|
Quality Service Charter
ghal-Librerija Pubblika Centrali
Werrej
Dan ic-Charter
Il-Missjoni
taghna
Kif
tista' tikkuntattjana
L-Impenn
taghna
Kif tista'
tghinna
Kif
tuza is-servizz taghna
Is-Servizzi
taghna
Attivitajiet
Extra-Kurrikulari
Jekk
ma tkunx sodisfatt/a bis-servizz taghna
Nitghallmu
minghandek
Dan ic-Charter
Dan ic-Charter ghandu
jservi bhala gwida ghal-Librerija Pubblika Centrali. Fih issibu lista
tas-servizzi li ahna nipprovdu u l-livell ta' servizz li lejh qeghdin
nimmiraw.
Il-Missjoni
Taghna
L-impenn taghna huwa li
nservu lill-membri kollha tal-komunita' billi mil-librerija nipprovdu
materjal edukattiv, informattiv kif ukoll rikreattiv.
Il-Librerija Pubblika Centrali
tipprovdi servizz aktar wiesa' permezz ta' ghadd ta' libreriji regjonali
f'diversi bliet u rhula. L-ghan taghna huwa li nissodisfaw il-htigijiet
u l-gosti tal-klijenti taghna.
Kif
tista’ tikkuntattjana
Tista tikkuntattjana
billi:
- Tigi personalment jew tiktibilna
fuq:
Librerija Pubblika Centrali
Triq Sir Hannibal Scicluna
Floriana CMR 02
L-Impenn
Taghna
Ahna noffru ghazla kbira
ta' servizzi. Meta tinqeda minn ghandna, ghandek tistenna li ahna:
- nkunu edukati u ta’ ghajnuna u naghtuk
attenzjoni immedjata f’kull hin
- nkunu ddedikati ghal xogholna kif
ukoll imharrga kemm f’customer care kif ukoll fil-proceduri
tal-librerija
- nidentifikaw ruhna billi nilbsu
biljetti ta’ identifikazzjoni.
Ahna nippubblikaw fuljett
kull tliet xhur biex inzommu kuntatt kontinwu mieghek filwaqt li nzommuk
aggornat/a dwar dak li jkun qieghed isir fil-Librerija. Tista takkwista kopja ta' dan il-fuljett mil-librerija stess. Ahna
nippubblikaw ukoll fuljetti ohra li jaghtukom aktar informazzjoni fuq
il-librerija kif ukoll intellghu l-izjed informazjzoni recenti fuq
il-website taghna fl-indirizz li gej:
www.education.gov.mt/edu/central_public.htm
Ahna qed naghmlu hilitna
biex intejbu dejjem aktar l-ambjent tal-librerija. Nipprovdu ambjent
mghammar b'arja kkundizzjonata, lift, vending machines kif ukoll pay
phones. Peress li ahna dejjem
nistinkaw biex intejbu l-facilitajiet taghna, qeghdin naghtu attenzjoni
partikulari lil dawk il-klijenti bi bzonnijiet specjali.
Bhala rikonoxximent ta’
dan l-impenn taghna, irbahna wkoll il-People Management and Satisfaction
Award organizzat mill-Employment Training Corporation matul is-sena
1999.
Kif
tista tghinna
Biex tghinuna naghtu
dejjem servizz ta' kwalita', jekk joghgobok:
- dejjem gibu mieghek il-biljett tas-shubija
- uza l-materjal kollu bl-akbar
attenzjoni
- irritorna l-materjal kollu fil-hin
- halli l-kotba f'posthom waqt li qed
taghmel l-ghazla tieghek
- twarrabx mil-librerija materjal ta'
referenza
- kun gentili u edukat/a maghna.
Kif
tuza is-servizzi taghna
Biex tkunu tista tuza
s-servizzi taghna tehtieg qabel kollox biljett tas-shubija. Jekk ghad
m'ghandekx biljett bhal dan, mur i l-Customer Care Unit biex
minn hemm jaghtuk formola ta' l-applikazzjoni. Biex tapplika ikollok
bzonn il-karta ta' l-identita', filwaqt li persuni taht l-eta' jehtieg
li jkunu akkumpanjati minn genitur jew kustodju, li jkun jehtieg igib
mieghu l-karta ta' l-identita'. Ma ndumux aktar minn 5 minuti biex
nirregistrawk
bhala membri.
Ahna nkunu miftuhin ghall-pubbliku
mit-Tnejn sas-Sibt f'dawn il-hinijiet:
- 1 ta' Ottubru - 15 ta' Gunju
mit-Tnejn sal-Gimgha
8.30 a.m. - 5.45 p.m.
- 16 ta' Gunju - 30 ta' Settembru
mit-Tnejn sal-Gimgha
8.30 a.m. - 1.15 p.m.
is-Sibt
8.15 a.m. - 1.00 p.m.
