Guidance and Counselling Unit Quality Service Charter

Contents

Min ahna

Dan ic-charter

Kif tista’ tikkuntattjana

Hinijiet tal-Ftuh

Informazzjoni protetta

Kunsiderazzjoni personali u rispett

Is-servizzi u l-istandards taghna

Kif ser naraw ilhaqniex il-livell mixtieq

Jekk m’intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Nitghallmu minghandek!

Min ahna

Is-Servizz tal-Guidance u l-Counselling fi hdan id-Dipartiment ghas-Servizzi ta’ l-Istudent u ghar-Relazzjonijiet Internazzjonali tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni jippromwovi l-izvilupp shih ta’ l-istudenti billi jipprovdi guidance u counselling personali, kurrikulari u ghall-karriera.

Dan ic-charter

Dan ic-Charter ifisser id-drittijiet u r-responsabiltajiet tieghek, is-servizzi li nipprovdu u l-istandard tas-servizzi li behsiebna nilhqu u li int ghandek tistenna minghandna. Jghidlek ukoll x’ghandek taghmel jekk tixtieq tara xi titjib fis-servizz taghna. B’dan ic-Charter ahna qed nintrabtu li nipprovdulek servizz ta’ kwalita’.

Kif tista’ tikkuntattjana

Inti tista’ tikkuntattjana billi:

  • tigi personalment jew tiktbilna f’dan l-indirizz:

Servizz tal-Guidance u l-Counselling

1, Triq San Publiju

Floriana VLT 16

  • ccemplilna fuq: 21237906

  • tibaghtilna fax fuq: 21246212

  • tibaghtilna email fuq: guidanceservice.Floriana@gov.mt

  • tidhol fuq il-website: http://schoolnet.gov.mt/guidance

Meta tigi l-ufficcju taghna ahna:

  • naraw x’ghandek bzonn

  • nilqghuk u nkunu ta’ ghajnuna f’kull hin

  • noffrulek ambjent nadif u li jilqghek.

Meta tiktbilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nibaghtulek risposta fi zmien ghaxart ijiem tax-xoghol.

Meta ccemplilna, ghandek tistenna li ahna:

  • nwiegbu b’mod edukat

  • nghidulek min ahna.

Meta tibaghtilna e-mail ghandek tistenna li ahna:

  • nibaghtulek nota immedjatament

  • nibaghtu risposta ghall-korrispondenza tieghek fi zmien sitt ijiem tax-xoghol.

Meta ccempel ghall-appuntament, ghandek tistenna li ahna:

  • naghtuk appuntament fi zmien sitt ijiem tax-xoghol, skond xi jkun il-kaz. Ikun jaqbel li ccempel qabel ma tigi t-Taqsima biex taghmel appuntament peress li l-counsellors jistghu jkunu xoghol post iehor.

Meta naghtuk xi informazzjoni:

  • ahna naghtuk informazzjoni tajba u l-izjed aggornata, li jkollna dak il-hin

  • nirreferuk ghand agenziji u organizazzjonijiet li jistghu jaghtuk aktar ghajnuna.

Hinijiet tal-Ftuh

Is-Servizz tal-Guidance u l-Counselling jinghata waqt il-granet ta’ l-iskola, mill-ahhar ta` Settembru sal-bidu ta` Lulju.

Ahna nkunu miftuhin mit-Tnejn sal-Gimgha bejn:

8.30a.m. - 2.30p.m.

Ghall-informazzjoni fuq dati u hinijiet ezatti cempel fuq 21 237906.

Informazzjoni protetta

Informazzjoni personali provduta hi protetta u tintuza skond l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data 2001.

Kunsiderazzjoni personali u rispett

Ghandek tistenna li l-istaff kollu jgib ruhu mieghek bl-ahjar mod possibli. L-istaff kollu jaqdik b’kortesija u jirrispetta l-privatezza, d-dinjita’, l-kultura, t-twemmin religjuz u l-istil ta’ hajja tieghek. Kull informazzjoni pprovduta tinzamm strettament kunfidenzjali.

