Quality Service Charter ghas-Servizzi ta' Informazzjoni tal-Gvern

Dan ic-Charter

L-għan tagħna

Is-servizzi tagħna

Eżempji ta’ tagħrif mitlub

Kunfidenzjalita`

Kif tista’ tikkuntattjana

Nitgħallmu mingħandek!

 

Dan ic-Charter

Dan ic-Charter huwa l-wegħda tagħna lejk. Għandu jservi bħala gwida għas-Servizz Informazzjoni tal-Gvern u l-livell ta’ l-istandards li għandek tistenna mingħandna.

 

L-għan tagħna

L-għan tas-Servizz Informazzjoni tal-Gvern, li jagħmel parti mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, hu li noffru lill-pubbliku kif ukoll entitajiet tal-Gvern, informazzjoni li tvarja minn semplici tweġiba għall-mistoqsija, bħal ngħidu aħna n-numru tat-telefon ta’ xi dipartiment, sa tweġibiet għall-mistoqsijiet li jinħtieġu informazzjoni dettaljata. Dawn jinkludu servizzi offruti mill-Gvern bħal licenzi, attivitajiet kulturali, kompetizzjonijiet kif ukoll applikazzjonijiet għall-korsijiet u servizzi offruti mid-Dipartimenti tal-Gvern.

 

Is-servizzi tagħna

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni joffri varjeta` ta’ servizzi, li huma:

Freephone 153

Tista’ ccemplilna fuq Freephone 153 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00 a.m. u l-5.00 p.m. Wara l-ħinijiet ta’ l-ufficcju tista’ tħalli l-messaġġ tiegħek fuq l-answering machine. Aħna ncemplulek lura bl-informazzjoni mitluba fl-ewwel ġurnata tax-xogħol li jmiss.

Fl-ufficcju tagħna għandna sistema kompjuterizzata b’ database estensiva li tiġi aġġornata regolarment. L-impjegati tagħna jfittxu l-informazzjoni f’ din id-database biex ikunu jistgħu jwieġbu għall-mistoqsijiet tiegħek. Dan isir malajr u b’ kortesija.

Id-database tagħna tinkludi informazzjoni dwar:

  • Ministeri, Dipartimenti u Aġenziji tal-Gvern
  • Awtoritajiet, Korporazzjonijiet u Kummissjonijiet
  • Skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Privati
  • Sptarijiet, Centri tas-Saħħa u Spiżeriji tal-Gvern
  • Djar ta’ l-Anzjani tal-Gvern, Telecare u servizzi oħra
  • Finanzi tal-Gvern, Banek, l-iStock Exchange u l-VAT
  • Kunsilli Lokali
  • Centri ta’ l-Impjiegi, Xogħol u Taħriġ u Sigurta’ Socjali
  • Ambaxxati u Konsulati f’ Malta, kif ukoll dawk barra minn Malta
  • Licenzji, Affarijiet tal-Konsumatur, Kummerc u Kompetizzjoni Ġusta
  • Centri Kulturali Maltin u barranin
  • Servizzi ta’ Emerġenza, l-Armata u l-Pulizija
  • Servizzi essenzjali - ilma, dawl, drenaġġ
  • Trasport pubbliku, is-servizzi tal-Gozo Channel u servizzi oħra ta’ trasport bil-baħar
  • Attivitajiet u konkorsi kulturali.

Nipprovdu wkoll tagħrif dwar Avviżi tal-Gvern li jittrattaw:

  • postijiet vakanti fis-Servizz Pubbliku
  • eżamijiet lokali u ta’ barra
  • ħlas ta’ licenzi
  • avviżi u twissijiet dwar is-saħħa
  • attivitajiet edukattivi u kulturali
  • kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali.

Nikkommettu ruħna

Li meta ccemplilna fuq Freephone 153 aħna:

  • nirrispondu t-telefonata tiegħek fil-pront u b’ kortesija
  • nagħtuk l-informazzjoni mill-aktar preciża u ricenti.

Jekk l-informazzjoni mitluba tkun ta’ natura specjalizzata li aħna ma jkollniex access għaliha, nagħtuk in-numru tat-telefon tad-Dipartiment ikkoncernat jew ta’ persuna li tkun tista’ taqdik.

Jekk it-tagħrif mitlub ikun jikkonsisti f’ informazzjoni dettaljata, nibagħtulek l-informazzjoni bil-posta, fax jew e-mail dakinhar stess. Jekk trid, tista’ tiġbor l-informazzjoni li jkollok bżonn personalment mill-ufficcju tagħna.info@gov.mt

Jista’ jkun hemm każi fejn inkunu rridu nivverifikaw xi dettalji qabel ngħaddulek l-informazzjoni li tlabt. F’ dan il-każ, nitolbuk tħallilna n-numru tat-telefon fejn inkunu nistgħu nikkuntattjawk u aħna ncemplulek bir-risposta dakinhar stess.

info@gov.mt

Kull meta tibgħatilna e-mail fuq info@gov.mt aħna nikkommettu ruħna li:

  • nibagħtulek tweġiba fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta tkun intbagħtet l-e-mail
  • nagħtuk informazzjoni preciża u ricenti li tkun disponibbli għalina.