Jekk tehtieg aktar taghrif
cempel il-Customer Care Unit fuq 21 252604.
Is-Servizzi
taghna
Meta
tissellfu ktieb
Il-librerija centrali hija
totalment kompjuterizzata. Xi whud mill-ferghat tal-librerija fil-bliet
u l-irhula gew ukoll kompjuterizzati u tista tfittex l-materjal li
jkollok bzonn anki mil-librerija taghna. Staqsi lill-membri ta'
l-istaff taghna dwar liema taqsimiet gew kompjuterizzati.
Tista tuza ukoll
il-katalogu elettroniku taghna biex issib l-kotba li tridu. Jekk
il-ktieb li qed tfittex jinsab misluf ghand xi hadd, ahna nkunu nistghu
nirrizervawhulek. Malli l-ktieb jigi lura ghandna, ahna ninfurmawk
fi' zmien 48 siegha u nzommulek ir-rizervazzjoni sa 10 ijiem.
Jekk joghgbok dur u
qalleb kemm tixtieq fil-kollezzjoni taghna. Tista' tissellef sa 4
kotba f' liema zmien trid u tista' zzommhom sa mhux aktar minn 3 gimghat,
kemm il-darba tipprezenta il-biljett tas-shubija. Kemm jekk qed
tissellef jew jekk qed tirritorna l-kotba, l-istaff taghna ma
jdumx aktar minn 4 minuti biex jaqdik.
Jekk ikollok ktieb li
tkunu tixtieq zzomm ghandek ghal zmien itwal, tista' taghmlu dan
billi ccemplilna fuq. 21243473/21240703/21224044 Ext 221 (adult library)
Ext 225 (junior library) Is-self ta' ktieb jista' jiggedded ghal mhux
aktar minn 3 gimghat, kemm il-darba ma jkunx hemm talbiet ghalih.
Kotba bid-data ta' meta
kellhom jingiebu lura skaduta ma jkunux jistghu jigu mgedda.
|
Prezzijiet |
Lm |
e/r |
€ |
| |
|
0.429300 |
|
|
Fotokopji- Prezz kull Karta
|
|
|
|
|
Manuskritti |
0.06 |
|
0.14 |
|
Gazzetti |
0.06 |
|
0.14 |
|
Microfilms |
0.06 |
|
|
| |
|
|
|
|
Kotba |
0.05 |
|
0.12 |
|
Periodicals |
0.05 |
|
0.12 |
| |
|
|
|
| |
|
|
|
“Maltese lira values are for information purposes only.” |
|
| |
|
|
|
|
Pagament |
|
|
|
|
Kull fotokopja ghandha tigi
mhallsa minn quddiem meta tinghata l'karta ta l-ordni.
|
| |
|
|
|
|
L-ordnijiet jigu accettati
f'dawn il-hinijiet: |
|
|
|
|
16
ta'
Gunju - 30 ta' Settembru |
08:30hrs - 12:30hrs |
| |
|
|
|
|
1
ta' Ottubru - 15 ta' Gunju
|
08:30hrs - 12:30 hrs |
| |
13:30hrs - 17:00 hrs |
| |
|
|
|
|
Il-fotokopji jistaw jigu
migbura personalment jew jintbaghtu bil-posta. Ordnijiet
minghand dipartimenti governattivi, kumpaniji parastatali,
etc, jigu milqugha biss jekk ikun hemm ittra ufficjali mid-dipartiment
koncernat. |
Bzonnijiet
Specjali
Ahna naghmlu hilitna
kollha sabiex noffru servizzi li huma accessibbli ghal nies b'dizabilita'. Ghalhekk noffru audiocassettes ghal persuni
b'dizabilita'. Nibaghtulek bil-posta kull materjal li tkun tehtieg fi zmien
jumejn minn meta nircievu t-talba tieghek.
Biex tuza dan is-servizz
tkunu tehtieg timla formola apposta mahruga mil-librerija ghall-bzonnijiet
specjali. Ahna nibaghtulek bil-posta formola u katalogu tal-cassettes
li ghandna. Int tkun tista tibaghtulna lura bil-posta l-formola u
il-katalogu fejn tghidilna x'tixtieq tissellef. Dawn tista'
timpustawulnaa fl-envelop self-addressed li nibaghtulek.
L-audio cassettes li
tissellf tkun tista' zzommhom xahar shih. Nitolbuk biss toqghod attent/a li
tirritorna l-materjal f'kundizzjoni tajba.
Niksbu
Kotba Godda
Il-kumitat li jaghzel
il-kotba godda jiltaqa' regolarment u jikkunsidra kull suggeriment li
tkunu tixtiequ taghmlulna sabiex nixtru materjal li tixtiequ li ahna
nakkwistaw. Jekk tixtiequ xi kotba godda, jekk joghgbok poggi s-suggerimenti
tieghek fil-kaxxa li hemm apposta fl-entratura tal-librerija tal-kbar.
