Ghozza
Quality Service Charter
Contents
Min ahna
Dan
ic-charter
Kif tista’
tikkuntattjana
Hinijiet
tal-ftuh
Informazzjoni
protetta
Kunsiderazzjoni
personali u rispett
Is-servizzi u
l-standards
taghna
Kif tista’ tghinna
Kif ser naraw ilhaqniex il-livell mixtieq
Jekk m'intix
sodisfatt/a bis-servizz taghna
Nitghallmu
minghandek!
Min ahna
Ghozza hija
taqsima tas-Servizz tal-Guidance u l-Counselling fi hdan id-Dipartiment
tas-Servizzi ta’ l-Istudent u ghar-Relazzjonijiet Internazzjonali
tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni. Din it-taqsima tipprovdi servizz
ta’ sapport u programm edukattiv lill-persuni minuri li jkunu sejrin
isiru ommijiet u lill-familjari taghhom, thajjarhom jaddottaw
attitudni pozittiva lejn l-istat ta’ omm waqt li tghinhom ikomplu
fil-karrieri taghhom. L-ghan ewlieni ta’ din it-taqsima jibqa’
li tinkoragixxi lit-tfajliet ikomplu bl-istudju edukattivi taghhom.
Ghal dan il-ghan ahna nahdmu mill-qrib ma’ kapijiet ta’
skejjel u ghalliema tal-Guidance u l-Counselling. Isiru l-kuntatti
mall-Matsec Board biex niffacilitaw l-attendenza biex joqoghdu
ghall-ezamijiet. Wara t-twelid tat-tarbija, it-Taqsima taghmel minn
kollox biex it-tfajla terga tattendi l-iskola, specjalment jekk din
tkun taht is-16 –il sena.
Dan
ic-charter
Dan ic-Charter
ifisser id-drittijiet u r-responsabiltajiet tieghek, is-servizzi li
nipprovdu u l-istandard tas-servizzi li behsiebna nilhqu u li int ghandek tistenna
minghandna. Jghidlek ukoll x’ghandek taghmel
jekk tixtieq tara xi titjib fis-servizz taghna. B’dan ic-Charter ahna qed nintrabtu li nipprovdulek servizz ta’ kwalita’.
Kif tista’
tikkuntattjana
Inti tista’
tikkuntattjana billi:
- tigi personalment jew
tiktbilna:
Ghozza
Triq Sarria
Floriana VLT 16
- ccemplilna
fuq: 21243869
- tibaghtilna fax fuq:
21233115
- tibaghtilna email fuq: girlmothers.unit@gov.mt
- tidhol fuq il-website:
http://schoolnet.gov.mt/guidance
Meta tigi l-ufficcju
taghna ahna:
- naraw x’ghandek bzonn
- nkunu edukati u ta’ghajnuna f’kull
hin
- nilqghuk f’ambjent nadif u li
jilqghek.
Meta tiktbilna, ghandek tistenna li
ahna:
- nibaghtulek avviz li nkunu rcevejna
l-korrispondenza tieghek fi zmien gurnata tax-xoghol
- nibaghtulek risposta fi zmien hamest ijiem
tax-xoghol.
Meta ccemplilna, ghandek tistenna li
ahna:
- nirrisponduk fil-pront
- nghidulek isimna.
Meta tibghat email,
ghandek tistenna li ahna:
- nibaghtulek nota immedjatament
- nibaghtulek twegiba ghall-korrispondenza
tieghek fi zmien hamest ijiem tax-xoghol.
Meta ccempel ghall-appuntament,
ghandek tistenna li ahna:
- naghtuk appuntament fi zmien
erbat ijiem tax-xoghol skond in-natura tal-kaz. F’cirkustanzi eccezzjonali,
kazijiet urgenti jigu ttrattati mill-ewwel.
Meta naghtuk xi
informazzjoni:
- naghtuk informazzjoni korretta u l-izjed
aggornata.
Hinijiet
tal-ftuh
Ahna nkunu
miftuhin mit-Tnejn sal-Gimgha fi granet ta’ skola kif gej:
8.30 a.m. – 2.30
p.m.
Ghall-informazzjoni
fuq dati u hinijiet ezatti cempel fuq 21 243869.
Informazzjoni
protetta
Informazzjoni
personali provduta hi protetta u tintuza skond l-Att dwar
il-Protezzjoni tad-Data 2001.
Kunsiderazzjoni
personali u rispett
Ghandek tistenna li
l-istaff kollu jgib ruhu mieghek bl-ahjar mod possibli. L-istaff
kollu ghandu jaqdik b’kortesija u jirrispetta l-privatezza, id-dinjita’,
il-kultura, it-twemmin religjuz u l-istil ta’ hajja tieghek.
Kull informazzjoni pprovduta tinzamm strettament kunfidenzjali.
