|
Quality Service Charter ghad-Dipartiment
tac-Cittadinanza u ta l-Expatriates
Werrej
Min ahna
Dan ic-charter
Is-servizzi taghna
Kif tista’ tikkuntattjana
Hinijiet tal-ftuh
L-Impenn taghna
Kif tista' tghinna
Jekk m'intix
sodisfatt/a bis-servizz taghna
Nitghallmu minghandek!
Min ahna
Id-Dipartiment
taċ-Ċittadinanza u ta’ l-Expatriates huwa responsabbli
għall-amministrazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’:
- Kapitlu III tal-Kostituzzjoni
-
L-Att dwar
iċ-ċittadinanza Maltija (Kap. 188) –
reġistrazzjoni/naturalizzazzjoni ta’ persuni bħala ċittadini ta’
Malta, konferma ta' każijiet ta' ċittadinanza doppja u
l-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija
-
Artikolu 44 (4)
tal-Kostituzzjoni – konferma li persuni li għalihom jirreferi
dan l-artikolu jgawdu ‘libertà ta’ moviment’
- L-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217):
- Artikolu 4: Konferma ta’ ‘status ta’ persuna eżenti’
- Ir-Regolamenti dwar l-Immigrazzjoni, 2004 – ħruġ ta’ Permessi
Uniformi dwar ir-Residenza
-
Regolamenti dwar
l-Istatus ta’ Residenti fit-Tul (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi),
2006 – konferma (permezz tal-ħruġ ta’ Permess ta’ Residenza
Uniformi validu għal perjodu massimu ta’ 5 snin) ta’ residenza
fit-tul
Dan
ic-charter
Dan iċ-charter juri
kif aħna beħsiebna nipprovdu u nagħtu dawn is-servizzi u jgħidlek x'għandek
tistenna minna. Jgħidlek ukoll x'għandek tagħmel jekk int trid li
s-servizz tagħna jitbiddel jew jitjieb. Aħna regolarment niċċekkjaw
u nippruvaw intejbu s-servizzi tagħna skond l-istandards tal-Quality
Service charter. B'dan ic-charter, aħna qed nintrabtu li nagħtu
servizz ta' kwalita`.
Ħriġna numru ta’
fuljetti li jagħtu informazzjoni dwar is-servizzi diversi li noffru.
Kull fuljett jispjega fid-dettall is-servizzi partikolari, min
jista’ jibbenefika minnhom, il-proċedura li għandha tiġi segwita u
d-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati. Kull fuljett għandu numru
u l-ittri CEA (ċittadinanza u Expatriates). Dawn il-fuljetti jistgħu
jinkisbu mid-Dipartiment tagħna.
Għan importanti ta’
dan iċ-charter huwa li tissaħħah l-informazzjoni li tinsab f’dawn
il-fuljetti u li nuru l-impenn tagħna billi nistabbilixxu
standards għal kull servizz li jingħata.
Is-servizzi taghna
- Jekk ikollok bżonn informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tiegħek,
nistgħu
nikkonfermaw jekk qattx kont ċittadin ta’ Malta, jekk għadekx
ċittadin ta’ Malta u x’għandek tagħmel biex iżżomm
iċ-ċittadinanza Maltija (Fuljett CEA 1)
- Jekk inti barrani miżżewweġ ċittadin ta’ Malta jew li kien
ċittadin ta' Malta, jew il-wild minn omm Maltija imwieled barra
minn Malta bejn 21.09.64 u 31.07.98, nistgħu nagħtuk l-għajnuna
li jkollok bżonn biex takkwista ċittadinanza Maltija permezz ta’
reġistrazzjoni (Fuljett CEA 2)
- Jekk int eliġibbli biex tapplika għal naturalizzazzjoni bħala
ċittadin ta’ Malta, nistgħu ninfurmawk dwar il-proċeduri li
għandek issegwi. Id-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tingħatalek
iċ-ċittadinanza tiddependi fuq kemm hu possibbli li
l-applikazzjoni tiegħek tiġi kkunsidrata taħt il-parametri dwar
iċ-ċittadinanza li hemm fil-preżent u/jew il-politika tal-gvern
(Fuljett CEA 3)
- Jekk int akkwistajt iċ-ċittadinanza Maltija fil-21.09.64 jew meta
twelidt u kont jew għadek emigrant jew jekk kont tgħix jew
għadek tgħix barra minn Malta u żammejt jew ksibt jew wasalt
biex tikseb ċittadinanza li mhix Maltija, nistgħu
nikkonfermawlek jekk tikkwalifikax għal ċittadinanza doppja
(Fuljett CEA 4)
- Jekk għandek bżonn tirreġistra:
- iċ-ċertifikat
tat-twelid ta’ ċittadin ta’ Malta li twieled barra
- iċ-ċertifikat
taż-żwieġ ta’ ċittadin ta’ Malta li żżewweġ barra
- iċ-ċertifikat
tal-mewt ta' ċittadin ta’ Malta li miet barra minn Malta
ikollok
tasal wasla sad-Dipartiment tagħna qabel tmur ir-Reġistru Pubbliku
(Fuljett CEA 5).
