|
Kura bir-Radioiodine
Quality Service Charter
Werrej
Min ahna
Qabel tidhol l-isptar
Sakemm iddum l-isptar
Zjarat
Ir-rwol taghna
Ir-rwol tieghek bhala
pazjent/a
Meta tohrog mill-isptar
Jekk
int m’intix sodisfatt/a bis-servizz li tajniek
Ghandna bzonn
nisimghu minghandek
Min Ahna
Is-sezzjoni fejn tinghata il-kura bir-Radioiodine
tinsab fl-iSptar Sir Paul Boffa. Il-tim taghna huwa maghmul minn
tabib, fizicista u nfirmiera. Peress li r-radioiodine jigi moghti go
l-isptar ikollok bzonn toqghod hawnhekk ghal xi jiem. Matul dan
iz-zmien ahna nkunu qed niehdu hsiebek u nipprovdulek dak kollu
necessarju ghas-sahha tieghek.
Tista’ ggib aktar dettalji fuq din il-kura billi
taqra l-ktejjeb ta’ informazzjoni li naghtuk.
Qabel tidhol
l-isptar
Meta naghmlulek l-appuntament, ahna nibaghtulek
bil-posta l-informazzjoni kollha dwar il-kura bir-radioiodine. Gimgha
qabel ma tidhol l-isptar, ikollok ukoll laqgha maghna biex nitkellmu
fuq il-kura bir-radioiodine u nnehhulek xi dubji li jista’ jkollok.
Ahna nlaqqghuk ma’ l-istaff li ser ikun jiehu hsiebek. Naghtuk ukoll
ktejjeb ta’ informazzjoni u Charter li huma ppubblikati kemm
bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz.
Sakemm iddum
l-isptar
Bhala pazjent fl-isptar tista’ iddum minn tlett
ijiem sa sitta. Dan id-dewmien huwa mehtieg sabiex il-livell
tar-radjuattivita ta’ gismek jitbaxxa. Biex jitnaqqas it-tixrid
tar-radioiodine li jintuza ghal kura tieghek, huwa mehtieg li inti
toqghod f’kamra ghalik. Ahna naghmlu mill-ahjar sabiex il-kamra
tieghek jkollha l-facilitajiet kollha mehtiega, fosthom:
- kamra tal-banju ensuite
- servizz ta’ cable television
- telefon b’linja diretta
- air-conditioning.
Ahna nzommu l-kuntatt mieghek ghal 24 siegha kuljum
permezz ta’:
Peress li l-ghan taghna huwa li nnaqqsu kemem jista’
jkun il-livell ta’radjuattività ahna ninkoraggukom biex tuzaw dawn
il-mezzi minflok issejhilna biex nigu personalment ghal xi problema li
ma tkunx urgenti.
Ahna niehdu hsieb ukoll id-dieta tieghek billi
nipprovdulek tlett ikliet kuljum preparati skond il-bzonnijiet
tas-sahha tieghek. Ahna nipprovdulek ukoll kafe, halib, hobz, butir u toaster
f’kamartek ghall-kumdità tieghek. Biex jitnaqqas it-tixrid
tar-radioiodine, ahna nservu dawn l-ikliet fuq platti, tazzi u pozati
li wara jkunu jistghu jintremew.
Ahna nipprovdulek ukoll xi affarijiet ohra li jkunu
jistghu jintremew wara li jigu uzati bhal:
- hwejjeg ta’ l-irqad u xugamani
- hwejjeg ta’ taht
- papocci u overshoes.
Ladarba tuzahom, jekk joghgbok armi dawn
l-affarijiet fil-barmil mmarkat apposta.
Matul iz-zjara tieghek, naghtu l-akbar importanza
lis-sahha tieghek. Ghalhekk naghtuk preskrizzjoni ghal kull medicina
li jkollok bzonn. Il-fizicista kontinwament jikkontrolla il-livell ta’
radjuattività fil-kamra tieghek.
Zjarat
Sakemm iddum l-isptar inti tista tircievi zjarat
minghand persuni ohrajn, imma dawn iridu jsegwu l-istruzzjonijiet
taghna biex jitnaqqas it-tixrid tar-radioiodine. Ftakar li m’ghandu
jkun hemm l-ebda tip ta’ kuntatt bejnek u bejn min jigi jarak. Huwa
importanti wkoll li tfal taht it-18 –il sena u nisa tqal ma jistghux
jigu jarawk.
L-rwol taghna
F’kull hin, ahna:
- niehdu hsiebek f’ambjent nadif u bla periklu
- nghinuk u naghtuk l-attenzjoni kollha mehtiega
- nkunu edukati u ta’ ghajnuna
- naghtuk isimna
L-rwol
tieghek bhala pazjent
Sakemm iddum l-isptar, int tista’ tghinna sabiex
innaqqsu l-periklu ta’ tixrid tar-radioiodine u biex dejjem naghtuk
ghajnuna ta’ kwalità u efficcjenti. Jekk joghgbok:
- segwi l-istruzzjonijiet li tajniek sewwa
- ixrob aktar mis-soltu biex ir-radioiodine jitlaq aktar malajr
minn go gismek
- hu hsieb l-igene personali tieghek
- taghmel l-ebda tip ta’ kuntatt ma’ min jigi jarak
- mid-dar gib biss affarijiet li veru jkollok bzonn. Dawn
l-affarijiet wara jkunu jridu jibqghu l-isptar sabiex innehhulhom
kull tracca ta’ radioiodine.
Meta tohrog
mill-isptar
Inti tkun tista’ titlaq mill-isptar minn tlett
ijiem sa sitta wara li tkun dhalt, biss ahna nzommu kuntatt mieghek u
nkomplu nsegwu l-kura tieghek. Naghtuk Instruction Card li
tispjegalek il-prekawzjonijiet li inti trid tiehu ghal ftit granet
wara li tkun hrigt mill-isptar.
Jekk
int mhux sodisfatt/a bis-servizz li tajniek
Jekk tahseb li ahna b’xi mod inqasna milli
naghtuk il-livell ta’ kura li ahna weghidnik u trid taghmel ilment,
l-ahjar li taghmel huwa li tkellem lit-tim taghna sakemm tkun
l-isptar. Jekk tibqa mhux sodisfatt/a, tista’ tkellem lill-Manager
Nursing Services jew lill-fizicista.
Jekk inti tkun trid tkompli ssegwi l-ilment wara li
tkun tlaqt mill-isptar, tista tikteb lill-
Manager Nursing Services
Sir Paul Boffa Hospital
Sqaq Harper
Floriana
Fi zmien jumejn tax-xoghol minn meta nkunu rcevejna
l-ilment tieghek, ghandek tircievi nota minghandna li turi li l-avviz
wasal. Twegiba shiha, imbaghad, tircevieha fi zmien ghaxart ijiem
tax-xoghol minn mindu tkun ircevejt l-avviz.
Ghandna
bzonn nisimgha minghandek!
Ahna kontinwament qed naghmlu hilitna biex
nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk
nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista’ jghinna ntejbu
s-servizz taghna. Meta tohorgu mill-isptar naghtukom feedback form.
Jekk joghgbok imliha u ibghatha fl-indirizz ta’ hawn taht:
Manager Nursing Services
Sir Paul Boffa Hospital
Harper Lane
Floriana
Kull informazzjoni f’dan il-fuljett hija korretta
sakemm morna ghall-istampa. Informazzjoni aggornata tinsab fuq
il-website tac-Charter Support Unit u dik tad-Divizjoni
tas-Sahha.
Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampar, Stamperija tal-Gvern
Fotografija, DOI
April 2002
|