Is-servizzi u l-istandards taghna

Is-Servizz tal-Guidance u l-Counselling jinghata fl-iskejjel u lill-pubbliku in generali mill-ufficcju taghna mill-Floriana matul is-sena skolastika BISS. Ikun hemm counsellor wiehed fl-ufficcju tal-Guidance u l-Counselling fil-Floriana kuljum matul is-sena skolastika biex jaghti dan is-servizz.

L-oqsma ta’ xoghol jinkludu:

  • servizz ta’ counselling

  • curricular guidance

  • career guidance li jinkludi programm ta’ seminars dwar il-karrieri

  • programmi ta’ parenting skills

  • servizz fis-settur primarju

  • disinjar tal-kmamar tal-karrieri

Servizz tal-counselling

Dan is-servizz jinghata mit-Taqsima tal-Guidance u l-Counselling u fl-iskejjel. Gieli studenti huma stess jitolbu ghall-counselling. Kultant il-genituri wkoll ikunu mistiedna ghal xi sessjoni tal-counselling. Is-servizz tal-counselling ivarja minn dak personali, vokazzjonali u edukattiv ghal dak ta` sitwazzjonijiet fejn tinqala xi krizi. Nissuggerixxu li l-klijent jcempel ghal appuntament meta jkollu bzonn is-servizzi tal-counselling.

Ghandek tistenna li ahna:

  • nipprovdu dan is-servizz kontinwament matul is-sena skolastika.

Curricular guidance

Ahna nipprovdu curricular guidance li jghin lill-istudenti fil-passagg taghhom mill-iskola primarja ghas-sekondarja, mill-iskola sekondarja ghal post-sekondarja u/jew xoghol. Isiru tahdidiet ghal genituri u l-istudenti matul is-sena skolastika. Jigi pprovdut wkoll guidance fuq l-ghazla ta’ suggetti u korsijiet f’livelli differenti.

Ghandek tistenna li ahna:

  • nipprovdu dan is-servizz matul is-sena skolastika.

Career guidance li jinkludi programm ta’ seminars dwar il-karrieri

Is-Servizz tal-Guidance u l-Counselling jipprovdi informazzjoni permezz ta’ diversi attivitajiet bhal seminars u tahdidiet dwar il-karrieri u zjajjar fuq postijiet tax-xoghol. Il-Guidance Teachers fl-iskejjel jorganizzaw tahdidiet u zjajjar.

Is-seminars dwar il-karrieri huma programmi specifikament ghall-istudenti tal-Forms 4 u 5. Is-seminar huwa programm ta’ gurnata bbazat fuq kif l-istudent isir jaf lilu nnifsu u l-opportunitajiet varji f’ghazla dwar karrieri akkademici u vokazzjonali.

Ghandek tistenna li ahna:

  • nipprovdu dan is-servizz kontinwament matul is-sena skolastika

  • nirrevedu u ntejbu l-programm skond il-htiega ta’ l-istudenti.

Programmi ta’ parenting skills

Ahna nipprovdu wkoll programm dwar il-parenting skills li jikkonsisti, f’sitt laqghat ta’ saghtejn il-wahda darba fil-gimgha. Dawn isiru minn kelliema specjalizzati fis-suggett. Talbiet isiru minn diversi kapijiet ta’ skejjel, Kunsilli Lokali u Ghaqdiet mhux governattivi (NGOs).

Dawn il-programmi jsiru f’postijiet differenti skond it-talba.

Ghandek tistenna li ahna:

  • nipprovdu dawn il-programmi fuq bazi regolari matul is-sena skolastika

  • nittrattaw suggetti bhal kif tirrispetta lilek nnifsek, kif tiehu decizjoni, kif tkun assertiv, kif tittratta ma’ l-ohrajn kif ukoll kommunikazzjoni, abbuz tad-droga, sahha u sesswalita’.

Servizz fis-settur primarju

Sapport ta’ counselling ghat-tfal u l-genituri taghhom jinghata f’numru zghir ta’ skejjel primarji. Is-servizz jinghata wkoll mit-Taqsima tal-Guidance u l-Counselling fil-Floriana preferibilment b’appuntament.

