ ta’ l-informazzjoni fejn ikun mehtieg.

Il-Prodotti Taghna

L-NSO jipprovdi firxa kbira ta’ statistika dwar is-setturi ekonomici u socjali tal-gzejjer Maltin.  Fost dawn is-setturi insibu:

·         Industrija

·         Kummerc Barrani

·         Agrikoltura u s-Sajd

·         Prezzijiet

·         National Accounts

·         Bilanc ta’ Pagamenti

·         Demografija

·         Edukazzjoni

·         Statistika dwar Oqsma Socjali

·         Is-Suq tax-Xoghol

·         Turizmu  

Kif tasal ghandek l-informazzjoni?

L-informazzjoni  tasal ghandek permezz ta’:  

·         Stqarrijiet ufficcjali dwar l-istatistika

·         Pubblikazzjonijiet (f’forma stampata u elettronika)

·         Il-website taghna

·         Servizz ta’ Statsfax u posta elettronika

Ahna nipprovdu wkoll rapporti skond il-bzonnijiet tal-klijenti li jinhtiegu ricerka fid-dettall fuq xi settur partikolari.  Jekk tkun tinhtieg li ssir xi ricerka iktar dettaljata biex tingabar  l-informazzjoni mitluba, ahna navzawk bil-quddiem kemm tkun se tigi tiswa.

Min jaghtina d-data

Kemm l-NSO ikun effettiv jiddependi fuq id-data li jircievi minghand:  

·         individwi u familji

·         negozji

·         dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubblici ohra.

F’dan ir-rigward ahna nikkommettu ruhna ma’ dawk li jipprovdulna l-informazzjoni li:

  • ma nitolbux iktar informazzjoni milli mehtiegu minghand persuni jew organizzazzjonijiet

  • naghmlu stima tal-htiega ta’ surveys godda qabel inwettquhom u nivverifikaw sistematikament il-bzonn ta’ surveys li jsiru regolarment

  • infasslu formoli li huma cari kemm jista’ jkun u  li jkun fihom istruzzjonijiet semplici fuq kif ghandhom jimtlew

  • nispjegaw lil min ikun se jaghtina l-informazzjoni r-raguni ghaliex inkunu qed nigbruha

  • inharsu l-kunfidenzjalita’ ta’ l-informazzjoni tingabar.

 

Il-Bzonnijiet Tieghek  

L-NSO jikkommetti ruhu  li jaqdi l-bzonnijiet tal-klijenti tieghu.  B’dan il-ghan ahna bdejna programm ta’ djalogu ma’ dawk li juzaw is-servizzi taghna.  Bhala klijent taghna int se tigi mistieden tiehu sehem f’sessjonijiet ta’ djalogu  mnedija bil-ghan li nsiru nafu l-htigijiet tieghek u l-mod ta’ kif nistghu naqduk ahjar.   

Ahna naghmlu l-almu taghna biex:

  • nipprovdulek statistika fuq kull suggett li nigbru data fuqu

  • insegwu l-arrangamenti preskritti dwar publikazzjoni sabiex kulhadd ikollu access ghall-informazzjoni fl-inqas zmien possibbli

  • nilqghu it-talbiet tieghek ghal gbir ta’ informazzjoni specifika

  • nirrispondu mistoqsijiet li nircievu bit-telefon, bil-fax jew bil-miktub mill-aktar fis possibbli

 

Servizz ta’ Kwalita’  

Ahna se naghmlu hilitna biex nifhmu l-htigijiet tieghek ghal informazzjoni dwar statistika u servizzi ohra biex  naghtuk servizz komplut fl-inqas zmien possibbli.  Meta tuza s-servizzi taghna, ahna:

  • ingibu ruhna mieghek bl-ahjar mod possibli

  • nispjegawlek b’mod car x’dettalji ghandna bzonn minghandek biex inkunu nistghu nilqghu t-talba tieghek

  • nghinuk tifhem l-istatistika u l-informazzjoni li tircievi minghandna

 Ir-risposta taghna ghall-mistoqsijiet tieghek tkun tvarja skond in-natura tal-mistoqsija, kif gej:

 

  • talbiet ghal informazzjoni bazika jigu milqugha mill-ewwel jew fi zmien gurnata

  • prodotti ta’ informazzjoni li jinhargu regolarment jigu mibghuta lilek fi zmien tlett ijiem

  • rapporti specjalizzati  jigu mibghuta fi zmien stabbilit mieghek.

