Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi u l-Garaxx ta’ l-Ambulanzi fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex

 

Werrej

Dan ic-Charter

Drittijiet aspettattivi

Informazzjoni protetta

Kif tista tikkuntattjana

Kunsiderazzjoni personali u rispett

Access ghas-servizzi

Access ghal informazzjoni

Is-servizzi li noffru

Ir-rwol tieghek bhala pazjent

Jekk m’intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Nitghallmu minghandek!

 

Dan ic-Charter

Dan ic-charter jaghtik informazzjoni dwar id-drittijiet u rresponsabbiltajiet tieghek bhala pazjent meta taghmel uzu mis-servizzi tad-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi u l-Garaxx ta’ l-Ambulanzi fl-Isptar Generali t’Ghawdex. Huwa mahsub ukoll bhala gwida ghas servizzi offruti u l-livell ta’ servizz li ghandek tistenna li naghtuk. B’dan ic-charter ahna qed nintrabtu li noffrulkom servizz ta’ kwalità.

Fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi, fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex, ahna naghmlu mill-ahjar li nistghu sabiex noffru servizzi ta’ kwalità filwaqt illi nirrispettaw l-aspetti socjali, kulturali u ekonomici ta’ madwarna.

 

Drittijiet u aspettattivi Drittijiet u aspettattivi

F’dan ic-charter ahna nirreferu ghad-drittijiet u l-aspettattivi tieghek. Inti intitolatca ghad drittijiet tieghek kull hin u kullimkien fis-servizz kollu tas-sahha pubblika. Inti ghandek id-dritt illi –

• tiehu kura skond il-bzonnijiet medici tieghek u irrispettivament mill-istil ta’ hajja, kulur u sess tieghek jew skond fatturi ohrajn

• tirrifjuta jew taghti kunsens ghall-kura li ahna nistghu noffru.

L-aspettattivi, minn naha l-ohra, huma l-livelli ta’ servizz li ahna, nippruvaw nilhqu bl-ahjar mod li nistghu fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi u l-Garaxx ta’ l-Ambulanzi. Cirkustanzi eccezzjonali jistghu, xi kultant, izommuna milli nilhqu dawn il-livelli.

 

Informazzjoni protetta

Informazzjoni personali pprovduta hija protetta u tintuza skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.

 

Kif tista’ tikkuntattjana Kif tista’ tikkuntattjana Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi

Tista tikkuntattja d-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi billi –

• tigi personalment jew tikteb f’dan l-indirizz

Sptar Generali t’Ghawdex

Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi

Victoria VCT 102

Ghawdex

• ccemplilna fuq in-numr 21561600 Extension 225c228

• tibghatilna fax fuq in-numru 21 546405

• zzur il-website taghna fuq www.gozo.gov.mt

Kull meta zzurna jew tikkuntattjana ghandek tistenna illi –

• ssib fejn tistaqsi u sinjali ta’ direzzjoni li juruk fejn trid tmur

• tinghata l-kura f’ambjent li huwa komdu, nadif u minghajr periklu.

 

Garaxx ta’ l-Ambulanzi

Il-Garaxx ta’ l-Ambulanzi jinsab hdejn il-Medical and General Stores (fuq in-naha tal-lemin tad-dhul principali ghall-isptar). Tista’ tikkuntattja l-Garaxx ta’ l-Ambulanzi billi –

• tigi personalment jew tikteb f’dan l-indirizz

Sptar Generali t’Ghawdex

Garaxx ta’ l-Ambulanzi

Victoria VCT 102

Ghawdex

• ccemplilna fuq 21 561600 Extension 329

• tibghatilna fax fuq in-numru 21 546405

Kull meta zzurna jew tikkuntattjana ghandek tistenna illi –

• issib fejn tistaqsi u sinjali ta’ direzzjoni li juruk fejn trid tmur

• tinghata servizz f’ambjent li huwa komdu, nadif u minghajr periklu.

 

Kunsiderazzjoni personali u rispett Kunsiderazzjoni personali u rispett

Ghandek tistenna li l-istaff kollu jkun liebes karta ta’ l-identità li turi l-isem u l-grad fi hdan id-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi u l-Garaxx ta’ l-Ambulanzi. Ghandek tistenna li l-istaff kollu jgib ruhu mieghek bl-ahjar mod possibbli. L-istaff kollu huwa obbligat li jaqdik b’kortesija u jirrispetta l-privatezza, d-dinjità, l-kultura, t-twemmin religjuz u l-istil ta’ hajja tieghek.