It-tfal iridu jigu riferuti ghall-counselling mill-Kap ta’ l-Iskola bil-permess tal-genituri, jew mill-genituri stess.

Ghandek tistenna li:

  • ahna nipprovdu dan is-servizz regolarment matul is-sena skolastika

  • dan is-servizz jista` jghin meta tinqala xi krizi u/jew meta t-tfal jiltaqghu ma` xi diffikultajiet personali u kurrikulari.

Disinjar tal-kmamar tal-karrieri

Dan ix-xoghol jikkonsisti f’disinji, titjib u twaqqif ta’ boards ta’ informazzjoni u fuljetti dwar korsijiet u karrieri ghall-kmamar tal-karrieri fl-iskejjel u fit-Taqsima tal-Guidance u l-Counselling. Dan ix-xoghol isir minn graphic designer.

Ghandek tistenna li ahna:

  • nzommu kull informazzjoni aggornata.

Kif tista’ tghinna

Tista’ tghinna naghtu servizz ta’ kwalita’ ahjar billi:

  • tkun edukat/a u tikkopera ma’ l-istaff taghna kollu

  • tipprovdilna informazzjoni korretta u aggornata meta timla’ il-formoli

  • tipprovdilna l-informazzjoni jew d-dokumenti kollha mehtiega

  • taghti spejgazzjoni cara u qasira dwar in-natura tat-talba tieghek

  • taghtina l-isem u l-kunjom korrett, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-persuna riferuta u tal-persuna li qed taghmel it-talba

  • tipprezenta l-Karta ta’ l-Identita’.

Kif ser naraw ilhaqniex il-livell mixtieq

Ahna rridu li nilhqu l-livell imfassal f’dan ic-charter bil-ghan li nipprovdu servizz ta’ kwalita’. Naraw

jekk ahniex nilhqu dawn l-istandards huwa element importanti ghas-sodisfazzjon tieghek. Ahna

nikkunsidraw u ntejbu l-istandards taghna billi:

  • nitkellmu mieghek

  • naghtu importanza lit-talbiet u ilmenti li nircievu minghandek.

Ghalhekk, ahna niccekkjaw l-istandards taghna u nfittxu kif ser intejbuhom.

Jekk m’intix sodisfatt/a bis-servizz taghna

Hu importanti ghalina li tkun sodisfatt/a bis-servizz taghna. Ahna naraw l-ilmenti kollha li jaslulna u nippruvaw intejbu s-servizz taghna. Jekk inti tahseb li ahna nqasna milli nzommu ma’ l-istandards tas-servizzi li noffru, inti tista’ taghmel ilment dwar dan. Inti tista’ tikteb f’dan l-indirizz:

Id-Direttur

Dipartiment ghas-Servizzi ta’ l-Istudent u ghar-Relazzjonijiet Internazzjonali

Triq l-Assedju l-Kbir

Floriana CMR 02

Ahna nweghdu li nibaghtu nota ta’ l-ittri kollha u nibaghtu risposta fi zmien hamest ijiem tax-xoghol.

Nitghallmu minghandek!

Ahna kontinwament qed naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista’ jghinna ntejbu s-servizz taghna. Jekk joghgbok, aghtina l-kummenti tieghek billi timla Feedback form li tinsab fl-ahhar ta’ dan il-ktejjeb u thallieha fil-kaxxa tas-suggerimenti taghna. Tista’ wkoll tibaghtilna bil-posta fl-indirizz li ghandek fuq il-Feedback form.

Tista’ taghmel l-ilment tieghek billi tidhol fuq is-sit www.servizz.gov.mt u tuza s-sistema tal-Customer Care.

Kull informazzjoni f’dan il-fuljett hi korretta sakemm morna ghall-istampa. Aktar infromazzjoni tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit u l-website tal-Guidance u l-Counselling fuq http://schoolnet.gov.mt/guidance.

Jannar 2005

Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM

http://www.servicecharters.gov.mt

Stampar, Stamperija tal-Gvern