  Barra minn dan, ahna nikkommettu ruhna li naghmlu dan li gej:

 

a) Servizz bit-telefon

Ahna:

  • nirrispondu malajr u b’kortesija

  • dejjem inkunu ta’ ghajnuna u naghtuk l-informazzjoni li tinhtieg fl-iqsar zmien possibbli.

 

b) Ghal min jigi hawn personalment

Ahna:

  • nkunu gentili u ngibu ruhna bl-ahjar mod mieghek

  • nilqghu t-talba tieghek bl-aktar mod effettiv u efficjenti.

           

c) Ittri, faxes u posta elettronika

Ahna:

  • naghtu risposta ghal korrispondenza normali fi zmien hamest ijiem u f’kaz ta’ talbiet iktar kumplessi, tircievi risposta fi zmien hmistax

  • naghtu risposta ghal messaggi elettronici mill-ewwel jekk ikolllna l-informazzjoni kollha mehtiega

  • nassiguraw li kull komunikazzjoni minn naha taghna ikollha isem u numru tat-telefon ta’ persuna li int tkun tista’ tkellem f’kaz ta’ bzonn.

F’kaz li  se jkun hemm xi dewmien biex tircievi risposta minghandna ninfurmawk malajr kemm jista’ jkun.

Id-Data  Shop  

Ahna organizzajna s-servizzi taghna fuq is-sistema ta’ one stop shop.   Id-Data Shop taghna hija tieqa li ttik access ghas-sorsi kollha ta’ informazzjoni li jinsabu kemm fl-NSO  kif ukoll ‘il-barra minnu.

Id-Data Shop jaghti servizz specjalizzat dwar statistika  permezz ta’ servizz ta’ Librerija u Informazzjoni.

Il-librerija ghandha ghazla ta’ publikkazzjonijiet Maltin u barranin dwar statistika u xi informazzjoni ohra.  Din il-librerija hija miftuha ghall-pubbliku mit-Tnejn sal-Gimgha f’dawn il-hinijiet:  

            Xitwa:     8.30 a.m. sa nofsinhar

                           1.30 p.m.  sal-4.30 p.m.

            Sajf:          8.15 a.m. sa 12.45 p.m.

     

Is-servizz ta’ informazzjoni taghna jiehu hsieb il-website tal-NSO li fiha ghazla ta’ informazzjoni u  statistika u xi taghrif dwar is-servizz tal-iStatsfax u s-servizz ta’ posta elettronika. Tista’ wkoll tibghat ghas-servizzi taghna  billi taghmel uzu mill-formola li hemm on-line fil-website.

Il-website  taghna tista’ ssibha fuq: www.nso.gov.mt

Jekk trid tista’ wkoll tikteb lid-Data Shop f’dan l-indirizz:

Data Shop

Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika

Lascaris, Valletta CMR 02

Malta

Tista tikkuntattjana ukoll kif gej:  

Numru tat-telefon:  (00356) 223221-5

Fax:                         (00356) 249841

e-mail:                     nso@gov.mt

Irridu Naqduk Ahjar!  

Ahna dejjem infittxu sistemi godda biex intejbu s-servizz taghna.  Dalwaqt se nintroducu il-facilita’ ta’ “Dial a Statistic” - li fiha tkun tista’ tisma messagg irrekordjat bl-ahhar taghrif dwar l-Indici tal-Prezzijiet, National Accounts, Bilanc ta’ Pagamenti, il-qaghad u l-impjiegi, in-numru ta’ turisti li jkunu qed jaslu Malta u figuri dwar il-popolazzjoni.

Ghandna bzonn l-ghajnuna tieghek biex nifhmu l-htigijiet tieghek.  Il-kummenti u s-suggerimenti tieghek jghinuna biex nilhqu dan il-ghan.

L-ghan taghna hu li naghtu servizz ta’ kwalita’, f’kull hin.  Jekk tahseb li nqasna milli nilhqu l-livelli ta’ servizz li hawn spjegati f’dan ic-Charter, nixtiequ li tavzana malajr kemm jista’ jkun.  Jekk ghandek xi ilment, l-aktar mod semplici biex issolvi l-problema hu li tkellem lill-persuna li qdietek.  Jekk tibqa’ mhux sodisfatt bir-risposta li tinghata, tista’ twasslilna l-ilment tieghek billi titkbilna f’dan l-indirizz:  

Id-Direttur

Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika

Lascaris, Valletta CMR 02

Malta  

Min jibghat l-ilment tieghu bil-posta jircievi risposta fi zmien ghaxart ijiem.

Mejju 1999