- kont ċittadin
ta’ Malta u twelidt ukoll Malta iżda tlift iċ-ċittadinanza Maltija
wara li emigrajt
- ir-raġel jew
mara mhux Maltija ta’ ċittadin ta’ Malta u ilek miżżewweġ/miżżewġa 5
snin u għadek tgħix mar-raġel jew mara Maltija
- l-armel/armla
ta' ċittadin ta' Malta li kont ilek miżżewweġ/miżżewġa 5 snin jew 5
snin għaddew mid-data taż-żwieġ jew ta' persuna li
kellha ċittadinanza Maltija (ara aktar 'l fuq)
-
l-iben/bint ta’ ċittadin ta’ Malta jew ta’ persuna li kellha
ċittadinanza Maltija (ara aktar 'l fuq)
tgawdi
libertà ta’ moviment, jiġifieri, tista’ tibqa’ hawn Malta u tista’
taħdem hawnhekk (fil-każ ta’ l-ulied dan japplika biss
sakemm jagħlqu l-21 sena)
-
Jekk int ir-raġel
jew mara mhux Malti ta’ ċittadin ta’ Malta iżda għadhom ma
għaddewx 5 snin mid-data taż-żwieġ, jew int l-armel/armla ta'
ċittadin ta' Malta li miet/mietet qabel 5 snin ta’ żwieġ, allura
tgawdi l-istatus ta’ persuna eżenti li jintitolak għall-istess
drittijiet ta’ libertà ta’ moviment (Fuljett CEA 6).
-
Jekk inti Ċittadin
ta’ Pajjiż Terz (li jfisser m’intix ċittadin minn Stat Membru
ta’ l-UE jew minn Iceland, in-Norveġja jew Liechtenstein) u
ngħatajt liċenzja tax-xogħol jew permess għal residenza
permanenti taħt ir-Regolamenti ta’ l-Iskema tar-Residenti, 2004
– permess tas-CIR, jew tixtieq tgħix Malta bħala persuna li
kapaċi ssostni lilha nnifsha ekonomikament, jew inti
s-sieħeb/sieħba ta’ ċittadin Malti/Ċittadin ta’ Pajjiż Terz
(TCN) jew tixtieq tgħix hawn għal xi raġuni oħra aċċettabbli,
int jista’ jinħariġlek permess uniformi għal residenza b’perjodu
massimu ta’ validita’ ta’ sena biex ikopri ż-żjara tiegħek
f'Malta.
-
Jekk inti Ċittadin
ta’ Pajjiż Terz li kont qed tgħix b'mod regolari u legali
f'Malta għal talanqas 5 snin u jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet
ta' l-istatus tar-Regolamenti dwar ir-Residenti fit-Tul
(Ċittadini ta' Pajjiż Terz), 2006, inti jista’ jinħariġlek
permess uniformi għal residenza validu għal 5 snin, li jiġi
awtomatikament imġedded sussegwentement għal 5 snin oħra.
Kif tista’ tikkuntattjana
Id-Dipartiment
tagħna jinsab ħdejn il-Berġa ta’ Kastilja (l-Uffiċċju tal-Prim
Ministru), viċin il-Barrakka ta’ Fuq.
Tista' tikkuntattjana billi:
-
tiġi personalment
jew tikteb f'dan l-indirizz:
Dipartiment
għaċ-ċittadinanza u ta’ l-Expatriates
3, Pjazza Kastilja
Valletta CMR 02
- iċċempel fuq 2200 1800
- tibgħat fax fuq 2200 1830
- tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt
- tidħol fuq il-website
http:www.mjha.gov.mt/services/citizenship/citizenship.html
Hinijiet tal-ftuh
Id-Dipartiment huwa miftuħ
għall-pubbliku f'dawn il-ħinijiet:
8.30 a.m. - 12.30 a.m.
