Istitut ghall-Istudji Turistici  Quality Service Charter

 

Min Ahna

Il-Facilitajiet Taghna

Il-Programmi ta' Studju

Kif tapplika ghal kors ta' studju

Korsijiet ta' studju part-time u single certification courses

Applikanti Barranin

Il-Process ta' Ghazla

L-Istandards Taghna

Ilmenti

Ghidilna x'tahseb

Kif tikkuntattjana

Min Ahna

L-ghan ta' l-Institute of Tourism Studies hu li jipprovdi tahrig vokazzjonali ta' l-oghla kwalita`. Biex nilhqu dan il-ghan ahna kontinwament nistharrgu il-bzonnijiet tal-klijenti taghna u nizvilippaw u nuzaw mizuri li jtuna indikazzjoni ta' kemm il-klijenti huma sodisfatti bis-servizz taghna. Fl-ITS ahna ghandna r-responsabbilta` li nipprovdu l-Industrija tat-Turizmu b'persuni mharrga fuq livelli internazzjonalli.

Ahna naghmlu dan billi:

  • nipprovdu l-opportunita` ta' esperjenza ta' xoghol fl-industrija
  • noholoqu ambjenti simili ghal dawk tax-xoghol fuq il-campus
  • naghtu tahrig f'firxa ta' hiliet prattici
  • nizvilippaw u ntejbu l-kapacita` intellettwali f'varjeta` ta' suggetti akkademici
  • nghinu biex jigu zviluppati dawk il-hiliet importanti biex wiehed jidhol fid-dinja tax-xoghol.

B'dan il-mod ahna nipprovdu l-istudenti taghna bil-hiliet u t-taghlim necessarju biex ikunu jistghu jiksbu impjieg fl-Industrija tat-Turizmu u ta' l-Ospitalita`.

Naghmlu hilitna wkoll biex inrawmu dawk il-kwalitajiet u l-kapacitajiet individwali li jghinu 'l-istudenti taghna jkomplu jistudjaw f'din il-linja billi nuzaw metodi moderni ta' taghlim li jaghtu importanza lill-htigijiet ta' l-istudent.

Il-Facilitajiet Taghna

L-ITS ghandu zewg centri f'Malta u centru ta' tahrig f'Ghawdex. Ic-centri kollha ghandhom ristorant u ghall-anqas kcina wahda ghall-uzu ta' l-istudenti. Ic-centru li jinsab fil-bajja ta' San Gorg hu mghammar b'zewg kcejjen ghal tahrig individwali,  demonstration kitchen u  tlett ristoranti, tnejn minnhom miftuh ghall pubbliku. Ristorant gdid gie miftuh dan l-ahhar fuq il-campus ta' Pembroke bil-hsieb li jintuza ghal funzjonjiet ikbar.

L-istudenti taghna jistghu jaghmlu uzu minn Laboratorju tal-Kompjuters b'ghoxrin kompjuter Pentium. Jistghu wkoll juzaw il-facilitajiet ta' Librerija u Centru ta' Ricerka li fiha numru kbir ta' gurnali u kotba u ghazla ta' materjal awdjo-viziv.

Ghandna wkoll Laboratorju tat-Tahrig fil-Front Office li hu ddisinjat biex joffri lill-istudenti c-cans li jipprattikaw f'ambjent li jixbah ir-reception area ta' stabbiliment kummercjali u Laboratorju ta' Agenzija ta' l-Ivvjaggar li jinkludi bank tat-tahrig mfassal fuq dak li se jsibu l-istudenti fid-dinja tax-xoghol.

Dawk l-istudenti li jinteressahom jidhlu ghall-kors f'housekeeping ghandhom access ghall-kamra tat-tahrig iddisinjata fuq wahda ta' hotel 5-star bil-facilitajiet kollha li wiehed isib f'lukanda ta' dan il-livell. Kamra ohra qed tigi ppreparata biex tigi tixbah lil wahda ta' lukanda 5-star u se jkun fiha il-facilitajiet kollha li wiehed jistenna li jsib f'lukanda ta' dan il-livell: inkluz room management systems kompjuterizzati

Il-kors jinkludi tahrig prattiku fit-tindif tal-kamra tas-sodda u tal-banju, fis-supervizjoni u f'kif wiehed igib ruhu mal-klijent.