Direct Mailing Services

Direct Mailing Services huma servizzi offruti mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, mingħajr ħlas, lil kull min għandu access għall-e-mail. Dawn jinkludu tliet kategoriji ta’ avviżi meħudin mill-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, li jikkoncernaw Impjiegi fis-Settur Pubbliku, Boroż ta’ Studju u Tenders. Servizzi oħra jinkludu Stqarrijiet u Ritratti lill-Istampa li jinħarġu mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, kif ukoll Djarju ta’ Attivitajiet tal-Gvern u avvenimenti ta’ importanza nazzjonali ikkompilat mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.

Tista’ tapplika għal dawn is-servizzi sempliciment billi tmur fuq il-kelma REGISTER u timla’ l-formola tar-reġistrazzjoni fuq il-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni:

www.doi.gov.mt/EN/Mailing/dms/mailserv.asp

Lista’ Sħiħa ta’ Servizzi

  • Impjiegi mal-Gvern: Applikazzjonijiet għall-postijiet vakanti f’ Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern u l-Aġenziji tagħhom. Dawn jittieħdu mill-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta
  • Boroż ta’ Studju: Avviżi ta’ Boroż ta’ Studju meħudin mill-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta
  • Tenders: Sejħiet għall-Tenders li jinħarġu mid-Dipartimenti tal-Gvern u l-Aġenziji tagħhom kif ukoll mill-Kunsilli Lokali, kollha kif ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta
  • Stqarrijiet: Stqarrijiet Ufficjali li jinħarġu mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
  • Ritratti maħruġa lill-Istampa: Ritratti JPEG ta’ attivitajiet governattivi u avvenimenti nazzjonali. Il-users li jabbonaw f’ dan is-servizz ikunu meħtieġa li jiftħu l-messaġġi tagħhom regolarment sabiex jevitaw illi jiġġamjaw il-mailbox
  • Djarju ta’ Avvenimenti ta’ kull xahar: Djarju ta’ attivitajiet tal-Gvern u avvenimenti ta’ importanza nazzjonali.

Nikkommettu ruħna

Li meta tapplika mad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni għal Direct Mailing Services tista’ tistenna li:

  • aħna ngħarrfuk li rcivejna l-applikazzjoni fi żmien ġurnata tax-xogħol
  • s-servizzi jibdew jingħataw fi żmien tlett ijiem mill-ġurnata ta’ l-applikazzjoni
  • nibagħtulek avviżi dwar Impjiegi mal-Gvern, Boroż ta’ Studju u Tenders kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa
  • nibagħtulek Stqarrijiet u Ritratti maħruġin lill-Istampa kuljum fil-ġranet tax-xogħol
  • nibagħtulek Djarju ta’ Avvenimenti mhux aktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta’ wara.

Servizzi Online fuq il-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni: http://www.doi.gov.mt/

  • Stqarrijiet:

www.doi.gov.mt/EN/press_releases/

  • Impjiegi mal-Gvern:

www.doi.gov.mt/EN/employment_opp/default.asp

  • Boroż ta’ Studju:

www.doi.gov.mt/EN/scholarships.asp

  • Tenders:

www.doi.gov.mt/EN/tenders/

  • Avviżi Legali:

www.doi.gov.mt/EN/legalnotices/

  • Indici ta’ Atti tal-Parlament:

www.doi.gov.mt/EN/parliamentacts/

  • Indici ta’ Abbozzi ta’ Liġijiet ippreżentati fil-Parlament:

www.doi.gov.mt/EN/bills/

Nikkommettu ruħna

Li aħna naġġornaw fil-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni:

  • l-Istqarrijiet lill-Istampa f’ kull ġurnata tax-xogħol
  • l-Impjiegi mal-Gvern, il-Boroż ta’ Studju, t-Tenders, Avviżi Legali, l-Indici ta’ Atti tal-Parlament u l-Indici ta’ Abbozzi ta’ Liġijiet kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa.

Customer Care

Noffru s-servizz ta’ Customer Care lill-pubbliku li jiġi l-ufficcju biex jikseb informazzjoni u materjal dwar servizzi u attivitajiet tal-Gvern.

Nikkommettu ruħna

Li jekk tiġi l-ufficcju personalment:

  • nagħtuk attenzjoni immedjata u b’ korteżija
  • nilqgħuk f’ ambjent nadif
  • naqduk bl-aktar mod effettiv u efficjenti
  • inġibu ruħna bl-aħjar mod miegħek.

 

Eżempji ta’ tagħrif mitlub

Fejn irrid immur biex nirreġistra tarbija u x’ dokumenti jkolli bzonn?