 

Access ghas-servizzi Access ghas-servizzi Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi

Id-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi huwa miftuh 24 siegha kuljum, sebat ijiem fil gimgha, inkluzi festi pubblici. F’kaz li jkollok bzonn kura medika urgenti, tista’ taghmel uzu mid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi billi –

• tmur personalment fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi

• f’emergenza, taghmel uzu mit-trasport ta’ emergenza blambulanza

• jirreferik it-tabib privat tieghek

• jirreferik it-tabib tac-centru tas-Sahha.

Fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi l-ewwel tinghata kura lill-kazi l-izjed urgenti u mhux fuq bazi ta’ min jigi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Ghandek id-dritt li tinghata kura b’duwa u medicini xierqa. Jekk iddh u l tieghek jaqa’ f’certa kategorija, inti tista’ tkun intitolatca ghall-Karta r-Roza. Din il-karta taghtik id-dritt li tikseb il-medicini tieghek b’xejn. Ghall-aktar informazzjoni staqsi fl-Ufficcju tas-Sigurta‘ Socjali fid-Distrett tieghek.

Jekk tbati minn wiehed jew minn ghadd ta’ kundizzjonijiet kronici specifici, ghandek ukoll id-dritt li tiehu l-medicini tieghek b’xejn. Dawn il-kundizzjonijiet huma mnizzla f’lista maghrufa bhala Skeda V. It-tabib tieghek jista’ jaghtik parir dwar dan. Fil-kaz ta’ barranin dawn is-servizzi jinghataw bi hlas, hlief f’dawk il-kazi ta’ persuni nglizi li joqghodu hawn ghal xahar, Awstraljani u Griegi li joqghodu Malta u Ghawdex ghal sitt xhur.

 

Garaxx ta’ l-Ambulanzi

Il-Garaxx ta’ l-Ambulanzi joffri dawn is-servizzi-

• trasport ta’ emergenza bl-ambulanza

• trasport ta’ pazjenti minn u ghal sptarijiet ohra f’Malta

• trasport ta’ pazjenti minn u ghad-dar (sabiex jattendu klinici gewwa l-Isptar ta’ Ghawdex jew meta jintbaghtu d-dar mill-istess sptar)

• trasport ta’ pazjenti fl-isptar ta’ Ghawdex ghal hargiet kulturali

• trasport ta’ pazjenti mid-dar f’Ghawdex ghal sptarijiet privati gewwa Malta, ghall-Heliport ta’ Ghawdex jew ghall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan is-servizz jinghata bi hlas ta’ €23.29 s-siegha matul il-gimgha u €34.94 s-siegha fi hdud u festi pubblici.

Sabiex noffru dawn is-servizzi, l-Garaxx ta’ l-Ambulanzi jikkollabora ma’ swali u klinici ohra fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Dan ifisser li biex taghmel uzu mis-servizzi li noffru, ikollok bzonn riferenza missezzjoni kkoncernata. Minbarra trasport ta’ emergenza, kull trasport iehor huwa offrut ghal dawk il-pazjenti li m’ghandhomx mezz iehor ta’ trasport. Lamministrazzjoni ta’ l-Isptar Generali ta’ Ghawdex ghandha d-dritt illi tinvestiga kull talba ghal dawn is-servizzi. Pazjenti li jinqabdu jabbuzaw ma jibqax jinghatalhom dan is-servizz.

 

Access ghal informazzjoni

Ghandek id-dritt li-

• tkun infurmatca bis-servizzi offruti fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi u l-Garaxx ta’ l-Ambulanzi

• tinghata spjegazzjoni cara dwar it-trattament c servizz li ahna nipproponu, inkluzi r-riskji involuti f’dak it-trattament c servizz u jekk hemmx alternattivi. Dan ghandu jghinek tiehu decizjoni dwar jekk taghmilx dan it-trattament jew le

• jkollok kull informazzjoni dwarek merfugha b’mod kunfidenzjali

• tinghata twegiba ghall-mistoqsijiet li taghmel fuq il-kundizzjoni tieghek

• tinghata appuntamenti segwenti skond il-bzonnijiet medici tieghek.