Il-Programmi ta' Studju

Ahna noffru programmi ta' studju li jwasslu ghal certifikati u diplomi f'dawn l-oqsma:

Management Studies

  • Hospitality management
  • Hotel operations

Professional Technical Studies

  • Accommodation Operations
  • Food Preparation and Production
  • Food and Beverage Service

Tourism Studies

  • Sports, Leisure and Recreation
  • Travel Agency Operations
  • Tour Guiding

Tista' ssib deskrizzjoni kompluta tal-korsijiet u tal-kriterji tad-dhul billi zzur il-website taghna fl-indirizz http://its.mitts.net/ jew billi tikseb kopja tal-prospectus ta' studji mill-ufficcji taghna. Issibhom ukoll imnizzla fis-sejha ghall-applikazzjonijiet mahruga fil-Gazzetta tal-Gvern matul Awissu fl-Anness III/15A.

Korsijiet ta' Studju Part-Time u Single Certification Courses

Minn zmien ghal zmien l-ITS toffri numru ta' korsijiet fuq bazi part-time. L-iskola torganizza wkoll korsijiet specjali li jigu mitluba minn persuni li jahdmu fl-industrija. Dawn jistghu ivarjaw minn seminars ta' gurnata dwar management sa korsijiet ta' revizjoni ghal couriers u impjegati ta' agenziji ta' l-ivvjaggar, sal-kors ta' introduzzjoni ghat-turizmu li hu tant popolari ma' dawk li jkunu ghadhom kif jispiccaw l-iskola.

Biex taghmel talba ghal kors part-time, jekk joghgbok ikteb lid-Direttur Generali fl-indirizz li ssib fl-ahhar tal-fuljett. Ahna nibaghtulek acknowledgement ta' l-applikazzjoni tieghek fi zmien tlitt ijiem tax-xoghol minn meta nircevuha u risposta shiha fi zmien 10 ijiem tax-xoghol.

Tista' wkoll tapplika biex tattendi single certification courses. Korsijiet ta' dan it-tip generalment jibdew f'Ottubru jew fi Frar. Tkun trid thallas mizata biex tattendi dawn il-korsijiet. Ahna norganizzaw ukoll korsijiet ta' gurnata jew tnejn fil-gimgha ghal persuni li diga qed jahdmu fl-industrija imma m'ghandhomx tahrig formali. Dawn il-korsijiet jistghu jittiehdu bhala preparazzjoni ghal korsijiet li jwasslu ghac-certifikat tas-City and Guilds.

Kif tapplika ghal kors ta' studju

Tista' tigbor applikazzjoni minn wiehed mill-ufficcji taghna msemmija fl-ahhar ta' dan il-fuljett fit-taqsima "Kif tikkuntattjana". Imliha u gibilna flimkien ma':

  • certifikat tat-twelid mahrug mir-Registru Pubbliku
  • fotokopji tac-certifikati, rizultati u dokumenti ohra inkluzi ittri ta' referenza. (Iktar il-quddiem tintalab tipprezenta d-dokumenti originali waqt l-interview.)
  • erba' ritratti tal-passaport
  • certifikat ricenti tal-kondotta tal-pulizija
  • il-karta ta' l-identita` tieghek.

Int tista' titfa l-applikazzjoni tieghek personalment jew bil-posta. Dawk l-applikazzjonijiet mibghuta bil-posta ghandhom jintbaghtu b'posta registrata u kmieni bizzejjed biex jilhqu jaslu sad-data ta' l-eghluq ta' l-applikazzjonijiet

Applikanti Barranin

Ahna naghtu preferenza lil applikazzjonijiet li nircievu minghand persuni b'cittadinanza Maltija. Jekk, m'ghandekx cittadinanza Maltija l-applikazzjoni tieghek tigi kkunsidrata u tigi milqugha biss jekk ikun hemm post vakanti. Jekk l-applikazzjoni tieghek tigi milqugha, tkun trid thallas mizata ta' €1164.69 kull semestru biex tattendi u ma tkunx intitolat/a ghal stipendju.