Kemm hi l-Paga Minima Nazzjonali?

Liema Dipartimenti għandhom Quality Service Charter?

Kif nagħmel biex napplika għac-Children’s Allowance?

Min hu s-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar?

Ħarġu xi applikazzjonijiet għall-post ta’ skrivan fis-Servizz Pubbliku?

Tlift il-Karta ta’ l-Identita`. X’għandi nagħmel?

Kif nagħmel biex napplika għall-passaport ġdid? Jista’ xi ħadd jiġbru f’ ismi?

Cittadini Ġermaniżi jistgħu jagħmlu użu bla ħlas mill-Isptar San Luqa?

Kemm hu l-ħlas biex nabbona fil-Gazzetta tal-Gvern?

Fejn għandi nirraporta li bdilt l-indirizz?

Liema huma l-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea?

Fejn nista’ mmur biex nieħu affidavit?

Kif għandi nindirizza Membru Parlamentari?

 

Kunfidenzjalita`

Aħna nikkommettu ruħna li nħarsu l-kunfidenzjalita` ta’ l-informazzjoni li tinġabar u ma niġbru l-ebda informazzjoni personali sakemm ma tiġix mogħtija lilna volontarjament. L-informazzjoni li tintbagħat lilna tibqa’ f’dan id-Dipartiment.

Meta timla’ l-formoli CONTACT US fis-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni u l-CONTACT DETAILS biex tapplika għad-Direct Mailing Services, l-informazzjoni mogħtija lilna tintuża biex inwieġbu l-messaġġ tiegħek u għall-ebda raġuni oħra.

 

Kif tista’ tikkuntattjana

L-ufficcju tagħna huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 a.m. sal-5.00 p.m.

Tista’ tikkuntattjana billi:

  • iccemplilna fuq Freephone 153, anke minn fuq it-telefon cellulari tiegħek
  • tibgħatilna fax fuq in-numri 21 222 696 jew 21 250 250
  • tibgħatilna e-mail fuq info@gov.mt
  • tidħol fil-website tagħna f’ dan l-indirizz: www.doi.gov.mt/
  • tiġi personalment fl-Ufficcju fejn l-impjegati tagħna mħarrġa fil-Customer Care ikunu jistgħu jagħtuk l-informazzjoni meħtieġa
  • tiktbilna fl-indirizz ta’ hawn taħt:

Servizz Informazzjoni tal-Gvern

Dipartiment ta’ l-Informazzjoni

3, Misraħ Kastilja

Valletta CMR 02

 

Nitgħallmu mingħandek!

Aħna kontinwament qed nagħmlu ħilitna biex noffru servizz li jissodisfa l-ħtiġiet tiegħek u għalhekk nilqgħu kull suġġeriment li jista’ jgħinna ntejbu s-servizz tagħna. Għal dan il-għan qed nipprovdu Feedback Form li tista’ tħallilna fil-kaxxa tas-suġġerimenti fid-daħla principali tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.

Jekk taħseb li nqasna milli nilħqu l-livell ta’ servizz li hawn spjegat f’ dan ic-Charter, nħeġġuk tavżana malajr kemm jista’ jkun billi ccemplilna fuq

21 246 802, 2599 1110 jew 2599 1112, jew tiktbilna fl-indirizz ta’ hawn taħt:

Servizz Informazzjoni tal-Gvern

Dipartiment ta’ l-Informazzjoni

3, Misraħ Kastilja

Valletta CMR 02

Is-sodisfazzjon sħiħ tiegħek huwa essenzjali għalina. Aħna niflu l-ilmenti kollha tiegħek, għax dawn jgħinuna ħafna biex intejbu s-servizz tagħna. Aħna ngħarrfuk minnufih li rcivejna l-ilment tiegħek u nibagħtulek tweġiba sħiħa fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol.

Jekk ma tkunx sodisfatt bir-risposta tagħna, tista’ tikkuntattja lid-Direttur ta’ l-Informazzjoni billi:

Id-Direttur

Dipartiment ta’ l-Informazzjoni

3, Misraħ Kastilja

Valletta CMR 02

Jekk tibqa’ tħoss li l-ilment tiegħek ma ġiex trattat b’ mod xieraq, tista’ tikkuntattja lill-Customer Care Coordinator fl-Ufficcju tal-Prim Ministru (il-ministeru responsabbli għad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni) billi:

Customer Care Coordinator

Ufficcju tas-Segretarju Permanenti

Ufficcju tal-Prim Ministru

Il-Berġa ta’ Kastilja

Valletta CMR 02

Kull informazzjoni f’ dan il-fuljett hija korretta sakemm morna għall-istampa. Informazzjoni aġġornata tinsab fuq il-website tac-Charter Support Unit u fuq il-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.

 

L-ewwel pubblikazzjoni Settembru 1999

Mejju 2003