It-Tnejn sal-Ġimgħa s-sena
kollha.
Id-Direttur jilqa’ membri tal-pubbliku
fuq bażi ta’ appuntament biss. Għal dan il-għan tista’ ċċempel id-Dipartiment
tagħna fuq in-numru 2200 1801 biex tagħmel appuntament.
L-Impenn taghna
Nittamaw li ssibu
d-Dipartiment tagħna nadif u komdu. Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex
l-uffiċjali li magħhom għandkom appuntamenti jew li għandhom jieħdu
ħsieb il-każ tagħkom jarawkom kemm jista' jkun malajr.
F’dawk il-każijiet
fejn l-għoti tas-servizz jiddependi mid-Dipartiment tagħna biss,
bħal per eżempju fil-każ ta’ konferma ta’:
- libertà ta’ moviment
- status ta’ persuna eżenti
- ċittadinanza doppja
tirċievi risposta mingħandna
fi żmien tliet ġimgħat mid-data tat-talba tiegħek.
L-għoti ta’ ċertu servizzi ma
jiddependix biss mid-Dipartiment tagħna u jkollna bżonn
il-ko-operazzjoni ta’ oħrajn bħal, per eżempju, il-Pulizija,
F’każijiet bħal dawn, nippruvaw nagħtu s-servizz fiż-żmien stipulat
kif ġej:
|
|
Perijodu *
Massimu* |
|
Reġistrazzjoni ta' persuni li kienu ċittadini ta' Malta jew
ta' tfal imwielda barra minn Malta minn omm Maltija |
Xahar |
| Ħruġ ta’
permess uniformi għal residenza |
Xahrejn |
| Ħruġ ta’
permess ta' residenza fit-tul |
6 xhur |
|
Naturalizzazzjoni ta’ persuna bħala ċittadin ta’ Malta |
4 xhur |
|
bħala
ċittadin ta’ Malta |
Perijodu
Minimu** |
|
Reġistrazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta ta’ persuna miżżewġa
ċittadin Malti |
4 xhur |
*
Mid-data
ta’ meta taslilna l-applikazzjoni.
**
Peress
li m’huwiex possibbli li jiġi determinat kemm għandhom idumu
l-investigazzjonijiet f’dawn il-każijiet, jista’ jiġi indikat
perijodu minimu biss.
Għal dik li hija
korrispondenza ta’ rutina, inkluż l-emails, għandek tirċievi
risposta mingħandna fi żmien 5 ijiem tax-xogħol. Jekk għal xi raġuni
dan ma jkunx possibbli, ninfurmawk dwar l-azzjoni li qed tittieħed.
Kif tista' tghinna
Xi eżempji dwar kif
tista’ tgħinna nipprovdu servizz aħjar:
-
Jekk int applikajt
għal ċittadinanza Maltija u ġejt mitlub mill-Pulizija ta’
l-Immigrazzjoni biex tasal wasla s’għandhom u teħdilhom xi
dokumenti, agħmel dan minnufih.
-
Jekk qed tapplika
għal permess uniformi għal residenza jekk jogħġbok aċċerta ruħek
li timla l-formola ta’ l-applikazzjoni adattata (CEA/20) kif
jixraq u li l-fotokopji tad-dokumenti meħtieġa (flimkien ma’
l-oriġinali) jiġu preżentati lid-Dipartiment.
-
Jekk qed tapplika
għal permess uniformi għal residenza għal xi membru tal-familja
jekk jogħġbok aċċerta ruħek li inti, bħala d-detentur
tal-permess uniformi għal residenza jew bħala l-applikant għal
permess uniformi għal residenza, tiffirma l-applikazzjoni
relattiva (CEA/23).
-
Jekk qed tapplika
għal permess ta’ residenza fit-tul, flimkien mal-formola ta’
l-applikazzjoni mimlija (CEA/20) inti għandek tipprovdi
d-dokumenti meħtieġa (l-oriġinali + il-fotokopji) biex ikopru
l-aħħar ħames snin qabel id-data ta' l-applikazzjoni.