 

Is-servizzi li noffru

Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi Dipartiment tad-Dhul

Tista’ tkun riferut ghas-sala akuta jew residenzjali mid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi jew inkella mid-Dipartiment ta’ l-Outpatients. Qabel tinghata riferenza jkun hemm bzonn li tigi invistatca mill-ufficjal mediku ta’ l-istess dipartiment. Wara din il-vista tinghata risposta minghand l-ufficjal mediku dwar jekk ghandekx bzonn tiddahhal l-isptar jew le.

Tista’ tinghata riferenza mid-Dipartiment ta’ l-Outpatients wara vista minn konsulent jew ufficjal mediku. F’dan il-kaz, l-arrangamenti kollha jsiru fid-Dipartiment ta’ l-Outpatients stess u tintbaghat id-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi ghar-registrazzjoni biss. Kif tasal fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi, tintlaqa’ mill-istaff tar-Reception Desk, fejn minnufih tarak infermierca ta’ l-istess dipartiment. Wara l-infermierca jiddiskuti/tiddiskuti il-kaz tieghek ma’ l-ufficjal mediku tad-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi.

Jekk il-kaz tieghek ikun klassifikat bhala wiehed urgenti, tiddahhal mill-ewwel ghand l-ufficjal mediku tad-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi. Wara din il-vista, l-ufficjal mediku jaghtik informazzjoni dwar liema kura medika ghandek bzonn. Meta il-kaz tieghek jigi klassifikat li mhux urgenti, l-ufficjal mediku jarak fi zmien 30 minuta minn x’hin jkunctkun rakcratek l-infermier/a. Fiz-zewg kazi, tinghata informazzjoni fuq il-kura li ghandek tiehu.

Kif tiddahhal l-isptar, ghandek tnehhi kull oggett ta’ valur illi jkollok fuqek billi jew tiddepozita dawn l-affarijiet fis-safe ta’ l-isptar jew inkella taghtih lill-qraba tieghek. Fl-ewwel kaz, naghmlu lista ta’ oggetti ta’ valur li jkollok, iffirmata minnek, minn infermierca u l-ufficjal tas-sigurta’ ta’ l-Isptar. Kopja tal-lista titpogga fis-safe ta’ l-isptar jew tinghata lill-qraba tieghek. Fil-kaz li ma tkunx konxjuca, hija procedura ta’ l-isptar illi l-oggetti ta’ valur jinghalqu mill-ewwel fis-safe ta’ l-isptar.

Fresh Trauma Clinic

Is-servizz tal-Fresh Trauma Clinic jinghata bejn it-8.30 u d-9.30 ta’filghodu kull nhar ta’ Tnejn, Hamis, Gimgha u Sibt, sakemm ma tkunx festa pubblika. Riferenza ghall-Fresh Trauma Clinic tista’ ssir biss minn ufficjal mediku fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi, wara li l-kaz tieghek ikun gie trattat mill-istess dipartiment. Din ir-riferenza ghall-konsulent ta’ l-ortopedija, ssir f’kazi serji ta’ trawma li jinvolvu tfekkik, sforziczlogar, ksur jew problemi ‘muscoloskeletali’. Appuntamenti ghall-kazi godda jinghataw ghall-ewwel darba li tkun miftuha l-Fresh Trauma Clinic. Ghandek tistenna li tara l-Konsulent ta’ l-Ortopedija fi zmien 15 –il minuta mill-hin ta’ l-appuntament. Fl-ahhar tal-vista, ghandek tinghata informazzjoni dwar il-kors ta’ kura li ghandek issegwi u dwar appuntamenti ohra ghand il-Fresh Trauma Clinic, Dipartiment ta’ l-Outpatients jew Centru tas-Sahha.

Servizz tal-komunità - Servizz ta’ infermier ragel ghall-pazjenti li ghandhom catheter ta’ l-awrina

Dan is-servizz ta’ kura fil-komunità jinghata minn infermiera rgiel mid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi, ghall-pazjenti rgiel li ghandhom catheter ta’ l-awrina. Pazjenti rgiel jistghu jigu riferuti ghal dan is-servizz –

• meta tohrog mill-isptar, mill-ward li tkun hrigt minnha tinghata riferenza bil-miktub ghal dan is-servizz, li trid tinghata lid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi

• billi tinghata riferenza bil-miktub minghand it-tabib tieghek, li trid tinghata lid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi.