Is-servizzi u
l-standards
taghna
Din it-Taqsima
toffri numru ta’ programmi, mmirati ghal tfajliet li qed jistennew
tarbija li huma taht it-18 il-sena, l-partners u l-genituri taghhom.
Dawn il-programmi joffru ghajnuna psikologika, morali u edukattiva.
Huma jipprovdu wkoll sapport lit-tfajliet kemm qabel kif ukoll wara t-twelid
tat-tarbija.
Is-servizzi principali offruti huma:
- programm ghat-tfajliet tqal
- gruppi ta’ sapport ghall-omm u
t-tarbija
- certifikat
ghall-attendenza
- programmi ta’ prevenzjoni
- laqghat ghall-genituri tat-tfajliet
tqal
- servizz ta’ counselling
- customer care
Programm ghat-tfajliet tqal
Il-programm ghat-tfajliet tqal huwa
bbazat fuq sessjonijiet ta’ zvillupp
personali, sessjonijiet edukattivi u suggetti informattivi li
jittrattaw fuq tqala, l-istat ta’ min hu omm u suggetti li huma
dwar aspetti legali u socjali li huma marbuta ma’ din is-sitwazzjoni.
Persuni minn diversi entitajiet u agenziji jigu mistiedna biex jaghtu s-sehem
taghhom f’dawn is-sessjonijiet. Dawn jinkludu:
- t-Team tal-Qwiebel ta’ l-Isptar
San Luqa
- Sedqa
- ETC
- d-Dipartiment tal-Konsumatur
- d-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali
- r-Registru Pubbliku
- d-Dipartiment ghall-Promozzjoni
tas-Sahha
- l-Klinika tat-Tilqim
- d-Dipartiment ta’ l-iSpeech-Language.
Ghandek
tistenna li ahna:
- nipprovdu dawn is-sessjonijiet
tlett darbiet fil-gimgha
- nipprovdu facilitajiet ta’ l-IT
biex nghinu lit-tfajliet jitharrgu f’dan il-qasam
- nkunu aggornati fuq suggetti li
jkun sar studju tajjeb dwarhom u ninkoragixxu l-kreattivita’, nizviluppaw l-abilita’ li
tahdem fi grupp u hiliet ohra.
Gruppi ta’ sapport ghall-omm u t-tarbija
Dan il-programm gie zviluppat bl-intenzjoni li
jaghti lill-ommijiet l-oppurtunita’
biex jiehdu sehem fi grupp ta’ diskussjoni, biex jiehdu sehem f’attivitajiet
mat-tfal taghhom u biex joffri sessjonijiet lill-ommijiet filwaqt li
t-tfal inkunu qed niehdu hsiebhom separatament.
Ghandek
tistenna li ahna:
- noffru dan il-programm darba fil-gimgha
- nipprovdu kamra tal-loghob li hija
bla periklu u li tilqghek
- nipprovdu sessjonijiet ta’ siegha lit-tfajliet filwaqt li t-tfal
taghhom ikunu qed jiehdu
sehem f’attivitajiet u loghob
- nipprovdu programm dwar il-Parenting
Skills ghas-Snin tal-Bidu
- nipprovdu sessjonijiet ta’ l-aerobics
ghall-ommijiet.
Certifikat u Attendenza
Jinghata certifikat ta’ attendenza u
partecipazzjoni lill-istudenta li
tattendi ta’ l-anqas 50% tas-sessjonijiet fil-programm.
Certifikat
iehor jinghata li dik l-omm li tattendi s-sitt sessjonijiet fuq Parenting
Skills ghas-Snin tal-Bidu.
L-attendenza tinzamm regolarment u
jinghata c-certifikat lit-tfajliet matul is-sena
skolastika ta’ wara.
Programmi ta’ prevenzjoni
Il-programm Nifhmu
’l Uliedna fil-Bidliet jinghata lill-genituri ta’ studenti
li jattendu l-hames, is-sitt u s-seba’ sena ta’ l-iskola primarja.
Dan il-programm ghall-genituri, jikkonsisti f’seminars dwar suggetti sesswali u kif
il-genituri jistghu japplikaw dan it-taghlim
fi hdan il-familja.
Ghandek tistenna li
ahna:
- noffru dawn il-programmi
lill-iskejjel primarji f’Malta u Ghawdex
- noffru dan is-servizz f’zewg
skejjel primarji kull gimgha matul is-sena skolastika.
Laqghat ghall-genituri tat-tfajliet tqal
Il-kontenut
tal-programm ta’ dawn il-laqghat ivarja billi naghtu informazzjoni ghall-sapport morali u gruppi ta’ terapija.