Tista' tuza l-Feedback Form.
Servizz
ta' Referenza
Tistghu taghmlu uzu
mil-librerija ta' referenzi varji li ghandna, li jinkludu Melitensia,
kotba u artikoli ta' natura generika, servizzi ta' l-Internet u materjal
awdjo viziv bhalma huma CD-ROMS u audio cassettes. Nistghu
wkoll naghmlulkom fotokpji.
Il-librerija tal-Melitensia
tipprovdi kotba relatati ma' Malta kif ukoll materjal iehor
ippubblikat minn awturi Maltin. L-istaff taghna f' din it-taqsima
issibuh lest jghinkom tiksbu l-informazzjoni kollha li tehtiegu.
Is-servizzi ta' l-internet
u ta' materjal awdjo viziv issibuh f'dawn il-hinijiet:
- 1 ta' Ottubru - 15 ta' Gunju
mit-Tnejn sal-Gimgha
8.30 a.m. - 12.30 p.m.
2.00 p.m. - 5.45 p.m.
- 16 ta' Gunju - 30 ta' Settembru
mit-Tnejn sal-Gimgha
8.30 a.m. - 12.30 p.m.
is-Sibt
8.30 a.m. - 12.30 p.m.
Ibbukkja minn qabel biex
ma tkunx dizappuntat/a.
Attivitajiet
Extra-Kurrikulari
Programmi
Edukattivi
Norganizzaw Story
Telling darba fil-gimgha bejn ix-xhur ta' Novembru u Mejju bil-ghan
li nistimulaw l-immaginazzjoni u l-kreattivita' tat-tfal li jigu mharrga
wkoll biex jibnu sens ta' kunfidenza fihom infushom u jersqu lejn
il-qari bl-iktar mod naturali. Tfal bejn 4-7 snin huma mhegga jattendu
flimkien mal-genituri jew kustodju taghhom.
Ghal
tfal bejn 8-10 snin hemm il-programm Kemm Inhobb Naqra! fejn
matulu nkomplu nibnu fuq dak li bnejna bi' Story Telling. Waqt
dan il-programm it-tfal jiehdu sehem f'diskussjonijiet, qari ta'
stejjer, introduzzjoni ta' l-Internet, kif ukoll f'quizzes edukattivi
li bihom ikomplu jibnu l-potenzjal edukattiv taghhom.
Il-Pjacir Taghna
Nitkellmu Maghkom huwa programm
immirat lejn il-genituri li t-tfal taghhom jattendu l-programmi
msemmija. Matul dan il-programm jigu diskussi suggetti li jittrataw
il-qari tat-tfal flimkien ma' introduzzjoni tas-servizzi li toffri
l-Librerija.
Zjajjar
fil-Librerija
Ahna nheggu lill-iskejjel
biex jorganizzaw zjajjar fil-librerija bil-ghan li nikkultivaw u nsahhu
d-drawwa tal-qari qalb it-tfal. L-iskejjel ghandhom dejjem jibbukkjaw
minn qabel.
Jekk
ma tkunx sodisfatt/a bis-servizz taghna
Is-sodisfazzjon shih
tieghek
huwa essenzjali ghalina. Ahna niflu l-ilmenti kollha tieghek, ghax dawn
jghinuna hafna biex intejbu s-servizz taghna.
Kull meta tixtieq
taghmel
xi lment, tajjeb li qabel xejn tkellem lill-persuna li tkun servietek.
Jekk xorta wahda thossok m'intix sodisfatt/a, tista' tkellem jew tikteb lill-Customer Care Unit f' dan
l-indirizz:
Librerija Pubblika Centrali
Dipartiment tal-Libreriji
w Arkivji
Floriana CMR 02
Ahna ngharrfuk minnufih
li rcevejna l-ilment tieghek u nibaghtulek twegiba shiha fi zmien
gimghatejn.
Nitghallmu
minghandek
Napprezzaw hafna
r-reazzjonijiet u l-ideat tieghek, sabiex naccertaw ruhna li qed
nipprovdulek dak li tassew tehtieg. Dan tista' taghmlu billi timla' l-Feedback Form li
ssib l-Librerija u thallihielna fis-Suggestion
Box li ssib fl-entratura tal-librerija tal-kbar. Naccertawk li
s-suggerimenti u l-ideat tieghek ahna nohduhom bis-serjeta' sabiex
intejbu s-servizz taghna.
Kull informazzjoni f’dan
il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa. Izjed informazzjoni
tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit u f’dik
tal-Librerija Pubblika Centrali.
L-ammonti bil-Lira Maltija huma bbażati fuq ir-rata ta’
€1=Lm0.429300 u huma għal użu ta’ informazzjoni biss.”
Ippublikat mic-Charter
Support Unit, OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampar, Stamperija
tal-Gvern
Fotografija, DOI
L-ewwel pubblikazzjoni
Mejju 1999
Marzu 2002
|