F’din ir-riferenza ghandu jitnizzel l-isem, l-indirizz u t-telefon talpazjent, u ta’ qarib tal-pazjent, in-numru u tip tal-catheter. Fi zmien 24 siegha minn meta nircievu r-riferenza, d-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi jikkuntattjawk sabiex jinfurmawk dwar meta l-kura mehtiega se tinghata. Kura li ma tkunx urgenti tinghata bejn 10.00 ta’ filghodu u nofsinhar u bejn l-4.00 u s- 6.00 ta’ filghaxija kuljum, anke fil-hdud u festi pubblici. Kura urgenti tinghata 24 siegha kuljum, anke fil-hdud u festi pubblici. Tkun infurmatca dwar x’ikollok bzonn ghall-kura tieghek fl-ewwel laqgha li jkollok mad-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi. Pazjenti li ghandhom il-karta s-safra (Skeda V) jew il-karta r-roza ghandhom id-dritt ghal kull ma jkollhom bzonn ghall-kura taghhom b’xejn mill-

Isptar Generali ta’ Ghawdex. Il-preskrizzjonijiet necessarji ghandhom jimtlew minn tabib malprez entazzjoni tal-karta s-safra jew roza. Affarijiet li jistghu jinghataw mill-isptar ghall-kura jinkludu catheters ta’ l-awrina, boroz ta’ l-awrina, ingwent ta’ anestesija lokali (anaesthetic gel), ingwanti sterelizzati, ‘sterile urinary catheterisation pack’, likwidu apposta ta’ tindif. Pazjenti minghajr il-karta r-roza jew safra jistghu jixtru dawn l-affarijiet mill-ispizerija ta’ l-Isptar Generali ta’ Ghawdex.

Tista’ tikkuntattja d-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi 24 siegha kuljum, sebat ijiem fil-gimgha f’kaz ta’ problemi bil-catheter ta’ l-awrina. Malli tikkuntattja dan id-dipartiment, ghandek tinghata parir mill-ewwel jew kura jekk il-kaz ikun urgenti. Ahna nzommu rekord tal-kura tieghek fil-’Urinary Catheterisation Chart’ li tinzamm gewwa file kunfidenzjali fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi.

Self ta’ Apparat ghal Terapija bl-Ossignu fil-Kommunita’

Dan is-servizz jinghata mis-6.30 ta’ filghaxija sad-9.30 ta’ filghodu, sebat ijiem fil-gimgha anke fil-hdud u festi pubblici.

Kazi godda li jkollhom bzonn dan l-apparat ghat-terapija bl-ossignu, jigu pprovduti b’cilindru ta’ l-ossignu, flowmeter u maskra ta’ l-ossignu mid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi. F’dan il-kaz ikollok bzonn riferenza bil-miktub minghand tabib. Jekk diga’ qed tiehu din it-terapija, tista’ tibdel ic-cilindru vojt ma’ wiehed mimli mid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi. F’dan il-kaz, ghandek iggib ic-cilindru vojt mieghek. Bejn 9.30 ta’ filghodu u s-6.30 ta’ filghaxija kuljum, inkluz il-hdud u festi, dan is-servizz jinghata mis-Central Sterile Supply Department (CSSD) fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Mis-CSSD, kazi godda jigu riferuti ghall-General Stores, fejn taghmel depositu ta’ Lm40 sabiex taghmel tajjeb ghal xi hsara li tista’ ssir fl-apparat. Dan id-depozitu jinghatalek lura meta ma’ jkollokx bzonn izjed il-kura u tirritorna lura l-apparat kollu.

Ghandek tistenna li tinqeda fi zmien ghaxar minuti minn x’hin izzur id-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi. Ghandek tiftakar illi cilindri zghar biss jintuzaw u l-ebda cilindru zejjed ma’ jitqassam. Huwa importanti wkoll illi kull apparat relatat ma’ din il-kura jinghatalna lura meta ma’ jkollokx bzonn izjed din il-kura.