-
Fil-każijiet ta’
l-aħħar ta’ min jikkonsulta l-fuljett tagħna dwar il-Permess
Uniformi għal Residenza (li jinkisbu mid-Dipartiment) u li
jistgħu jinstabu fuq is-sit ta' l-internet tal-Ministeru (MJHA)
jew li jistgħu jintalbu wkoll bl-email fuq: citizenship@gov.mt
Wieħed hu mħeġġeġ ukoll biex jaqra n-noti li hemm fil-formoli
ta’ l-applikazzjoni msemmija hawn fuq.
Nitolbuk ukoll biex:
-
tuża l-korteżija u
tikkopera ma’ l-istaff tagħna
-
tiġi d-Dipartiment
biss fil-ħinijiet li nkunu miftuħin għall-pubbliku
-
iċċempel minn
qabel jekk tkun trid tkellem lil xi uffiċjal tad-Dipartiment
minħabba xi bżonn urġenti sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji
-
taċċerta ruħek li
għandek id-dokumenti kollha meħtieġa qabel ma tiġi d-Dipartiment
Jekk m'intix
sodisfatt/a bis-servizz
taghna
Hu importanti li
tkun sodisfatt/a bis-servizzi tagħna. Jekk taħseb li aħna b'xi mod
inqasna milli nagħtuk il-livell ta' servizz li aħna wegħidnik int
tista' tagħmel ilment. Aħna naraw l-ilmenti kollha għaliex dawn
jgħinuna biex intejbu s-servizzi tagħna u għaliex is-sodisfazzjon
tiegħek hu essenzjali għalina.
Tista’ tibgħat
l-ilment tiegħek bil-miktub, billi timla l-parti relevanti tal-Feedback
Form jew iċċemplilna biex tagħmel appuntament ma’ l-Uffiċjal
tal-Customer Care tagħna biex tiddiskuti l-ilment tiegħek.
L-uffiċjal tagħna jieħu ħsieb jinvestiga l-ilment tiegħek u javżak
bir-riżultat fi żmien ġimgħa.
Jekk l-ilment
tiegħek jeħtieġ aktar żmien biex jiġi investigat, ninfurmawk b’dan
bil-miktub. Jekk xorta ma tibqax sodisfatt bir-risposta li tajnik,
tista’ tressaq l-ilment tiegħek lid-:
Direttur
Dipartiment taċ-ċittadinanza u ta’ l-Expatriates
3, Pjazza Kastilja
Valletta CMR 02
Id-Direttur
jibagħtlek risposta fi żmien 10 ijiem tax-xogħol.
Nixtiequ ninfurmawk
li ma nkunux nistgħu nipproċessaw l-ilment tiegħek jekk:
- ma tikkwalifikax għal servizz
-
l-applikazzjoni
tiegħek għal ċittadinanza Maltija ġiet miċħuda. F’dan
ir-rigward, għandek tinnota li Artikolu 14 ta’ l-Att dwar
iċ-ċittadinanza Maltija (Kap. 188) jistipula li ‘l-Ministru
(responsabbli għall-ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu
maċ-ċittadinanza Maltija) ma jkunx meħtieġ li jagħti xi raġuni
għall-għoti jew għaċ-ċaħda ta’ xi applikazzjoni skond dan l-Att
u d-deċiżjoni tal-Ministru fuq xi applikazzjoni bħal dik ma
tkunx soġġetta għal appell jew reviżjoni f’xi qorti.’
-
L-applikazzjoni tiegħek għal permess uniformi għal residenza ma
ġiex appoġġjat għal kollox mid-dokumenti mitluba.
- Inti
ma tissodisfax il-kundizzjonijiet dwar l-istatus ta' residenza
fit-tul, speċjalment jekk qbiżt il-perjodi permessibbli ta'
assenza minn Malta.
Nitghallmu minghandek!
Aħna kontinwament
qed nagħmlu ħilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa
l-bżonnijiet tiegħek u ghalhekk nilqgħu kull kumment jew suggeriment
li jista' jgħinna ntejbu s-servizz tagħna. Jekk jogħgbok, tina
l-kummenti tiegħek billi timla Feedback Form u tħallihielna
fil-kaxxa tas-suggerimenti li għamilna apposta fir-reception area
jew billi tibgħatha bil-posta.
Kull informazzjoni
f'dan il-fuljett hija korretta sakemm morna għall-istampa.
Informazzjoni aggornata tinsab fuq il-website taċ-Charter Support
Unit.
L-ewwel pubblikazzjoni Awissu 1999
Ottubru 2003
Dicembru 2007
Ippubblikat mic-Charter Support Unit,
OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampar, Stamperija tal-Gvern
|