Jekk m'ghandekx passaport Malti imma ghandek mill-anqas genitur wiehed ta' cittadinanza Maltija u tgawdi minn liberta` ta' moviment, l-applikazzjoni tieghek tigi kkunsidrata u jekk tkun milqugha int tigi ezentat/a milli thallas mizata. Ma tkunx intitolat/a ghal stipendju.

Jekk ghandek cittadinanza dopja u tigi accettata l-applikazzjoni tieghek, tigi ezentat/a milli thallaz mizata jekk tipprezenta c-certifikat rilevanti mid-Dipartiment tac-Cittadinanza u ta' l-Expatriates. Int tkun ukoll intotolat/a ghal stipendju.

Il-Process ta' Ghazla

Ahna naraw l-applikazzjoni tieghek u natuha marka skond il-kwalifiki u l-esperjenza tax-xoghol li jkollok. Imbaghad nistednuk tattendi ghal intervista fejn ahna ntuk iktar informazzjoni dwar il-kors li tkun applikajt ghalih. Il-panel li jintervistak itik marka fuq il-bazi ta' kif tipprezenta ruhek, il-personalita` u l-esperjenza u johrog il-marka finali li tkun tirrifletti it-total tal-marki li tkun ksibt. Importanti li wiehed isemmi li l-Bord jista' izomm l-applikazzjoni tieghek f'kull stadju ta' dan il-process ta' ghazla.

L-iStandards Taghna

Int ghandek tistenna li ahna:

  • nittrattawk b'kortesija u b'rispett
  • nirrispondu talbiet ghal informazzjoni fuq it-telefon dak il-hin stess
  • nirrispondu talbiet ghal informazzjoni li nircievu permess ta' ittra, fax jew email fi zmien 10 ijiem tax-xoghol minn meta nkunu rcevejnihom
  • naghtuk ircevuta ta' l-applikazzjoni tieghek dak il-hin stess meta tigi biha personalment
  • ngharrfuk li nkunu rcevejna l-applikazzjoni tieghek bil-posta fi zmien tlitt ijiem tax-xoghol minn meta nkunu rcevejniha.

Ilmenti

Jekk thoss li s-servizz li tajnik ma kienx sodisfacenti, tista' tressaq ilment dak il-hin stess lil dik il-persuna li tkun qdietek. Jekk tibqa mhux sodisfatt/a bl-ispjegazzjoni li tinghata jew azzjoni li tittiehed, tista' tibghat ittra jew fax indirizzata lir-Registratur fl-indirizz li jidher fl-ahhar tal-fuljett li fiha tispjega in-natura ta' l-ilment tieghek.

Ahna ninfurmawk li nkunu rcevejna l-ilment tieghek fi zmien tlitt ijiem tax-xoghol minn meta nkunu rcevejnieh u risposta ezawrenti fi zmien 10 ijiem tax-xoghol.

Ghidilna x'tahseb!

Ahna nittamaw li l-livell ta' servizz li ntuk ikun sodisfacenti ghalik. Jekk joghgbok ghinna biex intejbu dan is-servizz billi timla feedback form . Din tista' mbaghad ittiha lil xi hadd mill-istaff taghna jew titfaghha fil-kaxxa tas-suggerimenti li ssib fir-reception.

Kif tikkuntattjana

Int tista tikkuntattjana kif gej:

F'Malta

Indirizz: Institute of Tourism Studies
Bajja San Gorg
San Giljan STJ 02

Malta
Tel: +356 21 344249/50/51/ 52

Fax: +356 21 344475

E-mail: its_help@gov.mt

F'Ghawdex

Indirizz: Institute of Tourism Studies
Triq l-Isqof Buttigieg

Qala GSM 103

Tel: +356 21 555373

Fax: +356 21 555373

 

 

Frar 2001

 

Pubblikazzjoni tac-Charter Support Unit, OPM

Stampat mill-iStamperija tal-Gvern