Ghoti ta’ siringi sterilizzati u li jintuzaw darba u jintremew, lil dawk li jabbuzaw mid-droga

Dan is-servizz jinghata 24 siegha kuljum, sebat ijiem fil-gimgha anke fi hdud u festi pubblici. Kull min jabbuza mid-droga ghandu jitlob siringi sterilizzati u li jintuzaw darba u jintremew, ta’ 0.5ml jew 1ml, mid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi. L-ebda dettalji personali ma’ jintalbu jew jinzammu dwar min jitlob dan is-servizz. Is-siringi jinghataw fi zmien hames minuti minn x’hin jintalbu.

Huwa importanti illi siringi u labar uzati jintremew minghajr ma’ joholqu periklu lill-pubbliku. Siringi wzati ghandhom jintremew f’kontenitur tal-plastik illi jkun jista’ jinghalaq, ma’ jittaqqabx u jkun ta’ plastik rigidu.

Ir-Reception Desk tad-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi bhala Enquires Reception Desk ta’ l-Isptar

Id-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi jintuza bhala Reception Desk ta’ l-Isptar f’dawn il-hinijiet –

• kuljum, bejn is-2.00 ta’ wara nofsinhar u s-7.00 ta’ filghodu

• matul il-gurnata u l-lejl kollu ta’ hdud u festi pubblici.

Ghandek tistenna illi tinghata l-informazzjoni li titlob jew tinghata parir minn fejn issib din l-informazzjoni fi zmien 10 minuti minn x’hin taghmel it-talba tieghek. L-ebda informazzjoni dwar kundizzjoni, rizultati, pronjosi jew informazzjoni ohra dwar pazjenti li jkunu fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex ma’ tinghata, anke f’kaz li tigi mitluba.

Id-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi li jservi wkoll bhala Centru tas-Sahha

Id-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi jservi wkoll bhala Centru tas-Sahha minflok dak tar-Rabat Ghawdex bejn it-8.00 ta’ filghaxija u t-8.00 ta’ filghodu kuljum u fil-festi pubblici. Bejn it-8.00 ta’ filghodu u t-8.00 ta’ filghaxija, c-Centru tas-Sahha tar-Rabat Ghawdex ikun miftuh, u ghalhekk kazi li mhumiex urgenti, ghandhom jirrikorru f’dan ic-centru ghall-pariri ta’ sahha jew bzonn ta’ vizti d-dar. F’kaz li jkollok bzonn is-servizzi li joffri c-?entru tas-Sahha bejn it-8.00 ta’ filghaxija u t-8.00 ta’ filghodu, ghandek tigi fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi. Hawnhekk ikun hawn it-tabib tac-Centru tas-Sahha, ghall-kura, pariri dwar sahhtek, konsultazzjoni jew vizti fid-dar.

Ghandek tistenna li jarakctarak infermierca malli tidhol fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi. It-tabib jigi informat dwar il-bzonnijiet medic i tieghek u jinvistak fi zmien 15–il minuta minn x’hin tidhol fid- Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi. It-tabib jinfurmak fuq il-kaz tieghek u l-kura mehtiega.

Garaxx ta’ l-Ambulanza Servizz ta’Ambulanza f’Emergenza

F’kaz ta’ emergenza medika jew accident f’Ghawdex, tista’ ccempel fuq 196 ghall-ambulanza sabiex twassal il-pazjenti fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi fl-Isptar ta’ Ghawdex. Dan is-servizz jinghata 24 siegha kuljum anke fil-festi pubblici. Tista’ ccempel 196 ghal kull emergenza. Kull telefonata tasal ghand ir-receptionist ta’ l-Isptar u tigi mghoddija immedjatament lid- Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi. Minn hawnhekk insaqsuk iddettalji tal-pazjent, indirizz, dettalji tieghek u direzzjonijiet ghall-post ta’ l-accident.

Id-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi jikkuntattja l-Garaxx ta’ l-Ambulanza minn fejn tintbaghat ambulanza fi zmien 4 minuti. Fil-Garaxx ta’ l-Ambulanza dejjem ikun hemm zewg ambulanzi u zewg xufiera ghal kull emergenza li tista’ tinqala’.