Ahna:
- naghmlu dawn il-laqghat fuq bazi
regolari
- nipprovdu s-sapport necessarju
lill-genituri meta jinqala l-bzonn
- inzommu l-informazzjoni, talbiet u
problemi li tghidulna, kunfidenzjali
- ninfurmaw lill-genituri dwar x’azzjoni
qed tittiehed.
Servizz ta’ counselling
It-taqsima tipprovdi
servizz ta’ counselling lit-tfajliet tqal, il-familji taghhom, kif
ukoll lill-partners u l-genituri taghhom.
Dan is-servizz ta’
counselling jibqa’ jigi offrut lill-ommijiet li jibqghu jigu
kkunsidrati bhala klijenti tat-Taqsima sakemm dawn jizzewgu.
Ghandek tistenna li
ahna:
- nipprovdu dan is-servizz minghajr hlas
- noffru dan is-servizz b’appuntament
jew f’hinijiet ohra fejn hu possibli
- naghmlu kuntatt ma’ persuni
kwalifikati skond il-bzonn
- nittrattaw kollox b’mod strett u
kunfidenzjali.
Customer Care
Ghozza ghamlet
fuljett ta’ informazzjoni dwar is-servizzi li toffri. Dan il-fuljett
jitqassam fl-iskejjel, lit-tobba, lill-kappillani u nies ohra
fil-kommunita’. B’dan il-mod kulhadd ikollu l-informazzjoni mehtiega dwar din it-Taqsima u dwar kif
jinghata s-servizz
lill-kommunita’.
Ghandek tistenna li
ahna:
- nzommu dan il-fuljett aggornat
- nqassmu dan il-fuljett lil dawk koncernati
- naghmlu t-tibdiliet necessarji
biex jissodisfaw lill-klijenti taghna.
Kif tista’ tghinna
Inti tista’ tghinna
naghtuk servizz ahjar billi:
- tkun edukat/a u tikkopera ma’
l-istaff taghna
- taghtina l-informazzjoni kollha
u d-dettalji ezatti u korretti
- tipprovdilna l-informazzjoni u
d-dokumenti kollha relevanti meta jkollna bzonnhom
- tattendi ghall-programmi li
jsiru mit-Taqsima.
Kif ser naraw ilhaqniex il-livell mixtieq
Ahna rridu li nilhqu l-livell imfassal f’dan
ic-charter bil-ghan li nipprovdu
servizz ta’ kwalita’. Naraw jekk ahniex nilhqu dawn l-istandards
huwa element importanti ghas-sodisfazzjon tieghek. Ahna
nikkunsidraw u ntejbu l-istandasrds taghna billi:
- nitkellmu mieghek
- naghtu importanza lit-talbiet u
ilmenti li nircievu minghandek.
Ghalhekk, ahna niccekkjaw
l-istandards taghna u nfittxu kif ser intejbuhom.
Jekk m'intix
sodisfatt/a bis-servizz taghna
Hu importanti ghalina li tkun sodisfatt/a bis-servizz
taghna. Ahna naraw
l-ilmenti kollha li jaslulna u nippruvaw intejbu s-servizz taghna.
Jekk inti tahseb li ahna nqasna milli nzommu ma` l-istandards
tas-servizzi li noffru, inti tista' taghmel ilment dwar dan. Inti
tista' tikteb f'dan l-indirizz:
Id-Direttur
Dipartiment ghas-Servizzi ta’ l-Istudent u
ghar-Relazzjonijiet Internazzjonali
Triq l-Assedju l-Kbir
Floriana CMR 02
Ahna nweghdu li
nibaghtu nota ta’ l-ittri kollha u nibaghtu risposta fi zmien hamest ijiem
tax-xoghol.
Nitghallmu
minghandek!
Ahna kontinwament
qed naghmlu hilitna biex nipprovdulek servizz li jissodisfa
l-bzonnijiet tieghek u ghalhekk nilqghu kull kumment jew suggeriment li jista’
jghinna ntejbu s-servizz taghna. Jekk joghgbok, aghtina l-kummenti
tieghek billi timla Feedback form li
tinsab fl-ahhar ta’ dan il-ktejjeb u thallihielna fil-kaxxa tas-suggerimenti
taghna. Tista’ wkoll tibaghtilna bil-posta
fl-indirizz li ghandek fuq il-Feedback form.
Tista’ taghmel
l-ilment tieghek billi tidhol fuq is-sit www.servizz.gov.mt u tuza
s-sistema tal-Customer Care.
Kull informazzjoni f’dan
il-fuljett hi korretta sakemm morna ghall-istampa. Aktar
informazzjoni tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit u fuq il-website
tat-Taqsima Ghozza fuq http://schoolnet.gov.mt/guidance.
Jannar 2005
Ippublikat mic-Charter Support Unit, OPM
http://www.servicecharters.gov.mt
Stampar, Stamperija tal-Gvern
|