AIP Quality Service Charter

Werrej

Min ahna

Dan ic-Charter

Kif tista’ tikkuntattjana

Hinijiet tal-ftuh

L-impenn taghna

Kif tista’ tapplika

Kif tista’ tghinna

Jekk m’intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Nitghallmu minghandek!

 

Min ahna

Bhala s-Sezzjoni tal-Acquisition of Immovable Property fi hdan id-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty tad-Divizjoni tat-Taxxi Interni ahna responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ligi li tirregola x-xiri ta’ proprjetà immobiljari minn persuni mhux residenti f’Malta.

 

Dan ic-Charter

F’dan ic-Charter ghandek issib taghrif dwar is-servizzi li noffru u l-livell ta’ servizz li behsiebna nilhqu u li ghandek tistenna minghandna. Fic-Charter nghidulek ukoll x’ghandek taghmel jekk tixtieqna nbiddlu jew intejbu s-servizz taghna b’xi mod. Ahna regolarment naraw li qed nilhqu l-livell mixtieq u anke kif nistghu intejbu dejjem aktar dan il-livell ta’ servizz imwieghed fil-Quality Service Charter taghna. B’dan ic-Charter ahna qed nintrabtu li naghtuk servizz ta’ kwalità.

 

Kif tista’ tikkuntattjana

Int tista’ tikkuntattjana billi:

  • tigi personalment jew tiktbilna f’dan l-indirizz:

      Taqsima ta'  tal-AIP

      Dipartiment tal-Capital Transfer Duty

      46, Monte di Pietà Buildings

      Triq Merkanti 

      Valletta,  CMR 02

  • ccemplilna fuq : 22998106 / 22998171 / 22998136

  • tibghatilna fax fuq: 21242926 / 21238447

  • tibghatilna e-mail fuq: aip@gov.mt

  • izzur il-website taghna fuq http://www.aip.gov.mt/ 

 

Hinijiet tal-ftuh

Ahna nkunu miftuhin mit-Tnejn sal-Gimgha f’dawn il-hinijiet:

1 ta’ Ottubru – 15 ta’ Gunju

8:00 am – 12:00 pm, 1:30 pm – 4:45 pm

16 ta’ Gunju – 30 ta’ Settembru

8:00 am – 1:00 pm

 

L-impenn taghna

Meta tikkuntattjana, ghandek tistenna li ahna:

  • naghtuk ghajnuna fil-pront u nkunu edukati mieghek f’kull hin

  • jkollna l-informazzjoni mehtiega u nkunu ddedikati fix-xoghol u mharrga sew fil-legislazzjoni ta' l-AIP sabiex nghinuk

Meta ccemplilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nirrisponduk fil-pront

  • nghidulek isimna u l-grad taghna.

Meta tiktbilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nibaghtulek avviz li nkunu rcevejna l-e mail tieghek fi zmien 24 siegha

  • nibaghtulek avviz li nkunu rcevejna korrispondenza ohra fi zmien 24 siegha.

Meta ntuk xi informazzjoni, ghandek tistenna li ahna:

  • naghtuk l-izjed informazzjoni recenti u ezatta li jkollna

  • nwegbuk bl-aktar mod komplet u preciz possibbli.

Jekk l-applikazzjoni tieghek tigi milqugha u accettata, ahna:

  • nohorgu nota tal-approvazzjoni mhux aktar tard minn 35 gurnata ta’ xoghol minn mindu tkun tajtna l-applikazzjoni tieghek.

Fil-kaz li l-applikazzjoni tieghek ikollha xi informazzjoni jew dokumenti nieqsa, ahna nikkuntattjawk biex tipprovdilna din l-informazzjoni. F’dan il-kaz tifhmu illi imbaghad nistghu ndumu izjed minn 35 gurnata ta’ xoghol biex nohorgu nota tal-approvazzjoni.

 

Kif tista’ tapplika

Ahna nircievu applikazzjonijiet minn persuni mhux residenti jew minghand min japplika f’isem persuni mhux residenti biex jixtru proprjetà immobiljari. Tista’ tigbor applikazzjoni mill-ufficcju taghna jew tistaqsina sabiex nibaghtulek kopja bil-posta. Tista’ tkun taf aktar dwar kif tapplika billi tistaqsina naghtuk fact sheet meta tigbor l-applikazzjoni. Jekk joghgbok ibghat zewg kopji ta’ din l-applikazzjoni u maghha ibaghtilna:

  • kopja tal-konvenju tal-proprjetà li se tinxtara.

Jekk se tixtri proprjetà immobiljari ghall-ewwel darba, ikollna bzonn ukoll:

  • zewg ritratti daqs ta’ passaport

  • kopja tal-pagna tal-passaport fejn ghandek imnizzla id-dettalji personali tieghek.

Jekk diga ghandek proprjetà immobiljari u se tixtri ohra, ikollna bzonn:

  • kopja tal-kuntratt ta’ bejgh tal-proprjetà li kellek

  • ir-ragunijiet ghalfejn ser titrasferixxi il-proprjetà li kellek qabel u tixtri proprjetà gdida.

Socjetajiet anonimi li jikkwalifikaw bhala mhux residenti ikun hemm bzonn li jibaghtulna:

  • il-Memorandum u l-Artikli ta’ l-Assogjazzjoni tal-kumpanija kif ukoll dettalji ohra li ahna naraw necessarji skon in-natura tal-kumpanija. Nistghu naghtuk izjed informazzjoni dwar dan billi tikkuntattjana l-uffiggju taghna. Jekk tkun trid izjed taghrif nitolbuk tikkuntattjana.

 

Kif tista’ tghinna

Tista’ tghinna naghtuk dejjem servizz ta’ kwalità billi:

  • tkun edukat/a u ta’ ghajnuna ma’ l-istaff taghna

  • tipprovdilna l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li nitolbuk.

 

Jekk m’intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Hu importanti ghalina li tkun sodisfatt bis-servizzi taæna. Jekk tahseb li b'xi mod inqasna milli naætuk il-livell ta' servizz li ahna weæidnik int tista' taghmel ilment billi tikteb lid-:

Direttur

Taqsima tal-AIP

Dipartiment tal-Capital Transfer Duty

46, Monte di Pietà Buildings

Triq Merkanti

Valletta CMR 02

Ahna nibaghtulek nota li rgevejna l-ilment tieghek fi zmien 24 siegha minn meta nkunu rcivejnieh. Twegiba shiha, imbaghad, nibaghtuhielek fi zmien 10 ijiem minn mindu nkunu bghatnielek l-avviz.

 

Nitghallmu minghandek

Ahna kontinwament qed naæmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieæek u æalhekk nilqæu kull kumment jew suggeriment li jista' jæinna ntejbu s-servizz taæna. Jekk joægbok, tina l-kummenti tieæek billi timla feedback form u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti li æamilna apposta fl-ufficcju taghna.

Kull informazzjoni f'dan il-fuljett hija korretta sakemm morna æall-istampa. Informazzjoni aggornata tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit u fuq dik taghna fuq http://www.aip.gov.mt/ 

 

Frar 2002

 

Ippubblikat mic-Charter Support Unit, OPM

http://www.servicecharters.gov.mt

Stampat, Stamperija tal-Gvern

Fotografija, DOI