Ghandek tistenna li ahna –

• nzommu l-ambulanzi attrezzati ghal kull emergenza, nodfa, u f’kundizzjoni tajba

• jkollna l-apparat mediku dejjem lest u l-abilita’ li nassistu l-pazjenti bl-Ewwel Ghajnuna Avvanzata u Basic Life Support

• naghmlu kuntatt ma’ servizzi ohra bhalma huma l-pulizija u tattifi tan-nar, jekk ikun hemm bzonn

• nistaqsu lit-Tabib tac-?entru tas-Sahha tar-Rabat ghall-ghajnuna meta jkun hemm bzonn

• ingorru kull pazjent minn u ghall-ambulanza fuq strecer, dejjem jekk il-kundizzjoni medika tippermettilna

• naghtu lil kull pazjent izjed kura fid-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi.

Trasport urgenti ghal Sptarijet tal-Gvern f’Malta

F’ kazi ta’ bzonn, noffru wkoll trasport ta’ pazjenti ghal Sptarijiet tal-Gvern f’Malta, skond l-urgenza tal-kaz. Dan is-servizz jista jordnah biss konsulent jew ufficjal mediku ta’ l-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Is-servizz ta’ l-Ambulanza u l-helikopter jinghata 24 siegha kuljum anke fil-festi pubblici. Ambulanza u xufier huma dejjem lesti ghal dan is-servizz ta’ trasport lejn Malta. Wara riferenza ta’ kull kaz, l-ambulanza tintbaghat immedjatament biex tigbor il-pazjent mill-Isptar Generali ta’ Ghawdex u l-istaff li ser jakkumpanja l-pazjent. L-istaff ikun attrezzat bl-apparat mediku mehtieg u bl-abilita’ li jassisti l-pazjenti bl-Ewwel Ghajnuna Avvanzata u Basic Life Support. Qraba tal-pazjent jistghu jakkumpanjaw biss jekk ikun hemm spazju fl-ambulanza.

Mal-wasla tal-pazjent fl-Isptar Malta, jigi/tigi infurmatca l-kura kemm ser iddum. Fil-kaz li l-kura tkun ta’ dak il-hin, l-ambulanza u l-istaff jistennew sabiex iwasslu l-pazjent lura ma’ l-ewwel vapur disponibbli. Ghas-servizz tal-helikopter, naghmlu l-arrangamenti mehtiega sabiex l-istaff jakkumpanja l-pazjent. Qraba tal-pazjent ma jistghux jakkumpanjaw il-pazjent fuq il-helikopter. Dan is-servizz jintuza sabiex il-pazjenti jitwasslu lejn Malta biss u mhux lura.

Trasport ghal u minn Sptarijiet tal-Gvern f’Malta – Servizz ta’ Booking

Noffru servizz ta’ trasport mill-Isptar Generali ta’ Ghawdex ghall-klinici jew sptarijiet tal-Gvern f’Malta permezz ta’ ambulanza jew coach. Sabiex tibbukja ghal dan is-servizz, ghandek bzonn riferenza minghand ufficjal mediku privat, minn ?entru tas-Sahha jew mill- Isptar Generali ta’ Ghawdex.

Din ir-riferenza ghandha tindika l-isem tal-pazjent, indirizz, numru tat-telefon, ir-raguni ghalfejn mehtieg is-servizz ta’ trasport u dettalj dwar it-trasport bhal data, hin, u klinika jew destinazzjoni. Jekk irriferenza tkun gejja minn sala, sezzjoni jew unit ohra ta’ l-Isptar Generali ta’ Ghawdex, ikun hemm bzonn li timtela’ wkoll ir-’Request For Transport Form (GGH 50)’.

Riferenzi ghandhom jinghataw lid-Departmental Nursing Manager fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex u minn hemm tghaddi ghall-Garaxx ta’ l-Ambulanza ghall-konferma ta’ l-appuntament. Din ir-riferenza trid tasal ghand id-Departmental Nursing Manager mill-anqas sat-8.00 ta’ filghodu qabel il-gurnata ta’ l-appuntament, sabiex ikollna cans bizzejjed norganizzaw it-trasport. It-trasport jitlaq minn quddiem id-Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi fis-7.00 ta’ filghodu ghall-vapur tas-7.30 ta’ filghodu. Il-pazjent ikun akkumpanjat minn infermierca, bl-apparat mediku kollu mehtieg. Qraba jistghu jakkumpanjaw biss jekk ikun hemm spazju. Il-pazjenti ghandhom jipprovdu trasport taghhom biex jaslu kif ukoll biex imorru lura d-dar mid-Dipartiment tad-Dhul.

Trasport ta’ pazjenti mid-dar (Ghawdex) ghall-klinici fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex

Noffru wkoll servizz ta’ trasport ghal dawk il-pazjenti li jkollhom bzonn trasport minn darhom ghall-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Dan ittrasport norganizzawh sabiex jaqbel mal-hin ta’ l-appuntamenti flisptar, li generalment ikunu bejn is-7.30 ta’ filghodu u nofsinhar. Il-pazjenti ghandhom l-ewwel jaghmlu l-appuntament taghhom filklinika

fejn ser jattendu. L-istaff ta’ din il-klinika jimlew ir- ‘Request for Transport Form (GGH 50)’ li tintbaghat il-Garaxx ta’ l-Ambulanza. Din il-formola ghandha tasal il-Garaxx ta’ l-Ambulanza mill-inqas gurnata qabel l-appuntament. Ikun importanti wkoll li jkun indika jekk pazjenti jkollhom bzonn jew le siggu tar-roti jew strecer. Pazjenti jkunu infurmati bil-hin tat-trasport. L-ambulanza tigi ghallpazjenti li joqoghdu vicin fl-istess hin. Il-pazjenti ghandhom jistennew illi jaslu ghall-appuntament taghhom fil-hin.

Flimkien max-xufier ikun hemm ukoll infermierca mghammar bl-apparat mediku mehtieg u bl-abilita’ li jassistictassisti lill-pazjenti bl-Ewwel Ghajnuna Avvanzata u Basic Life Support. Meta l-pazjenti jkunu lesti mill-klinika, navzaw il-Garaxx ta’ l-Ambulanza sabiex jitwasslu lura. Il-pazjenti ghandhom jistennew li jaslu lura d-dar fi zmien 30 minuta minn meta l-Garaxx ta’ l-Ambulanza jkun avzat li l-pazjenti lesti mill-klinika.

Trasport ghall-hrug ta’ pazjenti residenti (Geriatric, Long Stay Psychiatric)

Noffru wkoll servizz ta’ trasport ghall-hrug ta’ pazjenti residenti fis-swal tal-Male Geriatric Ward, Residenza Sant Anna u Long Stay Ward fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Pazjenti f’dawn is-swali jistgh jibbukjaw it-trasport billi jibaghtu riferenza lill-Garaxx ta’ l-Ambulanza mill-inqas gurnata qabel ghandhom bzonn it-trasport. Ikun hemm bzonn illi fuq ir-riferenza jigu indikati s-sezzjoni fejn il-pazjent residenti, id-data, hin u post ghal fejn it-trasport huwa mehtieg. It-trasport jigi pprovdut fil-hin mehtieg. Il-Garaxx ta’ l-Ambulanza jikkonsulta mas-sala tal-pazjent u mad-Departmental Nursing Manager fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex f’kaz li jinqalghu problemi florganizzazzjoni ta’ dan it-trasport.

Flimkien max-xufier ikun hemm infermierca u nursing aide bl-abilita’ li jassistu l-pazjenti bl-Ewwel Ghajnuna Avvanzata u Basic Life Support. Il-pazjenti ghandhom jistennew illi jaslu ghall-attività taghhom fil- hin u jitwasslu lura fis-sala taghhom immedjatament kif l-attivita tispicca.

Trasport ta’ pazjenti bl-ambulanza mid-dar ghall-klinici jew sptarijiet privati f’Malta u f’Ghawdex, il-Heliport ta’ Ghawdex jew l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Noffru servizz ta’ trasport bl-ambulanza mid-dar ta’ pazjenti ghall-klinici jew sptarijiet privati f’Malta u f’Ghawdex, il-Heliport ta’ Ghawdex jew l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan is-servizz jinghata bi hlas ta’ €23.29 (Lm10) is-siegha matul il-gimgha u €34.94 (Lm15) is-siegha fil-hdud u festi pubblici.

Sabiex tibbukja ghal dan it-trasport, pazjenti jkollhom bzonn nota ta’ riferenza minghand ufficjal mediku. Dan it-trasport jigi diskuss ma’ l-ufficjal mediku li jkun ghamel ir-riferenza, d-Departmental Nursing Manager fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex u l-Garaxx ta’ l- Ambulanza. Mal-prezentazzjoni tan-nota ta’ riferenza, ninfurmaw il-pazjenti jekk it-trasport jistax isir.

Flimkien max-xufier, fl-ambulanza jkun hemm nursing aide bl-abilita’ li jassistu l-pazjenti bl-Ewwel Ghajnuna Avvanzata u Basic Life Support. Jekk ikun hemm bzonn, infermierca jakkumpanjactakkumpanja l-pazjenti wkoll. Nghaddu ghall-pazjenti fil-hin u fil-post miftiehem. Meta jkun lest lappuntament, il-pazjenti jitwasslu lura d-dar skond l-arrangament fuq ir-riferenza.

 

Ir-rwol tieghek bhala pazjent

Ahna kontinwament nippruvaw intejbu s-servizz u l-kura li noffru. Dan nistghu naghmluh ukoll bl-ghajnuna tieghek, u hemm hafna x’tista’ taghmel sabiex ahna noffru servizz ahjar. Jekk joghgbok ftakar biex

• iggib mieghek kull dokument li jkollna bzonn, bhal ma’ huma l-karta ta’ l-identità jew passaport, karta roza jew Skeda V, riferenzi u xi noti li xi klinici joffru fuq il-kundizzjoni tieghek

• taghtina informazzjoni dwar il-kundizzjoni tieghek, xi mard li seta’ kellek, zjajjar ohra fl-isptar, medicina li qed tiehu u xi allergiji li jista’ jkollok. Ftakar illi izjed ma’ tghidilna, izjed tghinna

• tirraporta kull tibdil li jista’ jkollok fil-kundizzjoni tieghek

• issaqsi l-istaff mediku ghal spjegazzjoni jekk ma’ tifhimx millewwel il-kura li jispjegawlek

• issegwi l-kura skond ma’ jispjega l-istaff mediku taghna

• tiehu responsabbiltà ghal kull azzjoni tieghek jekk tirrifjuta illi ma’ ssegwix il-kura li jispjega l-istaff mediku taghna

• tirraporta kull tibdil li jista’ jkollok fil-kundizzjoni tieghek meta tuza s-servizzi ta’ trasport li noffru.

Ftakar ukoll illi s-servizzi ta’ emergenza qeghdin hemm sabiex jintuzaw ghal emergenzi biss. Uzu irresponsabbli ta’ dawn is-servizzi jista’ jwassal ghal nuqqas ta’ rizorsi u possibiltajiet ta’ mewt.

 

Jekk m’intix sodisfattca bis-servizz taghna Jekk m’intix sodisfattca bis-servizz taghna

Jekk tahseb li ahna nqasna milli nzommu l-istandards ta’ kif naghtu s-servizzi u trid taghmel ilment, tista’ tkellem lil min qdiek. Jekk tibqa’ mhux sodisfatt/a, tista’ tikteb lis-Supretendent Mediku fuq l-indirizz li gej-

Is-Supretendent Mediku

Sptar Generali ta’ Ghawdex

Dipartiment tad-Dhul u Emergenzi

Victoria VCT 102

Ghawdex

Inti tircievi nota minghandna, li turi li l-avviz wasal, fi zmien sebat ijiem tax-xoghol. Ahna naghmlu l-investigazzjoni taghna u naghtukrapport ta’ kif qeghdin naghmlu l-investigazzjoni. Ghandek tistenna risposta shiha fi zmien 20 gurnata tax-xoghol.

F’kazi eccezzjonali nistghu ma’ nilhqux naghtuk risposta f’dan iz-zmien. F’dan il-kaz, is-Supretendent Mediku jispjegalek ir-raguni u jindikalek meta ghandek tistenna risposta shiha.

 

Nitghallmu minghandek!

Ahna kontinwament naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista’ jghinna ntejbu s-servizzi taghna. Jekk joghgbok, tina l-kummenti u s-suggerimenti tieghek billi timla feedback form u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti li ghamilna fl-ufficcju jew wahhal bolla u ibghatha fl-ufficcju taghna. Tistà taghmel l-ilment tieghek billi tidhol fuq is-sit www.servizz.gov.mt u tuza s-sistema tal-Customer Care.

 

Kull informazzjoni f’dan il-fuljett hija korretta sakemm morna ghall-istampa.

Informazzjoni aggornata tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit.

Dicembru 2003

 

Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM

http://www.servicecharters.gov.mt

Stampar, Stamperija tal-Gvern